24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/5


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur datata s-17 ta’ Diċembru 2013 fil-kawża LBI hf. v Merrill Lynch Int. Ltd

(Kawża E-28/13)

(2014/C 121/05)

Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavík) għamlet talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Diċembru 2013, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fis-17 ta’ Diċembru 2013, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża LBI hf. v Merrill Lynch Int. Ltd, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/24/KE, dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li “in-nullità, l-annullabilità jew in-nuqqas ta’ inforzar ta’ atti legali” tirreferi għar-regoli dwar ir-rexissjoni ta’ miżuri meħuda minn impriża finanzjarja skont ir-regoli li huma komparabbli ma’ dawk li japplikaw għar-rexissjoni ta’ miżuri meħuda minn individwu fallut skont l-Att dwar il-Falliment (Eċċ.)?

2.

Jekk it-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija fl-affermattiv, l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li huwa suffiċjenti li l-parti li kontra tagħha hija diretta t-talba għal rexissjoni li tippreżenta provi li r-rexissjoni tal-miżura ma tkunx permessa bil-liġijiet tal-Istat Membru li huma applikabbli għall-miżura, b’referenza għar-regoli ta’ kull tip, eż. regoli dwar il-limitu ta’ żmien biex tittieħed azzjoni legali?

3.

Jekk it-tweġiba għat-tieni mistoqsija hija fin-negattiv, l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li huwa neċessarju għall-parti li kontra tagħha hija diretta t-talba għal rexissjoni li tippreżenta provi li l-kundizzjonijiet għar-rexissjoni bil-liġijiet tal-Istat Membru li huma applikabbli għall-miżura evidentement ma ġewx issodisfati, eż. minħabba li hemm nuqqas assolut ta’ awtorizzazzjoni għar-rexissjoni tat-tip ta’ miżura involuta?