|
27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/18 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Staatsgerichtshof des Fürstentums Liechtenstein datata d-29 ta' Ottubru 2013 fil-kawża tal-Casino Admiral AG vs. Wolfgang Egger
(Kawża E-24/13)
2014/C 88/15
Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra datata s-6 ta’ Novembru 2013 minn Staatsgerichtshof des Fürstentums Liechtenstein (il-Qorti tal-Istat tal-Prinċipat tal-Liechtenstein), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-8 ta’ Novembru 2013, għal opinjoni konsultattiva fil-kawża tal-Casino Admiral AG vs. Wolfgang Egger, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
|
1. |
X'inhuma r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi taż-ŻEE u tal-liġi Ewropea (b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 49 KE u l-obbligi ta' trasparenza derivati minnhom) rigward il-proċedura għall-għoti ta' konċessjonijiet ta' każinòs? |
|
2. |
Il-liġi taż-ŻEE jew il-liġi Ewropea jirrikjedu li awtorità li tkun qed tfittex li tagħti konċessjoni tistqarr f'dak iż-żmien li fih tippubblika l-avviż tagħha għal sejħa tal-offerti, kif beħsiebha tissupplimenta u tispeċifika f'aktar dettall ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att u fir-regolament? |
|
3. |
B'mod partikolari, fil-kuntest tal-proċedura tal-offerti, hemm obbligu ġenerali li jingħata avviż minn qabel tal-importanza relattiva li ser tingħata għall-kriterji ta' għoti meta tingħata l-konċessjoni? Jekk din il-mistoqsija titwieġeb b'iva, x'inhuma r-rekwiżiti li jimponu l-liġi taż-ŻEE u l-liġi Ewropea fir-rigward tas-sustanza tal-informazzjoni li għandha tingħata f'dak l-avviż minn qabel? |
|
4. |
Fil-każ preżenti, ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-liġi taż-ŻEE u tal-liġi Ewropea? |
|
5. |
Jekk il-Qorti tal-EFTA ssib li l-proċedura tal-offerti ma kinitx konformi mar-rekwiżiti tal-liġi taż-ŻEE u tal-liġi Ewropea:
|