9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/26


Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għas-servizzi tat-trasport marittimu

2012/C 35/06

A.

L-avviż preżenti hu maħruġ skont ir-regoli tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim taż-ŻEE”) u l-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”).

B.

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni” ħarġet “Linjigwida dwar l-aplikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE għas-servizz tat-trasport marittimu” (1). Dak l-att mhux vinkolanti jistabbilixxi l-prinċipji li l-Kummissjoni ser issegwi meta tkun qed tiddefinixxi s-swieq u tkun qed tevalwa l-ftehimiet ta’ koperazzjoni f’dawk is-servizzi marittimi direttament affettwati bit-tibdil li seħħ permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006, jiġifieri servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari (2).

C.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra dan ta’ hawn fuq bħala relevanti għaż-ŻEE. Sabiex iżżomm kundizzjonijiet indaqs ta’ kompetizzjoni u sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni taż-Żona Ekonomika Ewropea kollha kemm hi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA qed tadotta l-avviż preżenti bil-poter mogħti lilha bl-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. L-Awtorità fi ħsiebha ssegwi l-prinċipji u r-regoli mfissra f’dan l-avviż meta tkun qed tapplika r-regoli rilevanti taż-ŻEE għal xi każ partikolari (3).

D.

B’mod partikolari, l-għan ta’ dan l-avviż hu li jipprovdi gwida dwar kif l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ser tapplika l-Artikolu 53 meta tiddefenixxi s-swieq u tevalwa l-ftehimiet ta’ koperazzjoni fis-servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari.

E.

Dan l-avviż japplika għal dawk il-każi li fihom l-Awtorità hija l-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti skont l-Artikolu 56 tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.   INTRODUZZJONI

1.

Dawn il-Linjigwida jistabbilixxu l-prinċipji li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ser issegwi meta tkun qed tiddefinixxi s-swieq u tkun qed tivvaluta l-ftehimiet ta’ koperazzjoni f’dawk is-servizzi ta’ trasport marittimu direttament affettwati bit-tibdil li seħħ permezz tal-inkorporazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006, jiġifieri servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari (4), fil-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Dawn il-Linjigwida huma intenzjonati li jgħinu lill-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li joperaw dawk is-servizzi, l-aktar jekk ikunu qed jitħaddmu lejn u/jew minn port jew portijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea, biex jevalwaw jekk il-ftehimiet tagħhom (5) humiex kumpatibbli mal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-Linjigwida ma japplikawx għal setturi oħra.

3.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 estenda l-firxa tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (7), biex ikun jinkludi servizzi ta’ kabotaġġ u ta' trasport marittimu mhux regolari. L-inkorporazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 fil-Ftehim taż-ŻEE għalhekk konsegwentament emendat ir-regoli taż-ŻEE. Għaldaqstant, mid-9 ta’ Diċembru 2006, is-servizzi kollha tat-trasport marittimu huma soġġetti għall-qafas proċedurali li hu ġeneralment applikabbli.

4.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 ħassar ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/1986 tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 (issa 81 u 82) tat-Trattat tal-KE għat-trasport marittimu (8) li kien fih l-eżenzjoni ta’ kategorija tal-konferenza tal-bastimenti tal-linja li kienet tippermetti lil-linji tat-tbaħħir li jiltaqgħu fi ħdan konferenzi tal-bastimenti tal-llinja li jiffissaw rati u kundizzjonijiet oħra tal-ġarr, peress li s-sistema tal-konferenzi ma għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE (issa Artikolu 101(3) TFUE). L-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE tar-Regolamet tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 għalhekk tirriżulta fil-fatt li s-sistema ta’ konferenzi ma għadhiex eżentata bħala kategorija mill-projbizzjoni mniżżla fl-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE mit-18 ta’ Ottubru 2008. Wara dan, it-trasportaturi li joperaw is-servizzi lejn u/jew minn port(ijiet) fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom jieqfu mill-attivitajiet kollha tal-konferenzi tal-bastimenti tal-linja li huma kontra l-Artikolu 53 taFtehim taż-ŻEE. Dan huwa l-każ irrispettivament minn jekk ġuriżdizzjonijiet oħrajn jippermettux, b’mod espliċitu jew b’mod taċitu, l-iffissar tar-rati mill-konferenzi tal-bastimenti tal-linja jew minn ftehimiet ta’ diskussjoni. Barra minn dan, il-membri tal-konferenzi għandhom jaraw li, mit-18 ta’ Ottubru 2088 ’l quddiem, kull ftehim li sar skont is-sistema tal-konferenza jkun kumpatibbli mal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE tat-18 ta’ Ottubru 2008.

5.

Dawn il-Linjigwida jikkumplimentaw il-gwida li diġà nħarġet mill-Awtorità f’avviżi oħra. Minħabba li s-servizzi tat-trasport marittimu huma kkaratterizzati minn ftehimiet ta’ koperazzjoni estensivi bejn it-trasportaturi kompetituri, il-Linjigwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali (9) u l-Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (10) għandhom rilevanza partikolari.

