18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/4


L-Avviż tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta' interess ta' rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/skont attwali għal tliet Stati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2012

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta Lulju 2004  (1) )

2012/C 314/04

Ir-rati bażi huma kkalkulati b'konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta' referenza u ta' skont tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 (2). Biex tinkiseb ir-rata ta' referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġni xierqa b'konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tar-rata ta' skont dan ifisser li l-marġni xieraq ta' 100 punt bażi jrid jiżdied mar-rata bażi. Ir-rata ta' rkupru għandha normalment tiġi kkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi kif previst fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 789/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 (3) li temenda d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 (4).

 

L-Islanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

1.1.2012-31.5.2012

4,70

0,31

3,57

1.6.2012-

4,70

0,38

3,57


(1)  ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru. 26, 25.5.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32 u s-Suppliment ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru. 22.12.2010, p. 1.

(4)  Ara l-verżjoni konsolidata fis-sit http://www.eftasurv.int/media/decisions/195-04-COL.pdf