|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/25 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 522/12/COL
tad-19 ta’ Diċembru 2012
li temenda għas-87 darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tintroduċi kapitolu ġdid dwar miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA,
WARA li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b’mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
WARA li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu,
FILWAQT li tfakkar ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (3),
billi:
Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,
Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dan ikun previst espliċitament f'dan il-Ftehim jew fil-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li dan huwa meħtieġ,
Fit-22 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar Linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012 (4).
Din il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,
Għandha tkun żgurata applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat taż-ŻEE fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,
Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV ta' mal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jkunu jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA ġew ikkonsultati,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat jiġu emendati billi jiġi introdott kapitolu ġdid fuq ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012. Il-kapitolu l-ġdid jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
Oda Helen SLETNES
Il-President
Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON
Membru tal-Kulleġġ
(1) Il-“Ftehim taż-ŻEE”.
(2) Il-“Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.
(3) Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 ta' mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità fid-19 ta' Jannar 1994 u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ĠU) L 231, 3.9.1994, p. 1 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 3.9.1994, p. 1. Minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tinsab fuq il-websajt tal-Awtorità: http://www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012 (ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4).
ANNESS
L-GĦAJNUNA FIL-KUNTEST TAL-ISKEMA GĦALL-ISKAMBJU TA' KWOTI TA' EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA WARA L-2012 (1)
IL-POLITIKA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT U D-DIRETTIVA TAL-ETS
|
1. |
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 (2) stabbilixxiet skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni (l-ETS tal-UE), filwaqt li d-Direttiva 2009/29/KE (3) tejbet u estendiet l-ETS tal-UE b'effett mill-1 ta’ Jannar 2013. Id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata (4), minn hawn 'il quddiem qed tissejjaħ “id-Direttiva tal-ETS”. Id-Direttiva 2009/29/KE tagħmel parti minn pakkett leġiżlattiv li fih mizuri għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u b'użu baxx ta’ karbonju. Dan il-pakkett kien imfassal prinċipalment biex tinkiseb il-mira ambjentali globali tal-Unjoni ta' tnaqqis ta' 20 % f'emissjonijiet ta' gassijiet serra meta mqabbel mal-1990 u ta' sehem ta' 20 % ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum totali tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020. |
|
2. |
Id-Direttiva tal-ETS tipprevedi l-miżuri speċjali u temporanji li ġejjin fir-rigward ta' ċerti kumpaniji: għajnuna sabiex tiġi kkumpensata ż-żieda fil-prezzijiet tal-elettriku li jirriżultaw mill-inklużjoni tal-kosti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minħabba l-ETS tal-UE (magħrufa b’mod komuni bħala “kosti tal-emissjonijiet indiretti”), għajnuna għall-investiment lil impjanti tal-enerġija effiċjenti ħafna, inklużi l-impjanti tal-enerġija l-ġodda li huma lesti għall-ġbir u għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f'kundizzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (attrezzati għas-CCS), kwoti tranżitorji fakultattivi bla ħlas fis-settur tal-elettriku f'xi Stati tal-EFTA (5) u l-esklużjoni ta’ ċerti installazzjonijiet żgħar mill-ETS tal-UE jekk it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jista' jinkiseb 'il barra mill-qafas tal-ETS tal-UE b'inqas kosti amministrattivi. |
|
3. |
Il-miżuri speċjali u temporanji previsti fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-ETS jinvolvu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont it-Taqsima II tal-Parti 2 tal-Protokoll 3 ta' mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-għajnuna mill-Istat trid tiġi nnotifikata mill-Istati tal-EFTA lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA u ma tistax tidħol fis-seħħ qabel ma tiġi approvata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. |
|
4. |
Sabiex jiżguraw it-trasparenza u ċ-ċertezza ġuridika, dawn il-Linji Gwida jispjegaw il-kriterji ta' kompatibbiltà li se jiġu applikati għal dawn il-miżuri ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, kif ġew imtejba u estiżi mid-Direttiva Nru 2009/29/KE. |
|
5. |
F'konformità mat-test tal-ibbilanċjar ifformulat fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-2005 (6), l-objettiv ewlieni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-ETS tal-UE huwa li jiġi żgurat li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jirriżultaw f’livell akbar ta' tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra milli kieku kien iseħħ mingħajr l-għajnuna, u biex jiġi żgurat li l-effetti pożittivi tal-għajnuna jegħlbu lill-effetti negattivi tagħha f'termini ta' disorsjonijiet fil-kompetizzjoni tas-suq intern. L-għajnuna mill-Istat trid tkun neċessarja biex jinkiseb l-objettiv ambjentali tal-ETS tal-UE (neċessità tal-għajnuna) u trid tkun limitata għall-anqas ammont li jkun meħtieġ biex tinkiseb il-protezzjoni ambjentali mfittxija (il-proporzjonalità tal-għajnuna) mingħajr ma jinħolqu distorsjonijiet żejda fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ tas-suq intern. |
|
6. |
Ladarba d-dispożizzjonijiet introdotti mid-Direttiva 2009/29/KE se jibdew japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013, l-għajnuna mill-Istat ma tistax titqies meħtieġa sabiex jitnaqqas kwalunkwe piż li jirriżulta minn din id-Direttiva qabel dik id-data. Konsegwentement, il-miżuri koperti minn dawn il-Linji Gwida jistgħu jiġu awtorizzati biss għall-kosti mġarrba fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara dik id-data, għajr għall-għajnuna involuta fl-allokazzjoni tranżitorja fakultattiva bla ħlas għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku (f'ċerti Stati tal-EFTA), li jistgħu jinkludu, f'ċerti kundizzjonijiet, investimenti li jkunu saru mill-25 ta' Ġunju 2009 fil-qafas tal-Pjan Nazzjonali. |
1. MIŻURI SPEĊIFIĊI KOPERTI MINN DAWN IL-LINJI GWIDA
1.1. L-għajnuna għall-kumpaniji f'setturi u f'subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju minħabba l-kosti marbuta mal-kwoti tal-ETS tal-UE li jiġu ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku (għajnuna għall-kosti tal-emissjonijiet indiretti)
|
7. |
Skont l-Artikolu 10a(6) tad-Direttiva tal-ETS, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat favur is-setturi jew is-subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju minħabba l-kosti relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jiġu ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku (minn hawn 'il quddiem imsejħa “kosti tal-emissjonijiet indiretti”), sabiex jikkumpensaw għal dawn il-kosti f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, “ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju” tiddeskrivi l-prospettiva ta’ żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra globali, meta l-kumpaniji jċaqalqu l-produzzjoni 'l barra miż-ŻEE minħabba li ma jkunux jistgħu jittrasferixxu ż-żidiet fil-kosti kkawżati mill-ETS tal-UE fuq il-klijenti tagħhom mingħajr ma jġarrbu telf sinifikanti tas-sehem mis-suq. |
|
8. |
L-indirizzar tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju għandu objettiv ambjentali, ġaladarba l-għajnuna jkollha l-għan li tiġi evitata żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minħabba ċ-ċaqliq tal-produzzjoni 'l barra miż-ŻEE, fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali vinkolanti dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Fl-istess waqt, l-għajnuna għall-kosti tal-emissjonijiet indiretti jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-effiċjenza tal-ETS tal-UE. Jekk ma jkollhiex mira preċiża, l-għajnuna tkun teħles lill-benefiċjarji mill-kost tal-emissjonijiet indiretti tagħhom, u b'hekk tkun qiegħda tillimita l-inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet u għall-innovazzjoni fis-settur. Bħala riżultat ta' dan, il-kosti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ikollhom jiġġarrbu prinċipalment minn setturi oħrajn tal-ekonomija. Barra minn hekk, tali għajnuna mill-Istat tista’ twassal għal distorsjonijiet sinifikanti fil-kompetizzjoni tas-suq intern, b’mod partikolari kull meta kumpaniji fl-istess settur ikunu ttrattati b'mod differenti fi Stati taż-ŻEE differenti minħabba restrizzjonijiet baġitarji differenti. Għaldaqstant, dawn il-Linji Gwida jeħtieġ li jindirizzaw tliet objettivi speċifiċi: l-imminimizzar tar-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju, iż-żamma tal-objettiv tal-ETS tal-UE għal dekorbanizzazzjoni kosteffiċjenti u l-imminimizzar tad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni tas-suq intern. |
