12.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/16


ORDNI TAL-QORTI

tat-12 ta’ Mejju 2014

fil-Każ E-8/12

Schenker North AB, Schenker Privpak AB u Schenker Privpak AS v L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Rikors għal annullament ta’ deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — Aċċess għad-dokumenti — Ammissibilità)

(2015/C 49/09)

Fil-Każ E-8/12, Schenker North AB, Schenker Privpak AB u Schenker Privpak AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — APPLIKAZZJONI għall-annullament ta’ tliet Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, kif notifikati fit-18 ta’ Mejju 2012, it-23 ta’ Mejju 2012, u t-2 ta’ Lulju 2012, li jiċħdu l-aċċess għal dokumenti speċifiċi fil-Każ tal-ASE Nru 34250 (Norway Post/Privpak — każ ta’ ksur tal-antitrust) u fil-Każtal-ASE Nru 68736 (DB Schenkerr — każ ta’ talba għal aċċess pubbliku konċernanti l-każ tal-ksur tal-antitrust fuq imsemmi), u kif ukoll jiċħad l-aċċess għall-proċeduri għall-ġestjoni ta’ talbiet għall-aċċess pubbliku u għall-amministrazzjoni tal-fajls tal-każijiet skont ir-Regoli dwar l-Aċċess għal Dokumenti (“RAD 2008”) stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-ASE Nru 407/08/COL fis-27 ta’ Ġunju 2008 (mhux ippubblikat), il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President u Mħallef-Relatur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat l-ordni fit-12 ta’ Mejju 2014, li d-dispożittiv tagħha huwa li jmiss:

Il-Qorti b’dan:

1.

Issib li ma hemmx ħtieġa li tiddeċiedi dwar l-azzjoni diretta lejn l-ittra tal-ASE datata d-9 ta’ Mejju 2012 kif notifikata fit-18 ta’ Mejju 2012 (Avveniment Nru 633455) sa fejn tikkonċerna l-aċċess għal dikjarazzjoni tal-kontentut fil-Każ tal-ASE Nru 34250.

2.

Tiddikjara inammissibbli l-azzjoni diretta lejn l-ittra tal-ASE datata d-9 ta’ Mejju 2012 kif notifikata fit-18 ta’ Mejju 2012 (Avveniment Nru 633455) sa fejn tikkonċerna l-aċċess għal “ittra datata jew riċevuta fit-13 ta’ Lulju 2010 minn Norway Post” u “minuti minn laqgħat bejn l-ASE, inkluż il-president tagħha, u Norway Post u/jew il-Gvern Norveġiż”.

3.

Tiddikjara inammissibbli l-azzjoni diretta lejn l-ittra tal-ASE datata t-22 ta’ Mejju kif notifikata fit-23 ta’ Mejju 2012.

4.

Issib li ma hemmx il-ħtieġa li tiddeċiedi dwar l-azzjoni diretta lejn l-ittra tal-ASE datata t-2 ta’ Lulju 2012 kif notifikata fit-2 ta’ Lulju 2012 (Avveniment Nru 639495) sa fejn tikkonċerna l-proċeduri tal-amministrazzjoni tal-fajls tal-każijiet mill-ASE jew il-proċeduri tal-ASE tal-ġestjoni tat-talbiet għall-aċċess pubbliku.

5.

Tiddikjara inammissibli l-azzjoni diretta lejn l-ittra tal-ASE datata t-2 ta’ Lulju kif notifikata fit-2 ta’ Lulju 2012 (Avveniment Nru 639495) sa fejn tikkonċerna l-aċċess għad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ tal-ASE li jikkontjenu s-setgħat preżenti tad-diretturi tagħha.

6.

Tordna lir-rikorrenti jħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti.