27.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/13


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur datata s-6 ta’ Frar 2012 fil-każ HOB-vín ehf. v il-Kumpanija Statali tal-Alkoħol u t-Tabakk tal-Islanda (ÁTVR)

(Il-Każ E-2/12)

2012/C 291/04

Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Frar 2012 saret talba lill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavík), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-13 ta’ Frar 2012, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ ta’ HOB-vín ehf. v il-Kumpanija Statali tal-Alkoħol u t-Tabakk tal-Islanda (ÁTVR) dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

(1)

Huwa inkompatibbli mal-Artikolu 11 taż-ŻEE għal impriża tal-Istat, li għandha monopolju fuq il-bejgħ bl-imnut ta’ alkoħol fit-territorju ta’ Stat taż-ŻEE, li tingħata permess taħt leġiżlazzjoni jew regolamenti amministrattivi li tirrifjuta li taċċetta li tbigħ xorb alkoħoliku li jkun prodott u kkummerċjalizzat skont il-liġi fi Stat ieħor taż-ŻEE, għar-raġunijiet li l-imballaġġ u l-ittikkettar tal-prodotti jkollhom informazzjoni mimlija jew mhux relatata jew jissuġġerixxu li l-alkoħol itejjeb il-funzjoni fiżika, mentali, soċjali jew sesswali u mhijiex relatata biss mal-prodott, il-metodu ta' produzzjoni jew il-karatteristiċi tiegħu?

(2)

Huwa inkompatibbli mal-Artikolu 11 għal Stat taż-ŻEE li jinkludi fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolamenti amministrattivi tiegħu, regoli li jeħtieġu li jkun mistqarr b’mod ċar fuq l-imballaġġ ta' xorb alkoħoliku li l-kontenut huwa alkoħoliku, u li monopolju tal-Istat jista' jirrifjuta li jaċċetta li prodotti bħal dawn jinbiegħu jekk l-imballaġġ ma jissodisfax dan ir-rekwiżit?

(3)

Fl-għoti tat-tweġibiet tal-ewwel u t-tieni mistoqsijiet ta’ hawn fuq, huwa sinifikattiv jekk il-leġiżlazzjoni jew ir-regolamenti amministrattivi japplikawx b'mod ugwali għal prodotti domestiċi u ta' barra?

(4)

Jekk huwa kkunsidrat li arranġament bħal dak li ġie deskritt fl-ewwel u/jew fit-tieni mistoqsija ta’ hawn fuq jikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva, jew miżura li jkollha effetti ekwivalenti fi ħdan l-Artikolu 11 taż-ŻEE, b’hekk huwa mitlub li l-Qorti tal-EFTA tistqarr jekk arranġament bħal dan madankollu jistax jiġi kkunsidrat bħala ġustifikabbli b’referenza mal-Artikolu 13 taż-ŻEE.

(5)

Jekk jiġi kkunsidrat li l-arranġament bħal dak deskritt hawn fuq fl-ewwel u/jew fit-tieni mistoqsija hawn fuq, li huwa bbażat fuq liġi jew regolamenti amministrattivi, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 11 taż-ŻEE, allura huwa mitlub li l-Qorti tal-EFTA tistqarr jekk tikkunsidrax li jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet għal responsabbiltà għall-Istat, sal-punt li l-Qorti tal-EFTA tivvaluta dan il-punt.