|
9. |
Matul il-proċess ta’ adozzjoni tad-Direttiva 2009/29/KE, il-Kummissjoni ħarġet dikjarazzjoni (7) li tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin li kien beħsiebha tapplika fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat għall-kosti tal-emissjonijiet indiretti, sabiex jiġi evitat li jkun hemm distorsjoni bla bżonn fil-kompetizzjoni. |
|
10. |
Il-Kummissjoni vvalutat, fil-livell tal-Unjoni, il-limitu sa fejn huwa possibbli għal settur jew għal subsettur li jittrasferixxi l-kosti tal-emissjonijiet indiretti fil-prezzijiet tal-prodotti, mingħajr ma jkun hemm telf sinifikanti tas-sehem mis-suq għall-installazzjonijiet barra mill-Unjoni li huma inqas effiċjenti fl-emissjonijiet tal-karbonju. |
|
11. |
L-ammont massimu ta' għajnuna li l-Istati taż-ŻEE jistgħu jagħtu, irid jiġi kkalkulat skont formola li tieħu inkunsiderazzjoni l-livelli ta' produzzjoni bażi tal-installazzjoni jew il-livelli ta' konsum tal-elettriku bażi tal-installazzjoni kif definit f'dawn il-Linji Gwida, kif ukoll il-fattur ta' emissjonijiet tas-CO2 għall-elettriku pprovdut minn impjanti tal-kombustjoni f'żoni ġeografiċi differenti. Fil-każ ta' kuntratti ta' forniment tal-elettriku li ma jinkludu l-ebda kosti tas-CO2, mhija se tingħata l-ebda għajnuna mill-Istat. Il-formula tiżgura li l-għajnuna tkun proporzjonali u li żżomm l-inċentivi għall-effiċjenza tal-elettriku u t-tranżizzjoni tal-elettriku minn dak “griż” għal dak “aħdar”, skont il-premessa 27 tad-Direttiva Nru 2009/29/KE. |
|
12. |
Barra minn hekk, sabiex jiġu mminimizzati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fis-suq intern u biex jinżamm l-objettiv tal-ETS tal-UE li tinkiseb dekarbonizzazzjoni kosteffikaċi, l-għajnuna ma tistax tikkumpensa kompletament għall-kosti tal-EUAs trażmessi fuq il-prezzijiet tal-elettriku u trid titnaqqas biż-żmien. L-intensitajiet digressivi tal-għajnuna huma fundamentali fit-tħaddim tal-għajnuna mill-Istat sabiex tiġi evitata d-dipendenza fuq l-għajnuna. Barra minn hekk, dawn se jżommu kemm l-inċentivi fuq terminu twil biex jiġu internalizzati għal kollox l-esternalitajiet ambjentali, kif ukoll l-inċentivi fuq terminu qasir biex tiġi adottata ġenerazzjoni ta’ teknoloġiji li jarmu inqas CO2, filwaqt li jenfasizzaw in-natura temporanja tal-għajnuna u jagħtu kontribut għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. |
1.2. L-għajnuna għall-investiment lil impjanti tal-enerġija effiċjenti ħafna, inklużi impjanti tal-enerġija ġodda li huma lesti għall-ġbir u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (attrezzati għas-CCS)
|
13. |
F'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew (8) rigward l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva tal-ETS dwar l-użu ta' dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jużaw dan id-dħul bejn l-2013 u l-2016, biex jappoġġjaw il-bini ta’ impjanti tal-enerġija effiċjenti ħafna, inklużi impjanti tal-enerġija ġodda li huma lesti għall-ġbir u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (attrezzati għas-CCS) Madankollu, skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/31/KE tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (9), l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-operaturi ta' impjanti tal-kombustjoni b'output elettriku li jkun ikklassifikat li jaqbeż it-300 MW ikunu vvalutaw ċerti kundizzjonijiet, jiġifieri, jekk ikunx hemm siti ta' ħżin adegwati disponibbli, jekk il-faċilitajiet ta' trasport ikunux teknikament u ekonomikament vijabbli, u jekk ikunx teknikament u ekonomikament vijabbli li jsiru adattamenti bil-ħsieb li jinġabar is-CO2. Meta l-valutazzjoni tkun waħda pożittiva, għandu jiġi previst spazju xieraq fis-sit tal-installazzjoni għat-tagħmir meħtieġ għall-ġbir u għall-kompressjoni tas-CO2 (10). |
|
14. |
Din l-għajnuna trid tfittex li żżid il-protezzjoni tal-ambjent, li ġġib magħha inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbla mat-teknoloġiji tal-ogħla livell, u timmira lejn falliment tas-suq billi tħalli impatt sostanzjali fuq il-protezzjoni ambjentali. L-għajnuna trid tkun meħtieġa, għandu jkollha effett ta’ inċentiv u tkun proporzjonata. L-għajnuna għall-implimentazzjoni tal-ġbir u tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida u diġà ġiet ivvalutata skont regoli oħra eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari, il-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fuq l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali (11). |
|
15. |
Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-għajnuna, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jridu jvarjaw skont il-kontribut għaż-żieda tal-protezzjoni ambjentali u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (l-objettiv tad-Direttiva tal-ETS) tal-impjant tal-enerġija l-ġdid. Għalhekk, il-bidu tal-implimentazzjoni tal-katina sħiħa tas-CCS (jiġifieri l-bini u l-bidu effettiv tal-ġbir, tat-trasport u tal-ħżin tas-CO2) mill-impjanti tal-enerġija l-ġodda qabel l-2020, irid jiġi ppremjat b'paragun mal-impjanti tal-enerġija l-ġodda li jkunu attrezzati għas-CCS, iżda li ma jibdewx jimplimentaw is-CCS tagħhom qabel l-2020. Barra minn hekk, meta jiġu kkunsidrati żewġ proġetti simili ta' impjanti tal-enerġija ġodda attrezzati għas-CCS, l-intensitajiet massimi permissibbli tal-għajnuna se jkunu ogħla għall-proġetti magħżula fi proċess ta' rkant li jkun verament kompetittiv, ibbażat fuq kriterji ċari, trasparenti u nondiskriminatorji, u dan se jiżgura b'mod effettiv li l-għajnuna tiġi limitata għall-minimu neċessarju u li tiffavorixxi l-kompetizzjoni fis-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. F'dawn iċ-ċirkostanzi, wieħed jista' jassumi li l-offerti rispettivi jirriflettu l-benefiċċji kollha possibbli li jistgħu joħorġu mill-investiment addizzjonali. |
1.3. L-għajnuna marbuta ma' kwoti tranżitorji fakultattivi bla ħlas għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku
|
16. |
Skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva tal-ETS, l-Istati taż-ŻEE li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet relatati mal-interkonnettività tan-netwerk tal-elettriku nazzjonali tagħhom jew mas-sehem tagħhom ta’ fjuwils fossili fil-produzzjoni tal-elettriku u mal-livell tal-PDG per capita b'paragun mal-medja tal-Unjoni, għandhom l-għażla li temporanjament jiddevjaw mill-prinċipju ta’ rkant sħiħ tal-kwoti u jagħtu kwoti mingħajr ħlas lill-ġeneraturi tal-elettriku li kienu joperaw sal-31 ta' Diċembru 2008 jew lill-ġeneraturi tal-elettriku li għalihom il-proċess ta' mmodernizzar kien fiżikament mibdi sal-31 ta’ Diċembru 2008. Bi skambju għall-għoti ta’ kwoti mingħajr ħlas lill-ġeneraturi tal-enerġija, l-Istati taż-ŻEE eliġibbli jridu jippreżentaw pjan nazzjonali ta’ investiment (“Pjan Nazzjonali”) li jiddeskrivi l-investimenti meħuda mir-riċevituri tal-kwoti mingħajr ħlas jew minn operaturi oħra fl-adattament u fit-titjib tal-infrastruttura, fit-teknoloġiji ndaf u fid-diversifikazzjoni tat-taħlita enerġetika u tas-sorsi tal-provvista tagħhom. |
|
17. |
Din id-deroga mill-prinċipju ta' rkant sħiħ tal-kwoti permezz tal-għoti ta' kwoti tranżitorji mingħajr ħlas, tinvolvi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, għax l-Istati taż-ŻEE jirrifjutaw xi dħul billi jallokaw kwoti mingħajr ħlas u jagħtu vantaġġ selettiv lill-ġeneraturi tal-enerġija. Il-ġeneraturi tal-enerġija jistgħu jikkompetu ma' ġeneraturi tal-enerġija fi Stati taż-ŻEE oħrajn. Dan jista' jirriżulta f'distorsjoni jew f'theddida ta' distorsjoni fil-kompetizzjoni u jħalli effett fuq is-suq intern. L-għajnuna mill-Istat hija involuta wkoll fil-livell tal-investimenti li r-riċevituri tal-kwoti bla ħlas ikunu se jwettqu b'kost imraħħas. |
1.4. L-għajnuna marbuta mal-esklużjoni tal-installazzjonijiet iż-żgħar u tal-isptarijiet mill-ETS tal-UE
|
18. |
Skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-ETS, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jeskludu l-installazzjonijiet iż-żgħar u l-isptarijiet mill-ETS tal-UE, sakemm dawn ikunu soġġetti għal miżuri li jiksbu tnaqqis ekwivalenti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. L-Istati taż-ŻEE jistgħu jipproponu miżuri li japplikaw għall-installazzjonijiet iż-żgħar u għall-isptarijiet li se jiksbu kontribut għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ekwivalenti għal dak miksub mill-ETS tal-UE. Din il-possibbiltà li teskludihom mill-ETS tal-UE għandha l-għan li toffri l-gwadann massimu, f'termini ta' tnaqqis tal-kosti amministrattivi għal kull tunnellata ekwivalenti ta’ CO2 eskluża mill-ETS. |
|
19. |
L-esklużjoni tal-installazzjonijiet ż-żgħar u tal-isptarijiet mill-ETS tal-UE tista’ tinvolvi għajnuna mill-Istat. L-Istati taż-ŻEE għandhom marġni diskrezzjonali wiesgħa f'dak li jirrigwarda l-esklużjoni jew le tal-installazzjonijiet iż-żgħar mill-ETS tal-UE, u jekk dan ikun il-każ, f'dak li jirrigwarda liema tip ta' installazzjoni għandhom jeskludu u liema tip ta' miżuri għandhom jirrikjedu. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li l-miżuri imposti mill-Istati taż-ŻEE jistgħu jwasslu għal vantaġġ ekonomiku li jiffavorixxi xi installazzjonijiet żgħar jew sptarijiet esklużi mill-ETS tal-UE, li x'aktarx joħloq distorsjoni, jew jhedded li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ fis-suq intern. |
2. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U D-DEFINIZZJONIJIET
2.1. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-Linji Gwida
|
20. |
