|
20.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 81/8 |
Avviż tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati kurrenti ta' imgħax u ta' referenza/skont għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat għall-Istati tal-EFTA applikabbli mill-1 ta' Jannar 2014
(Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbiliti fil-Parti VII tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1))
2014/C 81/07
Ir-rati bażi huma kkalkulati b'konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta' referenza u ta' skont tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, jiżdiedu marġni xierqa mar-rata bażi f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat.
Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:
|
|
L-Islanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
|
1.1.2014- |
6,50 |
0,23 |
1,99 |