11.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/4


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Att imsemmi fil-punt 1 j tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat)

2013/C 199/05

PARTI I

Għajnuna Nru

GBER 3/13/REG

L-Istat tal-EFTA

In-Norveġja

Reġjun

Isem ir-Reġjun (NUTS)

Il-Kontea ta' Telemark

L-istatus tal-għajnuna reġjonali

Żoni misti

L-awtorità li tagħti l-għajnuna

Isem

Telemark Utviklingsfond/Il-Fond ta' Żvilupp ta' Telemark

Indirizz

PO Box 2844

3702 Skien

NORWAY

Il-paġna tal-internet

http://www.telemarkutviklingsfond.no

It-titolu tal-miżura ta’ għajnuna

Telemark Utviklingsfonds støtteordning/L-Iskema ta’ Għajnuna tal-Fond ta' Żvilupp ta' Telemark

Il-bażi legali nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

Telemark Utviklingsfond/Il-Fond ta' Żvilupp ta' Telemark huwa stabbilit skont ftehim datat id-9 ta’ Diċembru 2009 bejn il-Kontea ta’ Telemark fuq naħa u tmien muniċipalitajiet fuq in-naħa l-oħra (Fyresdal, Hjartdal, Kvitseid, Nissedal, Seljord, Tinn, Tokke u Vinje).

Il-Fond se jagħti l-għajnuna skont il-liġijiet amministrattivi/statuti tal-Fond, fejn hemm iddikjarat li l-għajnuna tingħata b’mod konformi mar-regoli taż-ŻEE dwar l-Għajnuna mill-Istati u użati għall-iżvilupp fil-Kontea ta’ Telemark. Barra minn hekk, il-Fond se jidħol fi ftehimiet mar-riċevituri tal-għajnuna.

Il-weblink għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

It-test sħiħ se jkun disponibbli fuq: http://www.telemarkutviklingsfond.no/

It-tip ta’ miżura

Skema

Iva

Durata

Skema

1.3.2013 sa 31.12.2013

1.3.2013 sa 3.6.2014 fir-rigward tal-għajnuna reġjonali.

Is-settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i)

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Iva

It-tip ta' benefiċjarju

SME

Iva

Intrapriżi kbar

Iva

Baġit

L-ammont totali annwali tal-baġit ppjanat skont l-iskema

Baġit annwali: Madwar NOK 35 biljun

L-istrument tal-għajnuna (l-Art. 5)

Għotja

Iva

Self

Iva

PARTI II

Għanijiet Ġenerali (lista)

Għanijiet (lista)

Intensità massima ta’ għajnuna f'% jew l-ammont massimu ta' għajnuna f'NOK

SME – bonusijiet f'%

Għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjieg

Skema

15 %

10 % għall-intrapriżi medji

20 % għall-intrapriżi żgħar

Għajnuna għall-intrapriżi żgħar ġodda

(l-Art. 14)

 

25 % fl-ewwel tliet snin wara l-ħolqien tal-intrapriża.

15 % fis-sentejn ta’ wara

L-ammont ta’ Għajnuna Massima għal kull intrapriża; EUR 1 miljun. L-ammont annwali ta’ għajnuna għal kull intrapriża ma għandux jeċċedi t-33 % tal-ammont massimu ta’ għajnuna.

0 %

Għajnuna tal-SMEs għall-investiment u l-impjieg

(l-Art. 15)

 

20 % għall-intrapriżi żgħar

10 % għall-intrapriżi medji

0 %

Għajnuna għall-intrapriżi żgħar ġodda ffurmati minn intraprendituri nisa

(l-Art. 16)

 

15 %

L-ammont ta’ Għajnuna Massima għal kull benefiċjarju; EUR 1 miljun. L-ammont annwali ta’ għajnuna għal kull intrapriża ma għandux jeċċedi t-33 % tal-ammont massimu ta’ għajnuna.

0 %

Għajnuna għall-ħarsien tal-Ambjent

(l-Art. 17-25)

Għajnuna fl-investiment ambjentali għal miżuri li jiffrankaw l-enerġija

(l-Art. 21)

60 % jekk ikkalkulat skont l-Artikolu 21 numru 1 punt a)

20 % jekk ikkalkulat skont l-Artikolu 21 numru 1 punt a)

10 % għall-intrapriżi medji

20 % għall-intrapriżi żgħar

Għajnuna għall-konsulenza u l-parteċipazzjoni tal-SMEs f'fieri

(l-Art. 26-27)

Għajnuna għall-konsulenza favur SMEs

(l-Art. 26)

50 %

0 %

 

Għajnuna għall-parteċipazzjoni tal-SMEs f’fieri

(l-Art. 27)

50 %

0 %

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

(l-Art. 30-37)

Għajnuna għal proġetti ta' riċerka u ta' żvilupp

(l-Art. 31)

Riċerka fundamentali

(l-Art. 31(2)(a))

100 %

0 %

 

Riċerka industrijali

(Art. 31(2)(b))

50 %

10 % għall-intrapriżi medji

20 % għall-intrapriżi żgħar

(Jista' jkun hemm żieda ta’ 15 % għall-intrapriżi kollha, sa intensità massima ta’ għajnuna ta’ 80 % jekk il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 31(4)(b) (i/ii/iii) ikunu ssodisfati.)

 

Żvilupp sperimentali

(l-Art. 31(2)(c))

25 %

10 % għall-intrapriżi medji

20 % għall-intrapriżi żgħar

(Jista' jkun hemm żieda ta’ 15 % għall-intrapriżi kollha, sa intensità massima ta’ għajnuna ta’ 80 % jekk il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 31(4)(b) (i/ii/iii) ikunu ssodisfati.)

Għajnuna għal studji tekniċi ta' vijabilità

(l-Art. 32)

65 % għal studji qabel attivitajiet ta’ riċerka industrijali

40 % għal studji qabel attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali

10 % għall-intrapriżi żgħar u medji

Għajnuna għall-ispejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs

(l-Art. 33)

100 % għall-ispejjeż marbuta mar-riċerka fundamentali

50 % għall-ispejjeż marbuta mar-riċerka industrijali

25 % għall-ispejjeż marbuta mal-iżvilupp sperimentali

10 % għall-intrapriżi medji

20 % għall-intrapriżi żgħar

(Jista' jkun hemm żieda ta’ 15 % għall-intrapriżi kollha, sa intensità massima ta’ għajnuna ta’ 80 % jekk il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 31(4)(b) (i/ii/iii) ikunu ssodisfati.)

Għajnuna għall-intrapriżi innovattivi żgħar

(l-Art. 35)

EUR 1,25 miljun għall-intrapriżi li jinsabu f’reġjuni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE.

EUR 1 miljun għal benefiċjarji oħrajn.

 

Għajnuna għal servizzi ta' konsulenza tal-innovazzjoni u għal servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni

(l-Art. 36)

EUR 200 000 għal kull intrapriża matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin.

 

Għajnuna għal self ta’ persunal bi kwalifiki għoljin

(l-Art. 37)

50 %

 

Għajnuna għat-taħriġ

(l-Art. 38-39)

Taħriġ speċifiku

(l-Art. 381)

25 %

10 % għall-intrapriżi medji

20 % għall-intrapriżi żgħar

Taħriġ ġenerali

(l-Art. 382)

60 %

10 % għall-intrapriżi medji

20 % għall-intrapriżi żgħar