Dawn il-Linji Gwida japplikaw biss għall-miżuri ta' għajnuna speċifiċi previsti fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-ETS. Il-Kapitolu tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fuq l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali (12) ma japplikax għal dawn il-miżuri. |
2.2. Definizzjonijiet
|
21. |
Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida se japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Appendiċi I. |
3. IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA KOMPATIBBLI SKONT L-ARTIKOLU 61(3) TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE
|
22. |
L-għajnuna mill-Istat tista' tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk din twassal għal żieda fil-protezzjoni ambjentali (tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra) mingħajr ma taffettwa b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b'tali mod li jkun imur kontra l-interess komuni. Fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA toħloq bilanċ bejn l-impatt pożittiv tal-miżura ta’ għajnuna li jinvolvi l-kisba ta' objettiv ta’ interess komuni u l-effetti potenzjalment negattivi tagħha, bħad-distorsjoni fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni. Għal din ir-raġuni, it-terminu tal-iskemi ta' għajnuna ma jistax ikun itwal mit-terminu ta' validità ta' dawn il-Linji Gwida. Dan huwa bla ħsara għall-possibbiltà li Stat tal-EFTA jinnotifika mill-ġdid miżura li tkun testendi lil hinn mil-limitu ta' żmien stabbilit mid-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li tawtorizza l-iskema ta' għajnuna. |
3.1. L-għajnuna għall-kumpaniji f'setturi u f'subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju minħabba l-kosti marbuta mal-kwoti tal-ETS tal-UE li jiġu ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku (għajnuna għall-kosti tal-emissjonijiet indiretti)
|
23. |
Għas-setturi u għas-subsetturi elenkati fl-Appendiċi II, l-għajnuna maħsuba biex tikkumpensa l-kosti marbuta mal-kwoti tal-ETS tal-UE li jiġu ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-ETS u li jkunu ġġarrbu mill-1 ta' Jannar 2013, se titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima. |
L-objettiv u l-ħtieġa għall-għajnuna
|
24. |
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, l-objettiv ta' din l-għajnuna huwa li tipprevjeni riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju, minħabba l-kosti tal-EUA ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku mġarrba mill-benefiċjarju, f'każ li l-kompetituri tiegħu minn pajjiżi terzi ma jintlaqtux minn kosti simili tas-CO2 fil-kosti tal-elettriku tagħhom u f'każ li l-benefiċjarju ma jkunx kapaċi jittrasferixxi dawn il-kosti fil-prezzijiet tal-prodott mingħajr ma jġarrab telf sinifikanti tas-sehem mis-suq. |
|
25. |
Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida, jitqies li jeżisti riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju biss meta l-benefiċjarju jkun attiv f'settur jew f'subsettur elenkat fl-Appendiċi II. |
L-intensità massima tal-għajnuna
|
26. |
L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż il-85 % tal-kosti eliġibbli mġarrba fl-2013, fl-2014 u fl-2015, it-80 % tal-kosti eliġibbli mġarrba fl-2016, fl-2017 u fl-2018 u l-75 % tal-kosti eliġibbli mġarrba fl-2019 u fl-2020. |
Kalkolu tal-ammont massimu tal-għajnuna
|
27. |
L-għajnuna massima pagabbli għal kull installazzjoni għall-manifattura ta' prodotti fis-setturi u fis-subsetturi elenkati fl-Appendiċi II trid tiġi kkalkulata skont il-formula segwenti:
|
|
28. |
Jekk installazzjoni timmanifattura prodotti li għalihom huwa applikabbli parametru referenzjarju għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku elenkat fl-Appendiċi III u prodotti li għalihom huwa applikabbli parametru referenzjarju alternattiv għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku, il-konsum tal-elettriku għal kull prodott irid jiġi kkalkulat proporzjonatament skont it-tunnellaġġ rispettiv tal-produzzjoni ta’ kull prodott. |
|
29. |
Jekk installazzjoni timmanifattura prodotti li jkunu eliġibbli għall-għajnuna (jiġifieri li jkunu koperti mis-setturi jew mis-subsetturi eliġibbli elenkati fl-Appendiċi II) u prodotti li ma jkunux eliġibbli għall-għajnuna, l-ammont massimu ta' għajnuna pagabbli għandu jiġi kkalkulat biss għall-prodotti li jkunu eliġibbli għall-għajnuna. |
|
30. |
L-għajnuna tista’ titħallas lill-benefiċjarju fis-sena li matulha jkunu ġġarrbu l-kosti jew fis-sena ta' wara. Jekk l-għajnuna titħallas fis-sena li matulha jkunu ġġarrbu l-kosti, irid jiġi adottat mekkaniżmu ta’ aġġustament għall-pagamenti ex post sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe pagamenti żejda li jkunu saru fir-rigward tal-għajnuna jitħallsu lura qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena ta' wara. |
L-effett ta' inċentiv
|
31. |
Ir-rekwiżit ta' effett ta' inċentiv jitqies li jkun ġie rispettat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima 3.1. |
3.2. L-għajnuna għall-investiment lil impjanti tal-enerġija ġodda effiċjenti ħafna, inklużi impjanti tal-enerġija ġodda li huma attrezzati għas-CCS
|
32. |
L-għajnuna għall-investiment mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2016 għal impjanti tal-enerġija ġodda effiċjenti ħafna se titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima. |
|
33. |
L-għajnuna għall-investiment lil impjanti tal-enerġija ġodda effiċjenti ħafna tista' tingħata biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
L-objettiv u l-ħtieġa għall-għajnuna
|
34. |
L-Istati tal-EFTA jridu juru li l-għajnuna qed timmira lejn falliment tas-suq billi tħalli impatt sostanzjali fuq il-protezzjoni ambjentali. L-għajnuna jrid ikollha effett ta’ inċentiv b'tali mod li tirriżulta f'bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju li jkun ingħata l-għajnuna; dan l-effett ta' inċentiv jintwera permezz ta' xenarju kontrofattwali li jipprovdi l-evidenza li mingħajr l-għajnuna l-benefiċjarju ma kienx se jwettaq l-investiment inkwistjoni. Barra minn hekk, il-proġett li jingħata l-għajnuna ma jistax jinbeda qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna. Fl-aħħar nett, l-Istati tal-EFTA jridu juru li l-għajnuna ma taffettwax b'mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b'tali mod li jkun imur kontra l-interess komuni, partikolarment fejn l-għajnuna tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta' benefiċjarji jew fejn l-għajnuna aktarx issaħħaħ il-pożizzjoni tal-benefiċjarji fis-suq (fil-livell ta' grupp ta' kumpaniji). |
Il-kosti eliġibbli
|
35. |
Il-kosti eliġibbli se jkunu limitati għall-kosti totali tal-investiment fl-installazzjoni l-ġdida (assi tanġibbli u intanġibbli) li huma strettament meħtieġa għall-bini tal-impjant tal-enerġija l-ġdid. Barra minn hekk, fil-każ tal-bini ta' impjant tal-enerġija attrezzat għas-CCS, se jkunu eliġibbli l-kosti biex tintwera l-fattibilità ekonomika u teknika globali tal-implimentazzjoni ta' katina sħiħa tas-CCS. Il-kosti tal-installazzjoni ta' tagħmir għall-ġbir, għat-trasport u għall-ħżin mhux se jkunu eliġibbli skont dawn il-Linji Gwida, għaliex l-għajnuna għall-implimentazzjoni tas-CCS diġà hija vvalutata skont il-Kapitolu tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna
|
36. |
Għall-impjanti tal-enerġija l-ġodda effiċjenti ħafna li huma attrezzati għas-CCS u li jibdew l-implimentazzjoni tal-katina sħiħa tas-CCS qabel l-2020, l-għajnuna ma tistax taqbeż il-15 % tal-kosti eliġibbli. |
|
37. |
Għall-impjanti tal-enerġija l-ġodda effiċjenti ħafna li huma attrezzati għas-CCS, iżda li ma jibdewx jimplimentaw il-katina sħiħa tas-CCS qabel l-2020, u li tingħatalhom l-għajnuna wara proċess ta’ offerti ġenwinament kompetittiv li jippromwovi (i) l-aktar teknoloġiji għall-ġenerazzjoni tal-enerġija li jirrispettaw l-ambjent fl-impjanti l-ġodda li jirriżultaw f'emissjonijiet aktar baxxi tas-CO2 meta mqabbla mat-teknoloġiji tal-ogħla livell, u (ii) il-kompetizzjoni fis-suq tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-għajnuna ma tistax taqbeż l-10 % tal-kosti eliġibbli. Proċess ta’ offerti ta' dan it-tip irid ikun ibbażat fuq kriterji ċari, trasparenti u nondiskriminatorji u jwassal għall-parteċipazzjoni ta’ għadd suffiċjenti ta' kumpaniji. Barra minn hekk, il-baġit relatat mal-proċess ta’ offerti jrid ikun restrittiv, fis-sens li mhux il-parteċipanti kollha jistgħu jirċievu l-għajnuna. |
|
38. |
L-għajnuna ma tistax taqbeż il-5 % tal-kosti eliġibbli għal dawk l-impjanti tal-enerġija l-ġodda effiċjenti ħafna li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 36 u 37 hawn fuq. |
|
39. |
F'każ li l-implimentazzjoni tal-katina sħiħa tas-CCS ma tinbediex qabel l-2020, l-għajnuna tonqos għal 5 % tal-kosti eliġibbli tal-investimenti, jew għal 10 % jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 37 tat-Taqsima 3.2 ta' hawn fuq. F'każ li l-għajnuna tingħata b'pagament bil-quddiem, l-Istati tal-EFTA jirkupraw l-ammont żejjed tal-għajnuna. |
3.3. L-għajnuna marbuta ma' kwoti tranżitorji fakultattivi bla ħlas għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku
|
40. |
Mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2019, l-għajnuna mill-Istat marbuta ma' kwoti tranżitorji u fakultattivi bla ħlas għall-immodernizzar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u għall-investimenti inklużi fil-Pjanijiet Nazzjonali, f'konformità mal-Artikolu 10c tad-Direttiva tal-ETS, se titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
L-effett ta' inċentiv
L-effett ta' inċentiv jitqies li ġie ssodisfat għall-investimenti li saru mill-25 ta' Ġunju 2009 'il quddiem.
Il-kosti eliġibbli
|
41. |
Il-kosti eliġibbli jridu jkunu limitati għall-kosti totali tal-investiment (assi tanġibbli u intanġibbli) kif elenkati fil-Pjan Nazzjonali li jikkorrispondu għall-valur tas-suq ta’ kwoti bla ħlas (ikkalkulati f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 2011 (17) jew mad-dokument ta' gwida rilevanti applikabbli meta tingħata l-għajnuna) mogħtija lil kull benefiċjarju, irrispettivament mill-kosti tal-operat u mill-benefiċċji tal-installazzjoni korrispondenti. |
L-intensità massima tal-għajnuna
|
42. |
L-għajnuna ma tistax taqbeż il-100 % tal-kosti eliġibbli. |
3.4. L-għajnuna marbuta mal-esklużjoni tal-installazzjonijiet iż-żgħar u tal-isptarijiet mill-ETS tal-UE
|
43. |
L-għajnuna marbuta mal-esklużjoni tal-installazzjonijiet iż-żgħar jew tal-isptarijiet eżentati mill-ETS tal-UE mill-1 ta' Jannar 2013 se titqies kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm dawn l-installazzjonijiet iż-żgħar jew l-isptarijiet ikunu soġġetti għal miżuri li jiksbu tnaqqis ekwivalenti fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont it-tifsira tal-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-ETS u sakemm dak l-Istat tal-EFTA jkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-ETS. |
L-effett ta' inċentiv
|
44. |
Ir-rekwiżit ta' effett ta' inċentiv jitqies li jkun ġie rispettat jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima 3.4. |
3.5. Proporzjonalità
|
45. |
L-Istat tal-EFTA jrid juri li l-ammont tal-għajnuna li jingħata lill-benefiċjarju huwa limitat għall-minimu meħtieġ. B'mod partikolari, l-Istati tal-EFTA jistgħu jagħtu għajnuna b'intensitajiet aktar baxxi minn dawk imsemmija f'dawn il-Linji Gwida. |
4. KUMULAZZJONI
|
46. |
Il-limiti massimi tal-għajnuna stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida ma jistgħux jinqabżu, irrispettivament minn jekk l-appoġġ huwiex iffinanzjat kompletament mir-riżorsi tal-Istat jew jekk huwiex parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni. |
|
47. |
L-għajnuna meqjusa kompatibbli skont dawn il-Linji Gwida ma tistax tiġi kkombinata ma’ għajnuna oħra mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jew ma’ forom oħra ta’ finanzjament mill-Unjoni jekk tali trikkib ikun jirriżulta f'intensità ta’ għajnuna ogħla minn dik stabbilita f'dawn il-Linji Gwida. Madankollu, fejn in-nefqa eliġibbli għal għajnuna għall-miżuri koperti minn dawn il-Linji Gwida tkun totalment jew parzjalment eliġibbli għal għajnuna li jkollha skopijiet oħra, il-porzjon komuni se jkun soġġett għal-livell massimu tal-għajnuna l-aktar favorevoli, skont ir-regoli applikabbli. |
5. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
5.1. Rappurtar annwali
|
48. |
F'konformità mal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (18) u mad-Deċiżjoni Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 (19), l-Istati tal-EFTA jridu jippreżentaw rapporti annwali lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. |
|
49. |
Apparti r-rekwiżiti stipulati fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u fid-Deċiżjoni Nru 195/04/COL, ir-rapporti annwali dwar il-miżuri ta’ għajnuna ambjentali jrid ikun fihom informazzjoni addizzjonali dwar l-iskemi rispettivi approvati. B'mod partikolari, fir-rapporti annwali tagħhom l-Istati tal-EFTA jridu jinkludu l-informazzjoni segwenti:
|
|
50. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se timmonitorja regolarment l-għajnuna li tingħata lil kumpaniji f'setturi u f'subsetturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju, minħabba l-kosti marbuta mal-kwoti tal-ETS tal-UE ttrasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku, kif deskritt fit-Taqsima 3.1. Permezz ta' dan, hija se taġġorna l-informazzjoni tagħha fuq id-daqs tal-kost indirett li jiġi ttrasferit u l-konsegwenzi possibbli tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju. |
|
51. |
Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-impjanti tal-enerġija l-ġodda effiċjenti ħafna, inklużi dawk attrezzati għas-CCS, fir-rapporti annwali tagħhom, l-Istati tal-EFTA jridu jinkludu l-informazzjoni segwenti:
|
5.2. Trasparenza
|
52. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tqis li huma meħtieġa miżuri ulterjuri sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat fl-Istati tal-EFTA. B'mod partikolari, irid jiġi żgurat li l-Istati tal-EFTA, l-operaturi ekonomiċi, il-partijiet interessati u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jkunu jistgħu jaċċessaw faċilment it-test sħiħ tal-iskemi kollha ta’ għajnuna ambjentali applikabbli. |
|
53. |
Dan il-għan jista’ jinkiseb permezz tat-twaqqif ta' websajts. Għal din ir-raġuni, fil-valutazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se titlob b'mod sistematiku lill-Istat tal-EFTA kkonċernat sabiex jippubblika t-test sħiħ tal-iskemi finali kollha ta’ għajnuna fuq l-internet u biex jikkomunika l-indirizz tal-internet tal-pubblikazzjoni lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. |
5.3. Monitoraġġ
|
54. |
L-Istati tal-EFTA jridu jiżguraw li jinżammu rekords dettaljati rigward l-għoti tal-għajnuna għall-miżuri kollha. Tali rekords, li jridu jinkludu l-informazzjoni kollha neċessarja biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kosti eliġibbli u l-intensità massima ta’ għajnuna permissibbli jkunu ġew rispettati, iridu jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna u jridu jiġu pprovduti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA meta din tagħmel talba għalihom. |
5.4. Il-perjodu ta' applikazzjoni u ta' rieżami
|
55. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se tapplika dawn il-Linji Gwida mill-għada tal-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE. |
|
56. |
Il-Linji Gwida se jkunu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020. Wara konsultazzjoni mal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tkun tista’ temendahom qabel dik id-data fuq il-bażi ta’ raġunijiet importanti marbuta mal-politika tal-kompetizzjoni jew mal-politika ambjentali jew sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni politiki oħra taż-ŻEE jew impenji internazzjonali. Tali emendi jistgħu jkunu meħtieġa b’mod partikolari fid-dawl ta' ftehimiet internazzjonali futuri fil-qasam tat-tibdil fil-klima u ta' leġiżlazzjoni futura fiż-ŻEE f'dan ir-rigward. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista’ twettaq rieżami ta' dawn il-Linji Gwida kull sentejn wara l-adozzjoni tagħhom. |
|
57. |
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-miżuri kollha ta’ għajnuna nnotifikati li fir-rigward tagħhom hija tkun mitluba tieħu deċiżjoni wara li l-Linji Gwida jkunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali u fis-Suppliment taż-ŻEE, anke meta l-proġetti jkunu ġew innotifikati qabel il-pubblikazzjoni tagħhom. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA se tapplika r-regoli stabbiliti fil-Kapitolu tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat fuq ir-Regoli Applikabbli għall-Valutazzjoni ta' Għajnuna Illeċita mill-Istat (20) għal kull għajnuna illeċita. |
(1) Dawn il-linji gwida jikkorrispondu għal-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012 (ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4). Il-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat huma ppubblikati fuq il-websajt tal-Awtorità (www.eftasurv.int/state-aid/legal-framework/state-aid-guidelines/).
(2) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva ġiet inkorporata fil-Ftehim ŻEE fil-punt 21(a)(1) tal-Anness XX.
(3) Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta' emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63. Din id-Direttiva ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1) tal-Anness XX.
(4) Id-Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-27 ta' Ottubru 2004, ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18; Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3; Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009, ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109.
(5) Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, it-terminu “Stati tal-EFTA” jirreferi għall-Islanda, għal-Liechtenstein u għan-Norveġja, iżda mhux għall-Isvizzera li - għalkemm hija Stat tal-EFTA – ma ngħaqditx maż-ŻEE.
(6) Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Għajnuna mill-Istat – Inqas għajnuna mill-Istat u għajnuna mill-Istat li tkun immirata aħjar: pjan direzzjonali dwar ir-riforma tal-għajnuna mill-Istat 2005-2009, COM(2005) 107 final, 7.6.2005.
(7) L-Anness II ta' mal-Anness 15713/1/08REV1 tat-18 ta’ Novembru 2008 (25.11) http://www.europarl.-europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&reference=P6-TA-2008-0610&format=XML&language=EN
(8) Addendum ta' man-Nota Punt “I/A” mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għall-COREPER/KUNSILL 8033/09 ADD 1 REV 1 tal-31 ta’ Marzu 2009.
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/31/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill Nru 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114. Din id-Direttiva ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punti 1a, 1f, 1i, 13ca, 19a, 21at u 32c tal-Anness XX.
(10) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 9.
(11) ĠU L 144, 10.6.2010, p. 1, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 10.6.2010, p. 1. Dan il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Linji Gwida Komunitarji tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Protezzjoni Ambjentali (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).
(12) ĠU L 144, 10.6.2010, p. 1, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 10.6.2010, p. 1. Dan il-Kapitolu jikkorrispondi mal-Linji Gwida Komunitarji tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Protezzjoni Ambjentali (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).
(13) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91. Din id-Direttiva ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 24 tal-Anness IV.
(14) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Marzu 2011 dwar gwida relatata mal-metodoloġija biex talloka kwoti mingħajr ħlas b’mod tranżitorju lil installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-elettriku skont l-Artikolu 10c(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, C(2011) 1983 final, 29.3.2011.
(15) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Dokument ta’ gwida dwar l-applikazzjoni fakultattiva tal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE, ĠU C 99, 31.3.2011, p. 9.
(16) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 15.
(17) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 15.
(18) Il-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti tirrifletti r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 659/1999 ġie inkorporat ulterjorment fil-Protokoll 26 tal-Ftehim taż-ŻEE.
(19) Id-Deċiżjoni Nru 195/04/COL (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 25.5.2006, p. 1) li tikkorispondi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1), li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 659/1999.
(20) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 23, is-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 19.3.2009, p. 6. Dan il-Kapitolu jikkorrispondi għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna illeċita mill-Istat (ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22).
