11.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/91 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 438/12/COL
tat-28 ta’ Novembru 2012
li temenda, għas-sitta u tmenin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat
L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA,
WARA li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (1) b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,
WARA li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità tas-Sorveljanza u l-Qorti tal-Ġustizzja, (2) u b' mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu,
Billi:
Il-Kapitolu fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (3) se jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2012 (4),
Dak il-Kapitolu jikkorrispondi għal-Linji Gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Ditti f’Diffikultà, (5) li skada fid-9 ta’ Ottubru 2012, (6)
Fit-28 ta' Settembru il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni rigward il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Ditti f’Diffikultà tal-1 ta’ Ottubru 2004, sakemm jiġu sostituti bir-regoli l-ġodda. (7)
Il-Kapitolu attwali dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ ditti f’diffikultà li se jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2012 għandu għalhekk jittawwal sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,
Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA ġew ikkonsultati,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-validità tal-Kapitolu fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar l-għanjuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà hija sostitwita bir-regoli l-ġodda.
Artikolu 2
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2012.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
Oda Helen SLETNES
Il-President
Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON
Membru tal-Kulleġġ
(1) Il-“Ftehim taż-ŻEE”.
(2) Il- “Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”.
(3) ĠU L 97, 15.4.2005, p. 41, Suppliment taż-ŻEE Nru 18, 15.4.2005, p. 1.
(4) Ara l-paragrafu 90, kif estiz mid-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 433/09/COL tat- 30 ta’ Ottubru 2009 li temenda, għat-tlieta u sebgħin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat ĠU L 48, 25.2.2010, p. 27, Suppliment taż-ŻEE Nru 9, 25.2.2010, p. 12
(5) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2-17.
(6) Ara l-paragrafu 102 kif estiż mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà, ĠU C, 156, 9.7.2009, p.3
(7) ĠU C 296, 2,10.2012, p. 3.