6.

Ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali fit-tbaħħir b’bastimenti tal-linja fejn tidħol il-provvista ta’ servizzi konġunti huma koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 tad-19 ta’ April 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki maqbula bejn kumpaniji tat-tbaħħir (konsorzji) kif implimentat fil-Ftehim taż-ŻEE (11). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 se jkun sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 fis-26 ta’ April 2010 (12). Dawn ir-Regolamenti, kif implimentati fil-Ftehim taż-ŻEE, jistipulaw l-kundizzjonijiet, skont l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, li bihom il-projbizzjoni fl-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma tapplikax għal ftehimiet bejn żewġ operaturi ta’ bastimenti tal-ġarr (konsorzji) jew aktar.

7.

Dawn il-Linjigwida huma bla ħsara għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE li tista’ tingħata mill-Qorti tal-EFTA, mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipji fil-Linjigwida għandhom jiġu applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ.

8.

L-Awtorità ser tapplika dawn il-Linjigwida għal perjodu ta’ ħames snin.

2.   IS-SERVIZZI TA’ TRASPORT MARITTIMU

2.1.   Kamp ta’ applikazzjoni

9.

Is-servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari huma s-setturi tat-trasport marittimu direttament affettwati mit-tibdil li sar bl-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE tar-Regolament (KE) Nru 1419/2006.

10.

It-trasport bil-bastimenti tal-linja jinvolvi t-trasport tal-merkanzija, l-aktar permezz tal-kontejners, fuq bażi regolari lejn portijiet ta’ rotta ġeografika partikolari, ġeneralment magħrufa bħala rotta kummerċjali. Karatteristiċi oħrajn ġenerali tat-trasport bil-bastimenti tal-linja huma li l-iskedi u d-dati tat-tluq huma rreklamati minn qabel u li s-servizzi jkunu disponibbli għal kwalunkwe utent tat-trasport.

11.

L-Artikolu 1(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86, kif inkorporat fil-Kapitolu G, il-punt 11 tal-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE (13), jiddefinixxi servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari bħala l-ġarr ta’ oġġetti fi kwantità jew il-ġarr ta’ merkanzija sfuża f’bastiment mikri totalment jew parzjalment lil baħħar wieħed jew iżjed fuq il-bażi ta’ vjaġġ jew kiri biż-żmien jew kwalunkwe forma oħra ta’ kuntratt għal tbaħħir li mhux skedat regolarment jew li mhux irreklamat fejn ir-rati tal-ġarr tal-merkanzija huma negozjati b’mod ħieles każ b’każ skont il-kundizzjonijiet tal-provvista u tat-talba. Huwa l-aktar it-trasport mingħajr skeda ta’ kommodità waħda li timla bastiment (14).

12.

Il-kabotaġġ jinvolvi l-provvista ta’ servizzi tat-trasport marittimu, inklużi servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari u tal-linja, li jgħaqqdu żewġ portijiet jew aktar fl-istess taż-ŻEE (15). Għalkemm dawn il-Linjigwida mhumiex speċifikament dwar is-servizz ta’ kabotaġġ, huma madanakollu japplikaw għal dawn is-servizzi safejn dawn ikunu pprovduti bħala jew servizzi marittimi ta’ linja jew inkella servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari.

2.2.   Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE

13.

L-Artikolu 53 taFtehim taż-ZEE jgħodd għall-ftehimiet kollha li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Sabiex ikun hemm effett fuq il-kummerċ, għandu jkun possibbli li jkun previst bi grad ta’ probabbiltà li huwa suffiċjenti fuq il-bażi ta’ sett ta’ fatturi oġġettivi ta’ liġi jew ta’ fatt li l-ftehim jew l-imġieba jista’ jkollhom influwenza, diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (16). L-Awtorità ħarġet gwida dwar kif se tapplika l-kunċett ta’ effett fuq il-kummerċ fil-Linjigwida tagħha dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (17).

14.

Servizzi ta’ trasport offerti minn operaturi ta’ tbaħħir tal-linja u operaturi ta' trasport marittimu mhux regolari ħafna drabi jkunu ta’ natura internazzjonali u jkunu jgħaqqdu lill-portijiet taż-ŻEE ma’ pajjiżi terzi w/jew ikunu jinvolvu l-esportazzjoni u l-importazzjoni bejn żewġ Stati taż-ŻEE jew aktar (jiġifieri kummerċ fiż-ŻEE) (18). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn x’aktarx li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE, fost affarijiet oħra, minħabba l-impatt li jkollhom fuq is-swieq tal-forniment ta’ servizzi ta’ trasport u servizzi intermedjarji (19).

15.

L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE huwa ta’ relevanza partikolari għas-servizzi ta’ kabotaġġ marittimu peress li jiddetermina wkoll il-firxa ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-interazzjoni mal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 3 tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 53 u 54 taFtehim taż-ŻEE. Il-grad safejn dawn is-servizzi jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE għandu jiġi evalwat f’kull każ għalih (20).

2.3.   Is-suq relevanti

16.

Sabiex jiġu stmati l-effetti ta’ ftehim fuq il-kompetizzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE, huwa meħtieġ li jkun(u) definit(i) is-suq/swieq rilevanti għal-prodott jew ġeografikament. L-għan ewlieni tad-definizzjoni tas-suq huwa li jidentifika b’mod sistematiku l-limitazzjonijiet kompetittivi li tiffaċċja intrapriża. Gwida dwar din il-kwistjoni tista’ tinsab fl-Avviż tal-Awtorità dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni fi ħdan iż-ŻEE (21). Din il-gwida hija wkoll rilevanti għad-definizzjoni tas-suq fir-rigward tas-servizzi tat-trasport marittimu.

17.

Is-suq rilevanti tal-prodott jinkludi dawk il-prodotti w/jew is-servizzi kollha li għandhom jitqiesu bħala li jistgħu jinbidlu ma’ xulxin jew jistgħu jiġu sostitwiti bejniethom mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. Is-suq ġeografiku relevanti jinkludi ż-żona fejn l-impriżi konċernati jkunu involuti fil-provvista jew talba ta’ prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu omoġenji biżżejjed u li jistgħu jkunu distinti minn żoni ġirien peress li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni jkunu sostanzjalment differenti f’dawk iż-żoni (22). Trasportatur (jew trasportaturi) ma jistgħux ikollhom impatt sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq jekk il-klijenti jkunu f’pożizzjoni li jaqilbu mingħajr diffikultà għal fornituri oħra ta’ servizz (23).

2.3.1.   It-trasport bil-bastimenti tal-linja

18.

Is-servizzi tat-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners ġew identifikati bħala s-suq rilevanti tal-prodott għat-trasport bil-bastimenti tal-linja f’bosta deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (24). Dawk id-deċiżjonijiet u sentenzi huma relatati ma’ trasport marittimu fuq distanzi twal. Modi oħrajn tat-trasport ma ġewx inklużi fl-istess suq tas-servizzi għalkemm f’xi każijiet dawn is-servizzi jistgħu, b’mod limitat, jinbidlu bejniethom. Dan għaliex huwa biss proporzjon insuffiċjenti mill-merkanzija li tinġarr bil-kontejners li tista’ faċilment tinqaleb għal modi oħrajn tat-trasport, bħal servizzi tat-trasport bl-ajru (25).

19.

Jista’ jkun xieraq taħt xi ċirkostanzi li jiġi definit suq tal-prodotti iżgħar, illimitat għal tip ta’ prodott ittrasportat bil-baħar. Pereżempju, it-trasport tal-merkanzija li titħassar jista’ jkun limitat għal kontejners refriġerati jew jinkludi t-trasport f’bastimenti refriġerati konvenzjonali. Filwaqt li huwa possibbli, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li ssir xi sostituzzjoni bejn it-trasport tal-merkanzija sfuża (break bulk) u dak bil-kontejners (26), jidher li ma hemm ebda tibdil fit-tul mill-kontejners għall-merkanzija sfuża. Għall-parti l-kbira tal-kategoriji ta’ prodotti u wtenti ta’ prodotti fil-kontejners, it-trasport tal-merkanzija sfuża ma joffrix alternattiva raġonevoli għat-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners (27). Ladarba l-merkanzija regolarment tibda titqiegħed fil-kontejners x’aktarx li qatt ma terġa’ tiġi ttrasportata xi darb’oħra bħala merkanzija mhux fil-kontejners (28). It-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners għalhekk huwa sa issa l-aktar soġġett għas-sostitwibbiltà f’direzzjoni waħda (29).

20.

Is-suq rilevanti ġeografiku jikkonsisti fiż-żona fejn ikunu kkummerċjalizzati s-servizzi, ġeneralment varjetà ta’ portijiet fuq kull naħa tas-servizz, iddeterminati miż-żoni ta’ servizzi tal-portijiet li jkollhom partijiet minnhom komuni. Sa fejn hija kkonċernata l-parti Ewropea tas-servizz, sal-lum is-suq ġeografiku fil-każijiet tal-bastimenti tal-linja ġie identifkat bħala varjetà ta’ portijiet fl-Ewropa ta’ Fuq u/jew fil-Mediterran. Minħabba li s-servizzi tal-bastimenti tal-linja mill-Mediterran huma ftit li xejn sostitwibbli għal dawk fil-portijiet fl-Ewropa ta’ Fuq, dawn ġew identifikati bħala swieq separati (30).

2.3.2.   Is-Servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari

21.

L-Awtorità għadha m’applikatx l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għat-trasport marittimu mhux regolari. L-impriżi jistgħu jikkunsidraw l-elementi li ġejjin fl-evalwazzjoni tagħhom safejn dawn ikunu rilevanti għas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari li huma jipprovdu.

L-elementi li għandhom jitqiesu meta jiġi ddeterminat is-suq rilevanti tal-prodott min-naħa tad-domanda (is-sostituzzjoni tad-domanda)

22.

It-“termini ewlenin” ta’ talba individwali għat-trasport huma l-punt fejn tibda d-definizzjoni tas-swieq rilevanti ta’ servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari għaliex dawn ġeneralment jidentifikaw l-elementi essenzjali (31) tar-rekwiżit tat-trasport inkwistjoni. Skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti tat-trasport, dawn jiġu mfassla minn elementi negozjabbli u mhux negozjabbli. Ladarba jiġi identifikat element negozjabbli tat-termini ewlenin, pereżempju, it-tip jew id-daqs tal-bastiment, jista’ jindika pereżempju li s-suq rilevanti fir-rigward ta’ dan l-element speċifiku huwa akbar minn dak li huwa stabbilit fir-rekwiżit inizjali għat-trasport.

23.

In-natura tas-servizz ta' trasport marittimu mhux regolari tista’ tkun differenti u hemm varjetà ta’ kuntratti tat-trasport. Għalhekk jista’ jkun meħtieġ li jiġi aċċertat jekk in-naħa tat-talba tqisx li s-servizzi pprovduti taħt kuntratti tal-kiri biż-żmien, kuntratti tal-kiri skont il-vjaġġ u l-kuntratti ta’ kiri ta’ bastiment humiex sostitwibbli. Jekk dan ikun il-każ jistgħu jappartjenu għall-istess suq rilevanti.

24.

It-tipi ta’ bastimenti huma normalment sottodiviżi f’għadd ta’ daqsijiet industrijali standard (32). Minħabba ekonomiji ta’ skala konsiderevoli, servizz b’nuqqas ta’ tqabbil sinifikanti bejn il-volum ta’ merkanzija u d-daqs tal-bastiment ma jidhirx li jista’ joffri rata kompetittiva ta’ trasport. Għaldaqstant, għalhekk, is-sostitwibbiltà ta’ daqsijiet differenti ta’ bastimenti trid tkun evalwata każ b’każ sabiex jiġi aċċertat jekk kull daqs ta’ bastiment jikkostitwixxix suq rilevanti separat.

L-elementi li għandhom jitqiesu meta jiġi ddeterminat is-suq rilevanti tal-prodott min-naħa tal-provvista (is-sostituzzjoni tal-provvista)

25.

Il-kundizzjonijiet fiżiċi u tekniċi tal-merkanzija li għandha tinġarr u t-tip ta’ bastiment jipprovdu l-ewwel indikazzjonijiet dwar is-suq rilevanti min-naħa tal-provvista (33). Jekk il-bastimenti jistgħu jiġu aġġustati biex jittrasportaw merkanzija partikolari bi spejjeż negliġibbli u fi żmien qasir (34), il-fornituri tas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari jistgħu jikkompetu għat-trasport ta’ din il-merkanzija. F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-suq rilevanti min-naħa tal-fornitur ikun jinkludi aktar minn tip wieħed ta’ bastiment.

26.

Iżda, hemm għadd ta’ tipi ta’ bastimenti li huma adattati teknikament u/jew mibnija speċjalment biex jipprovdu servizzi tat-trasport speċjalizzati. Għalkemm il-bastimenti speċjalizzati jistgħu wkoll jittrasportaw tipi oħrajn ta’ merkanzija, jistgħu jkollhom żvantaġġ kompetittiv. L-abbiltà tal-fornituri tas-servizzi speċjalizzati li jikkompetu għat-trasport ta’ merkanzija oħra tista’ għalhekk tkun limitata.

27.

Fit-trasport marittimu mhux regolari, il-bastimenti jidħlu fil-portijiet skont it-talba individwali. Il-mobbilità tal-bastimenti tista’, madankollu, tkun limitata minħabba restrizzjonijiet fit-terminal jew limitazzjonijiet ta’ fond, jew inkella minħabba livelli ambjentali stabbiliti għal ċerti tipi ta’ bastimenti, f’ċerti portijiet jew reġjuni.

Kunsiderazzjonijiet addizzjonali li jridu jitqiesu meta jiġi ddeterminat is-suq tal-prodott rilevanti

28.

L-eżistenza ta’ katini ta’ sostituzzjoni bejn id-daqsijiet tal-bastimenti fis-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari għandha wkoll titqies. F’xi swieq tas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari, id-daqsijiet tal-bastimenti fl-estremi tas-suq mhumiex direttament sostitwibbli. L-effetti tas-sostituzzjoni f’katina jistgħu madankollu jillimitaw il-prezzijiet fl-estremi u jwasslu għall-inklużjoni tagħhom f’definizzjoni ta' suq usa’.

29.

F’ċerti swieq tat-trasport marittimu mhux regolari, trid tingħata kunsiderazzjoni għal jekk il-bastimenti jistgħux jitqiesu bħala captive capacity u ma’ għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta ssir l-evalwazzjoni tas-suq rilevanti każ b’każ.

30.

Fatturi oħrajn bħal kemm hu ta’ min jorbot fuqu l-fornitur tas-servizzi, ir-rekwiżiti dwar is-sigurtà, is-sikurezza u dawk regolatorji jistgħu jinfluwenzaw is-sostitwibbiltà tal-provvista u tat-talba, pereżempju r-rekwiżit ta’ buq doppju għal tankers fl-ilmijiet taż-ŻEE (35).

Dimensjoni ġeografika

31.

Ir-rekwiżiti tat-trasport normalment jinkludu elementi ġeografiċi bħall-portijiet jew ir-reġjuni tat-tagħbija u tal-ħatt. Dawn il-portijiet jipprovdu l-ewwel orjentazzjoni għad-definizzjoni tas-suq rilevanti ġeografiku min-naħa tat-talba, bla ħsara għad-definizzjoni finali tas-suq ġeografiku relevanti.

32.

Xi swieq ġeografiċi jistgħu jiġu definiti biss fuq bażi direzzjonali, jew ikunu biss temporanji, pereżempju meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jew il-perjodi tal-ħsad perjodikament jaffettwaw id-talba għat-trasport ta’ merkanzija partikolari. F’dan il-kuntesst, il-pożizzjonar mill-ġdid tal-bastimenti, il-vjaġġi vojta u l-iżbilanċi kummerċjali għandhom jitqiesu għad-delineazzjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti.

2.4.   Kalkolu tas-Sehem tas-Suq

33.

L-ishma fis-swieq jipprovdu indikazzjonijiet bikrija siwja tal-istruttura tas-suq u tal-importanza kompetittiva tal-partijiet u tal-kompetituri tagħhom. L-Awtorità u l-Kummissjoni tinterpreta l-ishma fis-swieq fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-swieq każ b’każ. Fit-tbaħħir tal-linja, id-dejta dwar il-volum u/jew il-kapaċità ġew identifikati bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ishma tas-suq f’diversi deċiżjonijiet tal-Kumissjoni u sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej (36).

34.

Fis-swieq ta' trasport marittimu mhux regolari, il-fornituri tas-servizzi jikkompetu għall-għotja tal-kuntratti tat-trasport, jiġifieri jbiegħu l-vjaġġi jew kapaċità ta’ trasport. Skont is-servizzi speċifiċi inkwistjoni, id-dejta varja tista’ tippermetti lill-operaturi jikkalkulaw l-ishma annwali tas-suq tagħhom (37), pereżempju:

(a)

l-għadd tal-vjaġġi;

(b)

il-volum tal-partijiet jew is-sehem tal-valur tat-trasport totali ta’ merkanzija speċifika (bejn żewġ portijiet jew firxiet ta’ portijiet);

(c)

sehem il-partijiet fis-suq ta’ kuntratti ta’ kiri biż-żmien;

(d)

l-ishma tal-kapaċità tal-partijiet fil-flotta rilevanti (skont it-tip ta’ bastiment u d-daqs tiegħu).

3.   IL-FTEHIMIET ORIZZONTALI FIS-SETTUR TAT-TRASPORT MARITTIMU

35.

Il-ftehimiet ta’ koperazzjoni huma karatteristika komuni tas-swieq tat-trasport marittimu. Meta wieħed jikkunsidra li dawn il-ftehimiet jistgħu jsiru bejn kompetituri attwali jew potenzjali, u jistgħu jkunu ta’ dannu għall-parametri tal-kompetizzjoni, l-impriżi jridu joqogħdu attenti ħafna biex jaraw li jkunu konformi mar-regolamenti tal-kompetizzjoni. Fis-swieq tas-servizzi, bħal ma hu t-trasport marittimu, l-elementi li ġejjin huma partikolarment rilevanti sabiex ikun imkejjel l-effett li ftehim jista’ jkollu fis-suq rilevanti: il-prezzijiet, il-kosti, il-kwalità, il-frekwenza u d-differenzjazzjoni tas-servizz ipprovdut, l-innovazzjoni, il-marketing u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizz.

36.

Tliet kwistjonijiet għandhom rilevanza partikolari għas-servizzi koperti minn dawn il-Linjigwida: il-ftehimiet tekniċi, l-iskambji tal-informazzjoni u l-gruppi (pools).

3.1.   Ftehimiet tekniċi

37.

Xi tipi ta’ ftehimiet tekniċi jistgħu ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE minħabba li ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-ftehimiet orizzontali li l-għan u l-effett uniku tagħhom huwa li jimplimentaw titjib tekniku jew li jiksbu l-koperazzjoni teknika. Il-ftehimiet relatati mal-implimentazzjoni tal-istandards ambjentali jistgħu wkoll jitqiesu li jaqgħu f’din il-kategorija. Il-ftehimiet bejn il-kompetituri relatati mal-prezz, il-kapaċità, jew parametri oħrajn tal-kompetizzjoni fil-prinċipju ma jaqgħux taħt din il-kategorija (38).

3.2.   L-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-kompetituri fit-trasport bil-bastimenti tal-linja

38.

Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni timplika arranġament fuq il-bażi ta’ liema impriżi jaqsmu l-informazzjoni bejniethom jew jipprovduha lil aġenzija komuni responsabbli biex tiċċentralizzaha, tiġborha u tipproċessaha qabel ma troddha lill-parteċipanti fil-forma u fil-frekwenza miftiehma.

39.

Hija prattika komuni f’bosta industriji li l-istatistika aggregata u l-informazzjoni ġenerali dwar is-suq jinġabru, jiġu skambjati u ppubblikati. Din l-informazzjoni tas-suq ippubblikata hija mezz tajjeb biex tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-għarfien tal-klijenti, u għahekk tista’ toħloq l-effiċjenza. Iżda, l-iskambju ta’ dejta kummerċjalment sensittiva u individwalizzata jista’ taħt xi ċirkostanzi jikser l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Dawn il-Linjigwida huma maħsuba biex jgħinu lill-fornituri tas-servizzi tal-linja marittimi jivvalutaw jekk dawn l-iskambji jiksrux ir-regoli tal-kompetizzjoni.

40.

Fis-settur tal-bastimenti tal-linja, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn linji ta’ tbaħħir li jkunu jagħmlu sehem minn konsorzji tat-tbaħħir li altrimenti jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huma permissibbli, safejn dawn ikunu anċillari u neċessarji għall-operazzjoni konġunta ta’ servizzi ta’ trasport tal-linja u l-forom l-oħra ta’ koperazzjoni koperti mill-eżenzjoni ta’ kategorija fir-Regolament (KE) Nru 823/2000 kif inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE (39). Dawn il-Linjigwida ma jikkonċernawx dawn l-iskambji ta’ informazzjoni.

3.2.1.   Ġeneralment

41.

Fl-evalwazzjoni tas-sistemi tal-iskambju tal-informazzjoni taħt il-liġi tal-kompetizzjoni taż-ŻEE, għandhom isiru d-distinzjonijiet li ġejjin.

42.

L-iskambju tal-informazzjoni jista’ jkun mekkaniżmu li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ prattika anti-kompetittiva, bħall-monitoraġġ tal-konformità ma’ kartell; fejn skambju ta’ informazzjoni jkun anċillari għal prattika antikompetittiva bħal din, l-evalwazzjoni tagħha għandha ssir flimkien ma’ evalwazzjoni ta’ dik il-prattika. L-iskambju ta’ informazzjoni nnifsu jista’ jkollu l-iskop li jirrestrinġi l-kompetizzjoni (40). Dawn il-Linjigwida ma jindirizzawx skambji ta’ informazzjoni bħal din.

43.

Madankollu, skambju ta’ informazzjoni jista’ minnu nnifsu jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE minħabba l-effett tiegħu. Din is-sitwazzjoni sseħħ meta l-iskambju ta’ informazzjoni jnaqqas jew ineħħi l-livell ta’ inċertezza dwar l-operazzjoni tas-suq inkwistjoni, bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tkun ristretta (41). Kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod awtonomu l-politika li bi ħsiebu jsegwi fis-suq. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej kkunsidrat ukoll li l-impriżi huma, għalhekk, preklużi minn kuntatti diretti jew indiretti ma’ operaturi oħrajn li jinfluwenzaw l-imġieba ta’ kompetitur jew jiżvelaw l-imġieba (intenzjonata) tagħhom stess jekk l-għan jew l-effett ta’ dawk il-kuntatti huwa li tiġi ristretta l-kompetizzjoni, jiġifieri li jinħolqu kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li ma jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ikkonċernat, filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, id-daqs u l-għadd tal-impriżi u l-volum tas-suq (42). B’kuntrast għal dan, fis-suq tal-polpa tal-injam, il-Qorti sabet li t-tħabbir unilaterali tal-prezzijiet kull tliet xhur li jsir indipendentement minn produtturi lill-utenti jikkostitwixxi fih innifsu mġiba tas-suq li ma tnaqqasx l-inċertezza ta’ kull intrapriża dwar l-attitudni fil-futur tal-kompetituri tagħha u għalhekk, fin-nuqqas ta’ xi prattika preliminari magħmula flimkien bejn il-produtturi, ma jikkostitwix fih innifsu ksur tal-Artikolu 81(1) KE (issa Artikolu 102(1)TFUE) (43).

44.

Il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Komunità Ewropea tipprovdi xi gwida ġenerali fl-eżaminazzjoni tal-effetti probabbli ta’ skambju ta’ informazzjoni. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li fejn hemm suq tassew kompetittiv, it-trasparenza x’aktarx twassal għall-intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri (44). Madankollu, f’suq oligopolistiku kkonċentrat ħafna, li fih il-kompetizzjoni tkun diġà mnaqqsa sew, l-iskambju ta’ informazzjoni preċiża dwar il-bejgħ individwali ta’ spiss bejn il-kompetituri ewlenin, bl-esklużjoni ta’ fornituri oħra u ta’ konsumaturi, x’aktarx li jtellef b’mod sostanzjali l-kompetizzjoni li teżisti bejn il-fornituri. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-iskambju ta’ informazzjoni, fuq bażi regolari u frekwenti, dwar l-operat tas-suq għandu l-effett li jiżvela, fuq bażi perjodika, lill-kompetituri kollha, il-pożizzjonijiet fis-suq u l-istrateġiji tas-suq tad-diversi kompetituri individwali (45). Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet ukoll li sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni wkoll meta s-suq mhuwiex ikkonċentrat ħafna iżda hemm tnaqqis tal-awtonomija tal-impriżi li jieħdu d-deċiżjonijiet li jirriżulta mill-pressjoni matul diskussjonijiet sussegwenti mal-kompetituri (46).

45.

Isegwi li l-effetti attwali jew potenzjali ta’ skambju ta’ informazzjoni għandhom jitqiesu f’kull każ għalih għaliex ir-riżultati tal-evalwazzjoni jiddependu fuq kombinazzjoni ta’ fatturi, kull wieħed speċifiku għal każ individwali. L-istruttura tas-suq fejn isir l-iskambju u l-karatteristiċi tal-iskambju ta’ informazzjoni huma ż-żewġ elementi ewlenin li l-Awtorità teżamina meta tevalwa skambju ta’ informazzjoni. L-evalwazzjoni għandha wkoll tqis l-effetti attwali jew potenzjali li l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jkollu meta mqabbel mas-sitwazzjoni kompetittiva li tirriżulta fin-nuqqas tal-ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni (47). Biex jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-iskambju għandu jkollu impatt negattiv apprezzabbli fuq il-parametri tal-kompetizzjoni (48).

46.

Il-gwida hawn taħt hija relatata l-aktar mal-analiżi ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE tinsab fil-paragrafu 58 hawn taħt, kif ukoll fl-avviż ġenerali dwar is-suġġett (49).

3.2.2.   L-istruttura tas-suq

47.

Il-livell ta’ konċentrazzjoni u l-istruttura tal-provvista u tat-talba f’suq partikolari huma kwistjonijiet ewlenin meta wieħed iqis jekk skambju jaqax taħt l-ambitu tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (50).

48.

Il-livell ta’ konċentrazzjoni huwa rilevanti b’mod partikolari peress li, fi swieq oligopolistiċi kkonċentrati ħafna, aktar huwa probabbli li jseħħu l-effetti restrittivi u aktar huwa probabbli li jkunu sostenibbli milli fi swieq inqas ikkonċentrati. It-trasparenza akbar f’suq konċentrat tista’ ssaħħaħ l-interdipendenza tad-ditti u tnaqqas l-intensità tal-kompetizzjoni.

49.

L-istruttura tal-provvistà u tat-talba hija importanti wkoll, notabbilment in-numru ta’ operaturi kompetituri u s-simetrija u l-istabbilità tal-ishma tagħhom fis-suq u l-eżistenza ta’ kwalunkwe rabta strutturali bejn il-kompetituri (51). L-Awtorità tista’ ukoll tanalizza fatturi oħrajn bħall-omoġenjità tas-servizzi u t-trasparenza ġenerali fis-suq.

3.2.3.   Il-karatteristiċi tal-informazzjoni skambjata

50.

L-iskambju ta’ dejta kummerċjalment sensittiva dwar il-parametri tal-kompetizzjoni, bħal ma hu l-prezz, il-kapaċità jew l-ispejjeż, bejn il-kompetituri għandha probabbiltà akbar li tiġi taqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE minn skambji oħrajn ta’ informazzjoni. Is-sensittività kummerċjali tal-informazzjoni għandha tkun evalwata billi jitqiesu l-kriterji mfissra hawn taħt.

51.

L-iskambju tal-informazzjoni li diġà hija miftuħa għall-pubbliku, fil-prinċipju ma jikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (52). Mandankollu, huwa importanti li wieħed jistabbilixxi l-livell ta’ trasparenza tas-suq u jara jekk l-iskambju jtejjibx l-informazzjoni billi jagħmilha aktar aċċessibbli w/jew jekk jgħaqqadx informazzjoni li tkun diġà disponibbli għall-pubbliku ma’ informazzjoni oħra. L-informazzjoni li tirriżulta tista’ ssir kummerċjalment sensittiva u l-iskambju tagħha jista’ joħloq restrizzjoni għall-kompetizzjoni.

