|
19.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 92/34 |
ORDNI TAL-QORTI
tad-29 ta’ Awwissu 2014
fil-Kawża E-8/13
Abelia v EFTA Surveillance Authority
(Rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — Rappreżentazzjoni xierqa quddiem il-Qorti — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna allegata mogħtija lil-lokaturi ta’ bini lil skejjel pubbliċi — Deċiżjoni li ma tinfetaħx proċedura ta’ investigazzjoni formali — Interess ġuridiku — Status ta’ parti interessata — Rabta kompetittiva)
(2015/C 92/08)
Fil-Kawża E-8/13, Abelia, bl-appoġġ ta’ Akademiet Bergen AS, Akademiet Drammen AS, Akademiet Sandnes AS, Akademiet Oslo AS, Akademiet VGS Molde AS u Akademiet VGS Ålesund AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA RIKORS għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 160/13/COL tal-24 ta’ April 2013 fuq allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lil-lokaturi ta’ bini lil skejjel pubbliċi, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Awwissu 2014, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:
Il-Qorti b’dan:
|
1. |
Tiċħad l-applikazzjoni bħala inammissibbli. |
|
2. |
Tordna lir-rikorrent iħallas l-ispejjeż li ġarrab il-konvenut. |