Appendiċi I
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
“ għajnuna ” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE; |
|
— |
“ perjodu għall-għoti tal-għajnuna ” tfisser sena jew diversi snin, fil-perjodu 2013-2020. Jekk Stat tal-EFTA jixtieq jagħti għajnuna li tikkorrispondi għal perjodu iqsar, għandu juża bħala referenza sena finanzjarja tal-benefiċjarji u jagħti għajnuna fuq bażi annwali; |
|
— |
“ intensità massima tal-għajnuna ” tfisser l-ammont totali tal-għajnuna espress bħala perċentwali tal-kosti eliġibbli. Iċ-ċifri kollha użati jridu jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra. Fejn l-għajnuna tingħata f'forma oħra barra milli bħala għotja, l-ammont tal-għajnuna jrid ikun ekwivalenti għall-għotja f’termini ta’ valur. L-għajnuna pagabbli f'diversi ħlasijiet parzjali trid tiġi kkalkulata fil-valur preżenti nett totali tagħha fil-mument li jingħata l-ewwel ħlas parzjali, bl-użu tar-rata ta' referenza rilevanti tal-Awtorità għall-iskontar tal-valur matul iż-żmien. L-intensità tal-għajnuna hija kkalkulata għal kull benefiċjarju; |
|
— |
“ awtoġenerazzjoni ” tfisser il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn installazzjoni li ma tikkwalifikax bħala “ġeneratur tal-elettriku” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(u) tad-Direttiva 2003/87/KE; |
|
— |
“ benefiċjarju ” tfisser kumpanija li tirċievi l-għajnuna; |
|
— |
“ attrezzat għas-CCS ” tfisser li installazzjoni tkun uriet d-disponibbiltà ta' siti għall-ħżin adattati, il-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-faċilitajiet tat-trasport u l-fattibbiltà teknika u ekonomika ta' adattament għall-ġbir tas-CO2, hekk kif ikun hemm biżżejjed inċentivi fis-suq fl-għamla ta’ limitu massimu ta' prezz għas-CO2. B'mod partikolari, biex installazzjoni tkun attrezzata għas-CCS, din tirrikjedi l-elementi segwenti:
|
|
— |
“ protezzjoni ambjentali ” tfisser kwalunkwe azzjoni mfassla biex tirrimedja jew biex tipprevjeni li ssir ħsara fuq l-ambjent fiżiku jew fuq ir-riżorsi naturali bl-attivitajiet proprji tal-benefiċjarju, biex tnaqqas ir-riskju ta’ tali ħsara jew biex twassal għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi naturali, inklużi l-miżuri li jiffrankaw l-enerġija u l-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli; |
|
— |
“ Kwoti tal-Unjoni Ewropea (European Union Allowance - EUA) ” tfisser kwoti trasferibbli li jippermettu l-emissjoni ta’ tunnellata waħda ta’ ekwivalenti ta' CO2 matul perjodu speċifikat; |
|
— |
“ valur miżjud gross (VMG) ” tfisser il-valur gross miżjud skont il-kosti tal-fattur, li huwa l-valur tal-output bit-tnaqqis tal-valur tal-konsum intermedju. Huwa kejl tal-kontribuzzjoni għall-PDG magħmula minn produttur, industrija jew settur individwali. Il-VMG skont il-kost tal-fattur huwa l-VMG bil-prezzijiet tas-suq bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe taxxi indiretti u biż-żieda ta’ kwalunkwe sussidji. Il-valur miżjud skont il-kost tal-fattur jista’ jiġi kkalkulat mill-fatturat, biż-żieda tal-produzzjoni kapitalizzata, flimkien ma’ introjtu operattiv ieħor, biż-żieda jew bit-tnaqqis ta' bidliet fil-ħażniet, bit-tnaqqis ta' taxxi oħrajn fuq prodotti li huma marbuta mal-fatturat iżda li mhumiex deduċibbli, u bit-tnaqqis tat-tariffi u tat-taxxi marbuta mal-produzzjoni. Inkella, jista’ jiġi kkalkulat mis-surplus operattiv gross billi jiġu miżjuda l-kosti marbuta mal-persunal. Il-valur miżjud jeskludi l-introjtu u n-nefqa li huma kklassifikati bħala elementi finanzjarji jew straordinarji fil-kontijiet tal-kumpanija. Il-valur miżjud skont il-kost tal-fattur huwa kkalkulat fuq il-livell gross, billi l-aġġustamenti fil-valur (bħalma hu d-deprezzament) ma jitnaqqsux (1); |
|
— |
“ implimentazzjoni tal-katina sħiħa tas-CCS ” tfisser il-bini u l-bidu effettiv tal-ġbir, tat-trasport u tal-ħżin tas-CO2; |
|
— |
“ installazzjonijiet żgħar ” tfisser installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtorità kompetenti emissjonijiet annwali ta’ inqas minn 25 000 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 u, meta dawn ikunu jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, li jkollhom input termiku taħt il-35 MW, minbarra l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit-tliet snin qabel in-notifika ta’ miżuri ekwivalenti, f'konformità mal-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva tal-ETS; |
|
— |
“ bidu tax-xogħol ” tfisser jew il-bidu tax-xogħol ta' kostruzzjoni jew l-ewwel impenn sod biex jiġi ordnat it-tagħmir, għajr l-istudji preliminari ta' fattibbiltà. |
|
— |
“ assi tanġibbli ” tfisser, għall-finijiet tal-ikkalkular tal-kosti eliġibbli, l-investimenti f'artijiet, f'binjiet, f'impjanti u f'tagħmir; |
|
— |
“ assi intanġibbli ” tfisser, għall-finijiet tal-ikkalkular tal-kosti eliġibbli, l-infiq fuq it-trasferiment ta' teknoloġija permezz tal-akkwist ta' liċenzji operattivi jew ta' għarfien ibbrevettat u mhux ibbrevettat, sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
— |
“ intensità tal-kummerċ ” tfisser il-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi flimkien mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għaż-ŻEE (il-fatturat domestiku annwali tal-kumpaniji taż-ŻEE flimkien mal-importazzjoni totali minn pajjiżi terzi) skont l-istatistika tal-Eurostat; |
|
— |
“ prezz forward tal-EUA ”, f'EUR, tfisser il-medja sempliċi tal-prezzijiet forward ta' kuljum tal-EUA fuq terminu ta' sena (il-prezzijiet tal-offerta tal-għeluq) għal konsenja f’Diċembru tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna, kif osservat fi skambju tal-karbonju partikolari tal-UE bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel dik li għaliha tingħata l-għajnuna. Pereżempju, għal għajnuna mogħtija għall-2016, tkun il-medja sempliċi tal-prezzijiet tal-offerta tal-għeluq tal-EUA ta’ Diċembru 2016 li ġew osservati bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Diċembru 2015 fi skambju tal-karbonju partikolari tal-UE. |
|
— |
“ fattur tal-emissjoni tas-CO2 ”, f’t CO2 / MWh, tfisser il-medja peżata tal-intensità tas-CO2 ta’ elettriku prodott minn fjuwils fossili f’żoni ġeografiċi differenti. Il-piż għandu jirrifletti t-taħlita tal-produzzjoni ta' fjuwils fossili fiż-żona ġeografika kkonċernata. Il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 huwa l-kwozjent tad-dejta dwar l-emissjonijiet tal-ekwivalenti tas-CO2 tal-industrija tal-enerġija diviża bil-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku bbażata fuq il-fjuwils fossili f'TWh. Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida, ir-reġjuni huma definiti bħala żoni ġeografiċi (a) li jikkonsistu minn subswieq akkoppjati permezz ta' skambji ta' enerġija, jew (b) li fihom ma tkun teżisti l-ebda konġestjoni ddikjarata u, fiż-żewġ każijiet, il-prezzijiet fis-siegħa ta' jum bil-quddiem tal-iskambju tal-enerġija fiż-żoni juru diverġenza fil-prezzijiet f'EUR (permezz ta' rati tal-kambju ta' kuljum tal-BĊE) ta' massimu ta' 1 % f'għadd sinifikanti ta' sigħat totali f'sena. Tali divrenzjar reġjonali jirrifletti l-importanza tal-impjanti ta’ fjuwils fossili għall-prezz finali ffissat fis-suq tal-operaturi u r-rwol tagħhom bħala impjanti marġinali fl-ordni tal-mertu. Is-sempliċi fatt li l-elettriku huwa soġġett għal skambji kummerċjali bejn żewġ Stati taż-ŻEE ma jfissirx awtomatikament li dawn jikkostitwixxu reġjun supranazzjonali. Minħabba n-nuqqas ta’ dejta rilevanti fil-livell subnazzjonali, iż-żoni ġeografiċi jinkludu t-territorju sħiħ ta’ Stat wieħed jew ta' diversi Stati taż-ŻEE. Fuq din il-bażi, jistgħu jiġu identifikati ż-żoni ġeografiċi li ġejjin: iż-żona Nordika (id-Danimarka, l-Isvezja, il-Finlandja u n-Norveġja), il-Punent Ċentrali tal-Ewropa (l-Awstrija, il-Belġju, il-Lussemburgu, Franza, il-Ġermanja, il-Liechtenstein u l-Pajjiżi l-Baxxi), l-Iberja (il-Portugall, Spanja), ir-reġjun Ċek u Slovakk (ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja) u l-Istati taż-ŻEE kollha l-oħra separatament. Il-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 reġjonali massimi korrispondenti huma elenkati fl-Appendiċi IV; |
|
— |
“ linja ta' referenza tal-output ”, f'tunnellati kull sena, tfisser il-produzzjoni medja fl-installazzjoni matul il-perjodu ta' referenza 2005-2011 (linja ta' referenza tal-output) għall-installazzjonijiet li joperaw kull sena mill-2005 sal-2011. Sena kalendarja partikolari (pereż. l-2009) tista' tiġi eskluża minn dan il-perjodu ta' referenza ta' seba' snin. Jekk l-installazzjoni ma kinitx topera għal mill-inqas sena bejn l-2005 u l-2011, il-linja ta' referenza tal-output se tiġi definita bħala l-produzzjoni annwali sakemm jiġu rreġistrati erba' snin ta’ operat, u wara tkun tikkostitwixxi l-medja tat-tliet snin ta' qabel dan il-perjodu. Jekk, fil-perjodu tal-għoti tal-għajnuna, il-kapaċità tal-produzzjoni ta' installazzjoni tiġi estiża b'mod sinifikanti skont it-tifsira ta' dawn il-Linji Gwida, il-linja ta' referenza tal-output tkun tista' tiżdied fi proporzjon ma' din l-estensjoni tal-kapaċità. Jekk l-installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha f'sena kalendarja partikolari b'50 % sa 75 % meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni se tirċievi biss nofs l-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għal-linja ta' referenza tal-output. Jekk l-installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha f'sena kalendarja partikolari b'75 % sa 90 % meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni se tirċievi biss 25 % tal-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għal-linja ta' referenza tal-output. Jekk l-installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha f'sena kalendarja partikolari b'90 % jew aktar meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni ma tista' tirċievi l-ebda għajnuna. |
|
— |
“ linja ta' referenza għall-konsum tal-elettriku ”, f'MWh, tfisser il-medja tal-konsum tal-elettriku fl-installazzjoni (inkluż il-konsum tal-elettriku għall-produzzjoni ta' prodotti esternalizzati eliġibbli għall-għajnuna) matul il-perjodu ta' referenza 2005-2011 (linja ta' referenza għall-konsum tal-elettriku) għall-instalazzjonijiet li joperaw kull sena bejn l-2005 u l-2011. Sena kalendarja partikolari (pereż. l-2009) tista' tiġi eskluża minn dan il-perjodu ta' referenza ta' seba' snin. Jekk l-installazzjoni ma toperax għal mill-inqas sena waħda bejn l-2005 u l-2011, il-linja ta' referenza għall-konsum tal-elettriku tiġi definita bħala l-konsum tal-elettriku annwali, sakemm jiġu rreġistrati erba' snin ta’ operat, u wara se tkun tikkostitwixxi l-medja tat-tliet snin ta' qabel li għalihom ikun ġie rreġistrat l-operat. Jekk, matul il-perjodu tal-għoti tal-għajnuna, il-kapaċità tal-produzzjoni ta' installazzjoni tiġi estiża b'mod sinifikanti, il-linja ta' referenza tal-konsum tal-elettriku tkun tista' tiżdied bi proporzjon ma' din l-estensjoni tal-kapaċità. Jekk installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha f'sena kalendarja partikolari b'50 % sa 75 % meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni se tirċievi biss nofs l-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għal-linja ta' referenza tal-konsum tal-elettriku. Jekk installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni f'sena kalendarja partikolari b'75 % sa 90 % meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni se tirċievi biss 25 % tal-ammont tal-għajnuna li jikkorrispondi għal-linja ta' referenza tal-konsum tal-elettriku. Jekk installazzjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni f'sena kalendarja partikolari b'90 % jew aktar meta mqabbel mal-linja ta' referenza tal-output, l-installazzjoni ma tirċievi l-ebda għajnuna; |
|
— |
“ estensjoni sinifikanti tal-kapaċità ” tfisser żieda sinifikanti fil-kapaċità inizjali ta' installazzjoni li ġġib magħha l-konsegwenzi kollha li ġejjin:
|
L-installazzjoni trid tressaq provi lill-awtorità nazzjonali li tagħti l-għajnuna li juru li jkunu ġew issodisfati l-kriterji għal estensjoni sinifikanti tal-kapaċità u li l-estensjoni sinifikanti tal-kapaċità tkun ġiet ikkunsidrata bħala waħda sodisfaċenti minn verifikatur indipendenti. Din il-verifika għandha tindirizza l-kredibbiltà, il-kredibbiltà u r-reqqa tad-dejta mogħtija mill-installazzjoni u għandha tagħti opinjoni ta' verifika li tiddikjara b'assigurazzjoni raġonevoli li d-dejta ppreżentata tkun ħielsa minn dikjarazzjonijiet materjali mhux veritieri.
