27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/76


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 131/13/COL

tat-18 ta’ Marzu 2013

li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 367/11/COL Deċiżjoni Nru 339/12/COL (1)

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,

Wara li kkunsidrat il-punti 4(B)(1) u (3) u l-punt 5(b) tal-Parti Preliminari tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE,

Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 4 tal-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi  (2)), kif emendat u adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-adattamenti settorjali msemmija fl-Anness I ta’ dak il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 89/13/COL li tagħti s-setgħa lill-Membru kompetenti tal-Kulleġġ biex jadotta din id-deċiżjoni,

Billi:

Permezz ta' sensiela ta’ ittri, mit-18 ta’ Diċembru 2012 sal-15 ta’ Jannar 2013, l-Awtorità Norveġiża għas-Sigurtà tal-Ikel (minn hawn ’il quddiem l-ANSI) infurmat lill-Awtorità dwar il-bidliet li ġejjin fil-lista tal-Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera Norveġiża (PSFN):

Fit-18 ta’ Diċembru 2012, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet issospendiet il-PSF Florø EWOS Havn (TRACES -code NO FRO 1) għall-importazzjoni ta’ ħut imqadded mitħun mhux għall-konsum tal-bniedem;

Fit-18 ta' Diċembru 2012, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni bħala PSF lil PSF Vadsø Port (TRACES-code NO VOS 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar lil PSF Vadsø Port mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi;

Fit-3 ta' Jannar 2013, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni taċ-Ċentru ta' Spezzjoni (ĊS) Trollebø taħt PSF Måløy (TRACES-code NO MAY 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar liċ-ĊS Trollebø mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera;

Fil-11 ta’ Jannar 2013, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni ta’ ĊS Melbu taħt PSF Sortland Port (TRACES -code NO SLX 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar liċ-ĊS Melbu mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera;

Fil-11 ta’ Jannar 2013, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni bħala PSF lil Florø EWOS Havn (TRACES-code NO FRO 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar lil PSF Florø mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera;

Fil-15 ta’ Jannar 2013, l-ANSI informat lill-Awtorità li kienet irtirat l-approvazzjoni ta’ ĊS Gjesvær taħt PSF Honningsvåg Port (TRACES-code NO HVG 1) u talbet lill-Awtorità biex tħassar ĊS Gjesvær mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera.

Huwa għalhekk l-obbligu tal-Awtorità li temenda l-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja u li tippubblika lista ġdida, li tirrifletti l-eliminazzjoni ta' PSF Vadsø Port, PSF Florø EWOS Havn, ĊS Trollebø, ĊS Melbu u ĊS Gjesvær mil-lista Norveġiża ta' PSF (3)

L-Awtorità, bid-Deċiżjoni tagħha Nru 89/13/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Il-Kumitat approva unanimament il-modifika proposta tal-lista. B’konsegwenza ta’ dan, il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni unanima tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u t-test finali tal-miżuri baqa’ mhux mibdul.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

PSF Vadsø Port, PSF Florø EWOS Havn, ĊS Trollebø, ĊS Melbu u ĊS Gjesvær huma mneħħija mil-lista li hemm fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I ta' mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka l-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti tal-annimali minn pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Il-verifiki veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti tal-animali li jiddaħħlu fl-Islanda u fin-Norveġja minn pajjiżi terzi jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera li dwarhom hemm ftehim u li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 339/12/COL tal-20 ta' Settembru 2012 qed tiġi revokata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Islanda u lin-Norveġja.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija awtentika bl-Ingliż.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON

Membru tal-Kulleġġ

Xavier LEWIS

Direttur


(1)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 114 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 71, 20.12.2012, p. 7.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  Minħabba t-tħassir mil-lista ta' PSF Florø EWOS Havn, mhuwiex neċessarju li fil-lista tkun riflessa, s-sospensjoni għall-importazzjoni ta’ ħut imqadded mitħun mhux għall-konsum tal-bniedem BIP (talba mibgħuta fit-18 ta’ Diċembru 2012).


ANNESS

IL-LISTA TAL-POSTIJIET TA' SPEZZJONI FIL-FRUNTIERA

1

=

Isem

2

=

TRACES Code

3

=

Tip

A

=

Ajruport

F

=

Ferrovija

P

=

= Port

T

=

Triq

4

=

Ċentru ta’ spezzjoni

5

=

Prodotti

HC

=

Il-prodotti kollha għall-konsum mill-bniedem

NHC

=

Prodotti oħra

NT

=

= L-ebda rekwiżiti ta' temperatura

T

=

Prodotti ffriżati/imkessħa

T(FR)

=

Prodotti ffriżati

T(CH)

=

Prodotti mkessħa

6

=

Annimali ħajjin

U

=

Bhejjem bid-dwiefer: bhejjem tal-ifrat, qżieqeż, nagħaġ, mogħoż, solipedi slavaġ u domestiċi

E

=

Equidae rreġistrati kif iddefiniti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE

O

=

Annimali oħrajn

5-6

=

Kummenti speċjali

(1)

=

Verifika skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/352/KEE kkunsidrata fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 19(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

(2)

=

Prodotti ppakkjati biss

(3)

=

Prodotti tas-sajd biss

(4)

=

Proteini tal-annimali biss

(5)

=

Ġlud tas-suf u ġlud biss

(6)

=

Xaħmijiet likwidi, żjut, u żjut tal-ħut biss

(7)

=

Ponijiet tal-Islanda (minn April sa Ottubru biss)

(8)

=

Equidae biss

(9)

=

Ħut tropikali biss

(10)

=

Qtates, klieb, rodituri, lagomorfi, ħut ħaj, rettili u għasafar oħra, li mhumiex għasafar li ma jtirux, biss

(11)

=

Għalf bl-ingrossa biss

(12)

=

Għal (U) fil-każ ta' solipedi, dawk li jinżammu f'ġonna żooloġiċi biss; u għal (O), flieles ta' jum, ħut, klieb, qtates, insetti, u annimali oħra li jinżammu f'ġonna żooloġiċi biss

(13)

=

Nagylak HU: Dan huwa post ta' spezzjoni fil-fruntiera (għall-prodotti) u punt ta' qsim (għal Annimali ħajjin) fil-fruntiera bejn l-Ungerija u r-Rumanija, soġġett għall-miżuri tranżitorji li ġew innegozjati u stipulati fit-Trattat tal-Adeżjoni kemm fir-rigward tal-prodotti kif ukoll tal-annimali ħajjin. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/630/KE

(14)

=

Maħsub għat-tranżitu madwar il-Komunità Ewropea għal kunsinni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li jmorru lejn jew jiġu mir-Russja skont il-proċeduri speċifiċi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti

(15)

=

Annimali tal-akwakultura biss

(16)

=

Ħut imqadded mitħun biss

Pajjiż: L-Islanda

1

2

3

4

5

6

Akureyri

IS AKU1

P

 

HC-T(1)(2)(3), NHC(16)

 

Hafnarfjörður

IS HAF 1

P

 

HC(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

 

Húsavík

IS HUS 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Ísafjörður

IS ISA1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

L-Ajruport ta’ Keflavík

IS KEF 4

A

 

HC(2), NHC(2)

O(15)

Reykjavík Eimskip

IS REY 1a

P

 

HC(2), NHC(2)

 

Reykjavík Samskip

IS REY 1b

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16)

 

Þorlákshöfn

IS THH1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-NT(6)

 


Pajjiż: In-Norveġja

1

2

3

4

5

6

Borg

NO BRG 1

P

 

HC, NHC

E(7)

Båtsfjord

NO BJF 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Egersund

NO EGE 1

P

 

HC-NT(6), NHC-NT(6)(16)

 

Hammerfest

NO HFT 1

P

Rypefjord

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Honningsvåg

NO HVG 1

P

Honningsvåg

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Kirkenes

NO KKN 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3)

 

Kristiansund

NO KSU 1

P

Kristiansund

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) HC-NT(6), NHC-NT(6)

 

Larvik

NO LAR 1

P

 

HC(2)

 

Måløy

NO MAY 1

P

Gotteberg

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Oslo

NO OSL 1

P

 

HC, NHC

 

Oslo

NO OSL 4

A

 

HC, NHC

U,E,O

Sortland

NO SLX 1

P

Sortland

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Storskog

NO STS 3

R

 

HC, NHC

U,E,O

Tromsø

NO TOS 1

P

Bukta

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Solstrand

HC-T(FR)(1)(2)(3)

 

Ålesund

NO AES 1

P

Breivika

HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3)

 

Skutvik

HC-T(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-T(FR) (2)(3), NHC-NT(6)