27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/16


SENTENZA TAL-QORTI

tas-6 ta' Diċembru 2013

fil-Kawża E-17/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti biex tissodisfa l-obbligi tagħha – Direttiva 2009/44/KE – Nuqqas ta' implimentazzjoni)

2014/C 88/13

Fil-kawża E-17/13 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Islanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqqset, fiż-żmien preskritt li taddotta jew li tinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Att imsemmi f'punt 16b, l-ewwel inċiż, tal-Anness IX u punt 4, l-ewwel inċiż, ta' Anness XII tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, li hija Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità tas-saldu fil-ħlas u s-sistemi ta' pagament u titoli u Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu, kif adattata għall-Ftehim bi Protokol 1 tagħha, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur), u Páll Hreinsson Imħallfin, tat is-sentenza fis-6 ta' Diċembru 2013, li l-parti operattiva tagħha hija kif imiss:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f'punt 16b, l-ewwel inċiż, ta' Anness IX u punt 4, l-ewwel inċiż, ta' Anness XII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità tas-saldu fil-ħlas u s-sistemi ta' pagament u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu), kif adattati għall-Ftehim bi Protokol 1 tagħha, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqqset milli taddotta l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Att fiż-żmien preskritt.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.