|
— |
“ parametru referenzjarju għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku ”, f’MWh/tunnellata ta’ output u definit fil-livell ta’ Prodcom 8, tfisser il-konsum tal-elettriku speċifiku għall-prodott għal kull tunnellata ta’ output miksuba permezz tal-aktar metodi effiċjenti tal-produzzjoni tal-elettriku għall-prodott meqjus. Fir-rigward ta' prodotti li huma koperti mis-setturi eliġibbli u li l-kapaċità ta' skambju ta' fjuwil u ta' elettriku tagħhom ġie stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (2), id-definizzjoni tal-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku ssir fl-istess konfini tas-sistema, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni biss is-sehem tal-elettriku. Il-parametri referenzjarji tal-konsum tal-elettriku korrispondenti għall-prodotti koperti mis-setturi u mis-subsetturi eliġibbli huma elenkati fl-Appendiċi III. |
|
— |
“ parametru referenzjarju alternattiv għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku ”, tfisser 80 % tal-linja ta’ referenza tal-konsum tal-elettriku. Dan il-valur jikkorrispondi għall-isforz medju tat-tnaqqis impost permezz tal-applikazzjoni tal-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku (parametru referenzjarju tal-konsum tal-elettriku/konsum tal-elettriku ex ante). Jiġi applikat għall-prodotti u għall-proċessi kollha li huma koperti minn setturi jew minn subsetturi eliġibbli, imma li mhumiex koperti mill-parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku stabbiliti fl-Appendiċi III. |
(1) Il-kodiċi 12 15 0 fil-qafas ġuridiku stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill Nru 58/97 tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika strutturali kummerċjali. Ir-Regolament Nru 58/97, li ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE, tħassar permezz tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid), li kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE, fil-punt 1 tal-Anness XXI (għalkemm id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 58/97 ikomplu japplikaw fir-rigward tal-ġabra, tal-kumpilazzjoni u tat-trażmissjoni tad-dejta għas-snin ta' referenza sal-2007, inkluża din tal-aħħar).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1. L-Anness I.2 ta’ ma' din id-Deċiżjoni jelenka għadd ta' prodotti fejn instab li teżisti din is-sostitwibbiltà tal-fjuwil, għall-inqas sa ċertu punt. Id-Deċiżjoni ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1)(c) tal-Anness XX.
Appendiċi II
Setturi u subsetturi meqjusa ex ante bħala li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju minħabba l-kosti tal-emissjonijiet indiretti
Għall-finijiet ta' dawn il-Linji Gwida, l-installazzjoni ta' benefiċjarju tal-għajnuna tkun tista' tirċievi għajnuna mill-Istat għal kosti tal-emissjonijiet indiretti skont it-Taqsina 3.3 ta' dawn il-Linji Gwida biss, jekk tkun attiva f'wieħed minn dawn is-setturi jew subsetturi li ġejjin. L-ebda settur jew subsettur ieħor mhuwa se jitqies eliġibbli għal tali għajnuna.
|
|
Kodiċi NACE (1) |
Deskrizzjoni |
|
1. |
2742 |
Produzzjoni tal-aluminju |
|
2. |
1430 |
Estrazzjoni ta' minerali kimiċi u fertilizzanti |
|
3. |
2413 |
Manifattura ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi oħra |
|
4. |
2743 |
Produzzjoni ta’ ċomb, żingu u landa |
|
5. |
1810 |
Manifattura ta’ biċċiet tal-ġilda |
|
6. |
2710 |
Manifattura ta’ ħadid u azzar bażiċi u ta’ ligi tal-ħadid, |
|
272210 |
Pajpijiet tal-azzar mingħajr saldaturi |
|
|
7. |
2112 |
Manifattura ta’ karta u kartun |
|
8. |
2415 |
Manifattura ta’ fertilizzanti u komposti tan-nitroġenu |
|
9. |
2744 |
Produzzjoni tar-ram |
|
10. |
2414 |
Manifattura ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi oħra |
|
11. |
1711 |
Għażil ta' fibri tat-tip tal-qoton |
|
12. |
2470 |
Manifattura ta' fibri magħmula mill-bniedem |
|
13. |
1310 |
Estrazzjoni ta' minerali tal-ħadid |
|
14. |
|
Is-subsetturi segwenti fis-settur tal-Manifattura ta' plastiks f'forom primarji (2416): |
|
24161039 |
Politelen b'Densità Baxxa (LDPE) |
|
|
24161035 |
Politelen b'Densità Baxxa Lineari (LLDPE) |
|
|
24161050 |
Politelen b'Densità Għolja (HDPE) |
|
|
24165130 |
Polipropilen (PP) |
|
|
24163010 |
Klorur tal-Polivinil (PVC) |
|
|
24164040 |
Polikarbonat (PC) |
|
|
15. |
|
Is-subsettur segwenti fis-settur tal-Manifattura tal-polpa (2111): |
|
21111400 |
Polpa mekkanika |
Nota spjegattiva dwar il-metodoloġija għad-definizzjoni tas-setturi u tas-subsetturi eliġibbli għall-għajnuna
|
1. |
F'konformità mal-Artikolu 10a(15) tad-Direttiva tal-ETS, is-setturi jew is-subsetturi elenkati fit-tabella ta' hawn fuq jitqiesu bħala li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida fuq bażi kwantitattiva, jekk l-intensità tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi tkun ogħla minn 10 % u jekk it-total tal-kosti addizzjonali indiretti kkawżati mill-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-ETS tkun twassal għal żieda sostanzjali fil-kosti tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala proporzjon tal-valur miżjud gross ta’ mill-inqas 5 %. |
|
2. |
L-ikkalkular tal-kosti indiretti għall-finijiet tal-eliġibbiltà skont dawn il-Linji Gwida, se jsir bl-applikazzjoni tal-istess suppożizzjoni tal-prezz tas-CO2 kif ukoll tal-istess fattur medju tal-emissjonijiet tal-UE għall-elettriku bħal dawk applikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (2). L-istess dejta dwar il-kummerċ, il-produzzjoni u l-valur miżjud għal kull settur jew subsettur hija użata bħal kif ġiet użata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE. Il-komputazzjoni tal-intensitajiet tal-kummerċ tiddependi fuq l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha li jinsabu barra mill-UE, irrispettivament minn jekk dawn il-pajjiżi mhux tal-UE jimponux ipprezzar għas-CO2 (permezz ta’ taxxi fuq il-karbonju jew ta' sistemi cap-and-trade simili għall-ETS). Wieħed jassumi wkoll li 100 % tal-kost tas-CO2 se jiġi ttrasferit fuq il-prezzijiet tal-elettriku. |
|
3. |
Bħalma hemm fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10a(17) tad-Direttiva tal-ETS, sabiex jiġu ddeterminati s-setturi u s-subsetturi eliġibbli elenkati fit-tabella ta' hawn fuq, il-valutazzjoni tas-setturi abbażi ta' kriterji kwantitattivi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq, tista' tiġi ssupplimentata b'valutazzjoni kwalitattiva, fejn id-dejta rilevanti tkun disponibbli, u fejn ir-rappreżentanti tal-industrija jew l-Istati taż-ŻEE jkunu għamlu talbiet plawżibbli u sostanzjati biżżejjed favur l-eliġibbiltà. Il-valutazzjoni kwalitattiva kienet applikata, l-ewwel, għas-setturi marġinali, jiġifieri s-setturi NACE-4 li jiffaċċjaw żieda fil-kosti tal-emissjonijiet indiretti ta' bejn it-3 u l-5 % u intensità tal-kummerċ ta' mill-inqas 10 %; it-tieni, ġiet applikata għal setturi u subsetturi (inkluż fil-livell tal-Prodcom (3)) li d-dejta uffiċjali tagħhom hija nieqsa jew ta' kwalità baxxa; u, it-tielet, għal setturi u subsetturi (inkluż fil-livell tal-Prodcom) li jistgħu jitqiesu li ma ġewx rappreżentati biżżejjed mill-valutazzjoni kwantitattiva. Is-setturi jew is-subsetturi b'kosti indiretti ta' CO2 ta' inqas minn 1 % ma ġewx ikkunsidrati. |
|
4. |
Il-valutazzjoni tal-eliġibbiltà kwalitattiva l-ewwel iffukat fuq id-daqs tal-impatt tal-kosti asimmetriċi tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 bħala sehem tal-valur gross miżjud tas-settur. L-impatt tal-kosti asimmetriċi jrid ikun kbir biżżejjed biex jiġġenera riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-kosti tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2. Billi dawn tal-aħħar jikkostitwixxu aktar minn 2,5 %, ġew meqjusa bħala li jissodisfaw dan il-kriterju. It-tieni nett, barra minn hekk, ġew ikkunsidrati l-provi disponibbli relatati mas-suq li jindikaw li s-(sub)settur ma jistax jittrasferixxi ż-żieda fil-kosti tal-emissjonijiet indiretti lill-klijenti mingħajr ma jitlef sehem sinifikanti mis-suq fil-konfront tal-kompetituri tiegħu minn pajjiżi terzi. Bħala indikatur oġġettiv għal dan l-iskop, ġie meqjus neċessarju li jkun hemm intensità kummerċjali għolja biżżejjed, ta' minn tal-inqas 25 %, sabiex dan it-tieni kriterju jitqies bħala ssodisfat. Barra minn hekk, it-tieni kriterju rrikjeda informazzjoni sostanzjata li kienet tindika li s-settur tal-UE kkonċernat fil-parti l-kbira tiegħu x'aktarx li jkun prenditur (pereż. prezzijiet li jiġu stabbiliti fl-iskambji ta' komoditajiet jew evidenza ta' korrelazzjonijiet tal-prezzijiet bejn il-makroreġjuni); tali evidenza kienet sostnuta minn informazzjoni ulterjuri, fejn din kienet disponibbli, dwar is-sitwazzjoni internazzjonali tad-domanda u tal-provvista, il-kosti tat-trasport, il-marġnijiet ta' profitt u l-potenzjal ta' tnaqqis tas-CO2. It-tielet nett, ġiet ikkunsidrata wkoll il-kapaċità ta' skambju ta' fjuwil u ta' elettriku ma' prodotti fis-settur, kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (4). |
|
5. |
Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet kwalitattivi u kwantitattivi huma riflessi fil-lista ta' setturi u ta' subsetturi eliġibbli stabbiliti f'dan l-Appendiċi. Din il-lista ngħalqet u tista' tiġi eżaminata mill-ġdid biss matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu ta' dawn il-Linji Gwida. |
(1) Skont in-NACE rev.1.1: http://ec.europa.eu/eurostat/ramon/nomenclatures/index.cfm?TargetUrl=-LST_CLS_DLD&StrNom=NACE_1_1&StrLanguageCode=EN&StrLayoutCode=HIERARCHIC
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Diċembru 2009 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju, ĠU L 1, 5.1.2010, p. 10. Id-Deċiżjoni ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1)(b) tal-Anness XX.
(3) Il-Lista għall-Produzzjoni Komunitarja hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/eurostat/ramon/nomenclatures/index.cfm?TargetUrl=LST_NOM_DTL&StrNom=PRD_2010&StrLanguageCode=EN&IntPcKey=&StrLayoutCode=HIERARCHIC
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1. L-Anness I.2 ta’ ma' din id-Deċiżjoni jelenka għadd ta' prodotti fejn instab li teżisti din is-sostitwibbiltà tal-fjuwil, għall-inqas sa ċertu punt. Id-Deċiżjoni ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1)(c) tal-Anness XX.
Appendiċi III
Parametri referenzjarji għall-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku għall-prodotti koperti mill-kodiċi NACE fl-Appendiċi II
|
NACE4 |
Parametru referenzjarju ta’ prodott (1) |
Il-valur tal-parametru referenzjarju |
Unità tal-parametru referenzjarju |
Unità tal-produzzjoni (2) |
Definizzjoni tal-prodott (2) |
Proċessi koperti mill-parametru referenzjarju tal-prodott (2) |
Kodiċi prodcom rilevanti (rev 1.1) |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||
|
2742 |
Aluminju primarju |
14,256 |
MWh/t prodott (konsum AC) |
Tunnellata ta’ aluminju likwidu, mhux maħdum, mhux illigat |
Aluminju likwidu mhux maħdum, mhux illigat, miksub mill-elettroliżi |
Aluminju likwidu mhux maħdum, mhux illigat, miksub mill-elettroliżi, inklużi unitajiet ta’ kontroll tat-tniġġis, proċessi awżiljarji u l-impjant ta’ kkastjar. Minbarra d-definizzjonijiet tal-prodott fid-Deċiżjoni Nru 2011/278/UE l-impjant tal-anodu (anodu ta’ qabel il-ħami) huwa inkluż. Fil-każ li l-anodi huma pprovduti minn impjant awtonomu fl-Ewropa, dan l-impjant ma għandux jiġi kkumpensat billi dan ikun diġà kopert fil-parametru referenzjarju. Fil-każ li l-anodi huma prodotti barra mill-Ewropa, tista’ tiġi applikata korrezzjoni. |
27421130 |
Aluminju mhux maħdum, mhux illigat (minbarra trabijiet u laqx) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
27421153 |
Ligi tal-aluminju mhux maħdum fil-forma primarja (minbarra trabijiet u laqx tal-aluminju) |
||||||||||||||||||||
|
2742 |
Alumina (irfinar) |
0,225 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ alumina |
|
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-alumina |
27421200 |
Ossidu tal-aluminju (minbarra l-korindun artifiċjali) |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
Azzar tal-Ossiġnu Bażiku |
0,036 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta' azzar greġġ (fondut) |
|
Metallurġija sekondarja, installazzjonijiet ta' tisħin minn qabel ta' materjali refrattarji, ta' awżiljarji (partikolarment it-tneħħija tat-trab) u tal-ikkastjar sal-punt limitu ta’ prodotti tal-azzar greġġ |
2710T122 |
azzar mhux illigat manifatturat bi proċessi oħra minbarra bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
2710T132 |
azzar illigat minbarra l-azzar inossidabbli manifatturat bi proċessi oħra minbarra bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
2710T142 |
azzar inossidabbli u reżistenti għas-sħana manifatturat bi proċessi oħra minbarra bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
Azzar bil-karbonju manifatturat b'forn tal-ark elettriku |
0,283 |
tCO2/t prodott |
Tunnellata ta’ azzar sekondarju greġġ, ex-caster. |
Azzar li fih inqas minn 8 % ta’ elementi metalliċi li jilligaw u elementi tramp għal tali livelli li jillimitaw l-użu għal dawk l-applikazzjonijiet fejn mhumiex meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess
|
2710T121 |
Azzar greġġ: azzar mhux illigat manifatturat fil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
(ibbażat fuq 10 % tal-aħjar medja) |
|
|
|
|
2710T131 |
Azzar greġġ: azzar illigat, minbarra l-azzar inossidabbli, manifatturat fil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
2710T141 |
Azzar greġġ: azzar inossidabbli u reżistenti għas-sħana manifatturat bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
Azzar illigat ħafna manifatturat b'forn tal-ark elettriku |
0,352 |
tCO2/t prodott |
Tunnellata ta’ azzar greġġ illigat ħafna |
Azzar li fih 8 % jew aktar ta’ elementi metalliċi li jilligaw jew fejn ikunu meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess
L-unitajiet ta’ proċess tal-konvertitur FeCr u l-ħżin krijoġeniku tal-gassijiet industrijali mhumiex inklużi. |
2710T121 |
Azzar greġġ: azzar mhux illigat manifatturat fil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
|
|
(ibbażat fuq 10 % tal-aħjar medja) |
|
|
|
|
2710T142 |
azzar inossidabbli u reżistenti għas-sħana manifatturat bi proċessi oħra minbarra bil-fran elettriċi |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
FeSi |
8,540 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ FeSi-75 finali |
Fesi-75 |
Il-proċessi kollha marbuta direttament mal-operat tal-fran. L-awżiljari mhumiex inklużi |
27102020/24101230 |
Ferrosiliċju b'kontenut ta' siliċju ta' 75 % |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
FeMn HC |
2,760 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ FeMn karbonju għoli finali |
FeMn karbonju għoli |
Il-proċessi kollha marbuta direttament mal-operat tal-fran. Il-proċessi awżiljarji mhumiex inklużi |
27102010 |
Ferromanganiż (skont il-BREF) |
||||||||||||||||||||
|
2710 |
SiMn |
3,850 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ SiMn finali |
Silikomanganiż b'kontenuti differenti ta’ karbonju, inklużi SiMn, SiMn karbonju baxx, SiMn karbonju baxx ħafna |
Il-proċessi kollha marbuta direttament mal-operat tal-fran. Il-proċessi awżiljarji mhumiex inklużi |
27102030 |
Silikomanganiż minbarra l-FeSiMn |
||||||||||||||||||||
|
2413 |
Cl2 |
2,461 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta' kloru |
Kloru |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unità tal-elettroliżi inklużi l-installazzjonijiet awżiljarji bħall-muturi |
24131111 |
Kloru |
||||||||||||||||||||
|
2413 |
Metall Si |
11,870 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ tal-metall Si |
Siliċju tal-grad 90-99,99 % |
Il-proċessi kollha marbuta direttament mal-operat tal-fran.. Il-proċessi awżiljarji mhumiex inklużi |
24131155 |
Siliċju li fih < 99,99 % tal-piż siliċju |
||||||||||||||||||||
|
2413 |
Polisiliċju iperpur |
60,000 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ metall Si iperpur |
Siliċju tal-grad > 99,99 % |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-fran, inklużi dawk awżiljarji |
24131153 |
Siliċju li fih >= 99,99 % tal-piż siliċju |
||||||||||||||||||||
|
2413 |
SiC |
6,200 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ 100 % SiC |
Karbur tas-siliċju b'purità ta’ 100 % |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-fran, inklużi dawk awżiljarji |
24135450 |
Karburi, kemm jekk definiti b'mod kimiku u kemm jekk le |
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Prodotti Kimiċi ta' Valur Għoli |
0,702 |
tCO2/t prodott |
Tunnellata ta’ prodotti kimiċi ta’ valur għoli (HVC) (tunnellata ta' aċetilen, etilen, propilen, butadjen, benżen u idroġenu) |
Taħlita ta’ prodotti kimiċi ta’ valur għoli (HVC) espressa f'massa totali ta’ aċetilen, etilen, propilen, butadjen, benżen u idroġenu, minbarra l-HVC miksuba minn alimentazzjoni supplimentari (idroġenu, etilen, HVC oħra) b’kontenut ta’ etilen fit-taħlita totali tal-prodotti ta’ mill-inqas 30 fil-mija tal-massa u b’kontenut ta’ HVC, ta' gass tal-fjuwil, ta' butin u ta' idrokarburi likwidi li flimkien jagħmlu mill-inqas 50 fil-mija tal-massa tat-taħlita totali tal-prodott. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ prodotti kimiċi ta’ valur għoli bħala prodotti ppurifikati jew prodotti intermedjarji, b’kontenut ikkonċentrat tal-HVC rispettivi fl-aktar forma baxxa li tista’ tiġi kummerċjalizzata (inklużi idrokarburi C4 greġġi, gażolina ta' piroliżi mhux idroġenata), minbarra l-estrazzjoni ta' idrokarburi C4 (impjant tal-butadjen), l-idroġenizzazzjoni ta' idrokarburi C4, l-idrotrattament tal-gażolina piroliżi u l-estrazzjoni tal-aromatiċi kif ukoll il-loġistika/ħażna għall-operat ta’ kuljum. |
Diversi kodiċijiet prodcom taħt il-kodiċi NACE 2414 |
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141120 |
Idrokarburi aċikliċi saturati |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141130 |
Idrokarburi aċikliċi mhux saturati; etilen |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141140 |
Idrokarburi aċikliċi mhux saturati; propen (propilen) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141150 |
Idrokarburi aċikliċi mhux saturati; buten (butilen) u l-isomeri tiegħu |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141160 |
Idrokarboni aċikliċi mhux saturati; buta-1,3-diene u iżopren |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24141190 |
Idrokarboni aċikliċi mhux saturati (minbarra etilen, propen-buten, buta-1,3-diene u iżopren) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24/20141223 |
Benżen |
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Sustanzi aromatiċi |
0,030 |
t CO2/t prodott |
tunnellata peżata ta' CO2 |
Taħlita ta’ sustanzi aromatiċi espressi bħala tunnellata peżata ta' CO2 (CWT). |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mas-subunitajiet tas-sustanzi aromatiċi
|
Diversi kodiċijiet prodcom taħt il-kodiċi NACE 2414. Ara d-dokument ta’ gwida Nru 9 dwar l-emissjonijiet diretti għal-lista sħiħa. |
|
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Iswed tal-karbonju |
1,954 |
t CO2/t prodott |
Tunnellata ta' iswed tal-karbonju tal-fran (unità li tista’ tinbiegħ, > 96 %) |
Iswed tal-karbonju tal-fran. Prodotti suwed għall-gass u l-lampi mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju tal-fran kif ukoll mal-irfinar, mal-imballaġġ u mal-ivvampjar huma inklużi. |
24131130 |
Karbonju (iswed tal-karbonju u forom oħra ta’ karbonju, n.e.c.) |
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Stiren |
0,527 |
t CO2/t prodott |
Tunnellata ta’ stiren (prodott li jista’ jinbiegħ) |
Monomer ta’ stiren (vinil benżen, numru CAS: 100-42-5) |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’
|
24141250 |
Stiren |
||||||||||||||||||||
|
2414 |
Ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen EO/EG |
0,512 |
t CO2/t prodott |
Tunnellata ta’ ekwivalenti tal-EO (EOE), li huma definiti bħala l-ammont ta’ EO (f’massa) li huwa inkorporat f’unità ta’ massa waħda mill-glikoli speċifiċi kollha. |
Il-parametru referenzjarju tal-ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen li jkopri l-prodotti
L-ammont totali tal-prodotti huwa espress f'termini ta' ekwivalenti tal-EO (EOE), li huma definiti bħala l-ammont ta’ EO (f’massa) li huwa inkorporat f’unità ta’ massa waħda mill-glikoli speċifiċi kollha |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajet tal-proċess: il-produzzjoni tal-EO, il-purifikazzjoni tal-EO, u s-sezzjoni tal-produzzjoni tal-glikol huma inklużi. |
24146373 |
Ossiran (ossidu tal-etilen) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24142310 |
Glikol tal-etilen (etanedjol) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
24146333 |
2,2-Ossidietanol (glikol tad-dietilen; digol) |
||||||||||||||||||||
|
2743 |
Elettroliżi taż-żingu |
4,000 |
MWh/t prodott |
Tunnellata ta’ żingu |
Żingu primarju |
Ipproċessati kollha b'rabta diretta jew indiretta mal-unità tal-elettroliżi taż-żingu, inklużi l-awżiljarji |
27431230 |
Żingu mhux illigat, mhux maħdum (minbarra polvri, trabijiet u laqx taż-żingu) |
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
2743125 |
Ligi taż-żingu mhux maħdum (minbarra polvri, trabijiet u laqx taż-żingu) |
||||||||||||||||||||
|
2415 |
Ammonja |
1,619 |
t CO2/t prodott |
Tunnellata ta’ ammonja manifatturata bħala produzzjoni (netta) li tista’ tinbiegħ u b'purità ta’ 100 %. |
L-ammonja (NH3), trid tiġi rreġistrata f’tunnellati manifatturati. |
Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonja u tal-prodott intermedjarju tal-idroġenu huma inklużi. |
24151075 |
Ammonja anidra |
Prodotti li għalihom ġiet stabbilita l-interskambjabbiltà ta' elettriku u ta' fjuwils fl-Anness 1(2) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (3)
Id-Deċiżjoni 2011/278/UE fl-Anness 1 stabbilixxiet li fir-rigward ta’ xi proċessi tal-produzzjoni hemm sostitwibbiltà bejn il-fjuwil u l-elettriku. Għal dawk il-prodotti mhuwiex xieraq li jiġi stabbilit parametru referenzjarju fuq il-bażi ta’ MWh/t ta' prodott. Minflok, wieħed iqis il-kurvi speċifiċi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra derivati bħala l-punt tal-bidu għall-emissjonijiet diretti. Għal dawk il-proċessi, il-parametri referenzjarji ta’ prodott ġew iddeterminati abbażi tat-total tal-emissjonijiet diretti (emissjonijiet iġġenerati mill-konsum tal-enerġija u emissjonijiet tal-proċess), kif ukoll emissjonijiet indiretti li jirriżultaw mill-użu tal-parti tal-elettriku li hija interskambjabbli.
F'dawn il-każijiet, il-fattur “E” fil-formula għall-kalkolu tal-ammont massimu ta’ għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 27(a) tal-Linji Gwida għandu jinbidel bit-terminu segwenti, li jikkonverti parametru referenzjarju ta’ prodott skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE f'parametru referenzjarju tal-effiċjenza fil-konsum tal-elettriku, abbażi tal-fattur medju Ewropew tal-intensità tal-emissjonijiet ta’ 0,465 t CO2/MWh:
Parametru referenzjarju ta' prodott eżistenti skont l-Anness 1 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (f't CO2/t) sehem × tal-emissjonijiet indiretti rilevanti (*) matul il-perjodu ta' referenza (%)/0,465 (t CO2/MWh).
|
(*) |
“Is-sehem tal-emissjonijiet indiretti rilevanti matul il-perjodu ta’ referenza” tfisser il-kwozjent
|
(1) Għall-prodotti indikati bi sfond griż ċar, l-interkambjabbiltà bejn elettriku u fjuwils ġiet stabbilita u l-parametru referenzjarju qed jingħata f'tCO2
(2) L-unitajiet ta’ produzzjoni, id-definizzjonijiet u l-proċessi koperti, li huma fi sfond griż skur, huma bbażati fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE. 27.4.2011, C(2011) 2772 final, ĠU 17.5.2011, L 130/1. Id-Deċiżjoni ġiet inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE fil-punt 21(a)(1)(c) tal-Anness XX.
Appendiċi IV
Fatturi tal-emissjonijiet massimi reġjonali tas-CO2 f’żoni ġeografiċi differenti (tCO2/MWh)
|
|
|
L-elettriku |
|
Il-Punent Ċentrali tal-Ewropa |
L-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Lussemburgu, il-Liechtenstein |
0,76 |
|
Ir-reġjun Ċek u Slovakk |
Ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja |
1,06 |
|
L-Iberja |
Il-Portugall, Spanja |
0,57 |
|
Iż-żona Nordika |
Id-Danimarka, l-Isvezja, il-Finlandja, in-Norveġja |
0,67 |
|
Il-Bulgarija |
|
1,12 |
|
Ċipru |
|
0,75 |
|
L-Estonja |
|
1,12 |
|
Il-Greċja |
|
0,82 |
|
L-Ungerija |
|
0,84 |
|
L-Irlanda |
|
0,56 |
|
L-Italja |
|
0,60 |
|
Il-Latvja |
|
0,60 |
|
Il-Litwanja |
|
0,60 |
|
Malta |
|
0,86 |
|
Il-Polonja |
|
0,88 |
|
Ir-Rumanija |
|
1,10 |
|
Is-Slovenja |
|
0,97 |
|
Ir-Renju Unit |
|
0,58 |
|
L-Islanda |
|
0,00 |
Nota spjegattiva dwar il-fatturi ta' emissjonijiet reġjonali massimi ta' CO2
Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs tas-sorsi tal-elettriku, u biex jiġu evitati abbużi possibbli, japplika l-istess fattur ta’ emissjonijiet tas-CO2 għas-sorsi kollha ta’ provvista tal-elettriku (il-ġenerazzjoni awtonoma tal-elettriku, il-kuntratti għall-provvista tal-elettriku jew il-provvista fuq is-sistema ta' distribuzzjoni) u għall-benefiċjarji kollha tal-għajnuna fl-Istat taż-ŻEE kkonċernat.
Il-metodu li jistabbilixxi l-ammont massimu tal-għajnuna jieħu inkunsiderazzjoni l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-elettriku pprovdut minn impjanti tal-kombustjoni f’żoni ġeografiċi differenti. Tali divrenzjar reġjonali jirrifletti l-importanza tal-impjanti ta’ fjuwils fossili għall-prezz finali ffissat fis-suq tal-operaturi u r-rwol tagħhom bħala impjanti marġinali fl-ordni tal-mertu.
Il-Kummissjoni ddeterminat ex ante l-valuri reġjonali tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 imsemmija hawn fuq, li jikkostitwixxu valuri massimi għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna. Madankollu, l-Istati taż-ŻEE jistgħu japplikaw fattur ta' emissjonijiet tas-CO2 aktar baxx għall-benefiċjarji kollha fit-territorju tagħhom.