27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/10


SENTENZA TAL-QORTI

tal-15 ta’ Novembru 2013

fil-Kawża E-10/13

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu – Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid))

2014/C 88/07

Fil-Kawża E-10/13, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset, fiż-żmien preskritt, milli tadotta miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 (1) (a) - (d) u 2 (2) (a) - (b) tal-Att imsemmi fil-punt 21 b tal-Anness XVIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju għal opportunitajiet indaqs u trattament ugwali għan-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta' impjiegi u x-xogħol (tfassil mill-gdid), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll I tiegħu, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Att, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Rapporteur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fil-15 ta' Novembru 2013, li l-parti operativa tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li, billi naqset milli timplimenta b'mod korrett l-Artikolu 2 (1) (a) - (d) u l-Artikolu 2 (2) (a) - (b) tal-Att imsemmi fil-punt 21 b tal-Anness XVIII mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dan l-Att.

(2)

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.