52.

L-informazzjoni tista’ tkun individwali jew aggregata. Id-dejta individwali għandha x’taqsam ma’ intrapriża nominata jew identifikabbli. Id-dejta aggregata tgħaqqad id-dejta minn għadd suffiċjenti ta’ impriżi indipendenti li jrendi l-għarfien ta’ dejta individwali impossibbli. L-iskambju ta’ informazzjoni individwali bejn il-kompetituri huwa iktar probabbli li jinqabad mill-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (53) mill-iskambju tal-informazzjoni aggregata li, fil-prinċipju, ma taqax taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-Awtorità tagħti attenzjoni partikolari għal-livell ta’ aggregazzjoni. Trid tkun b’mod li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi diżaggregata sabiex l-impriżi jkunu jistgħu direttament jew indirettament jidentifikaw l-istrateġiji kompetittivi tal-kompetituri tagħhom.

53.

Madankollu, fit-tbaħħir tal-linja, trid tingħata attenzjoni meta ssir l-evalwazzjoni ta’ skambji ta’ tbassir ta’ kapaċità anki f’forma miġbura, speċjalment meta jsiru fi swieq konċentrati. Fis-swieq tal-bastimenti tal-linja, id-dejta dwar il-kapaċità hija l-parametru ewlieni biex l-imġieba kompetittiva tiġi kkordinata u għandha effett dirett fuq il-prezzijiet. L-iskambji dwar previżjonijiet dwar il-kapaċità aggregata li jindikaw f’liema rotot kummerċjali se tintuża l-kapaċità jistgħu jkunu antikompetittivi sal-grad li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta’ politika komuni minn bosta trasportaturi jew minnhom kollha u jirriżultaw fil-provvista ta’ servizzi bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet kompetittivi. Barra minn dan, hemm riskju li d-dejta tiġi diżaggregata għaliex tista’ tiġi kkombinata ma’ dikjarazzjonijiet individwali minn trasportaturi tal-linja. Dan jippermetti lill-impriżi jidentifikaw il-pożizzjonijiet tas-suq u l-istrateġiji tal-kompetituri.

54.

L-età tad-dejta u l-perjodu li għandha x’taqsam miegħu huma wkoll fatturi importanti. Id-dejta tista’ tkun storika, riċenti jew futura. L-iskambju ta’ informazzjoni storika ġeneralment ma jitqiesx li jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għaliex ma jistax ikollu impatt reali fuq l-imġieba futura tal-intrapriża. Fil-passat, il-Kummissjoni qieset informazzjoni ta’ aktar minn sena ilu bħala storika (54) filwaqt li informazzjoni inqas antika minn sena ġiet meqjusa bħala riċenti (55). In-natura storika jew riċenti tal-informazzjoni għandha tiġi evalwata b’xi flessibbiltà filwaqt li jitqies l-grad sa fejn id-dejta ma tibqax aktar valida għas-suq rilevanti. Iż-żmien meta d-dejta ssir storika x’akarx li jkun iqsar jekk id-dejta tkun aggregata aktar milli jekk tkun individwali. Simili għal dan, l-iskambju ta’ dejta reċenti dwar il-volum u dwar il-kapaċità x’aktarx ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni jekk id-dejta tkun aggregata sa livell xieraq b’tali mod li t-tranżazzjonijiet ta’ utenti jew trasportaturi individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati direttament jew indirettament. Id-dejta futura għandha x’taqsam mal-perspettiva ta’ intrapriża ta’ kif se jiżviluppa s-suq jew l-istrateġija li bi ħsiebha ssegwi f’dak is-suq. B’mod partikolari l-iskambju ta’ dejta futura x’aktarx ikun problematiku, speċjalment meta għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet jew produzzjoni. Tista’ tiżvela l-istrateġija kummerċjali li bi ħsiebha tadotta intrapriża fis-suq. Meta tagħmel dan, hija tista’ tnaqqas b’mod apprezzabbli l-kompetittività bejn il-partijiet fl-iskambju u għalhekk tista’ potenzjalment tirrestrinġi l-kompetizzjoni.

55.

Il-frekwenza tal-iskambju għandha titqies ukoll. Aktar ma tkun skambjata ta’ spiss id-dejta, aktar ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr il-kompetituri. Dan jiffaċilita r-ritaljazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar inaqqas l-inċentivi biex jinbdew azzjonijiet kompetittivi fis-suq. Dik li tissejjaħ kompetizzjoni moħbija tista’ tiġi ristretta.

56.

Wieħed għandu wkoll jagħti daqqa ta’ għajn lejn kif tiġi rilaxxata d-dejta sabiex ikun jista’ jevalwa l-effett(i) li jista’ jkollha fuq is-suq/swieq. Aktar mal-informazzjoni tiġi maqsuma mal-klijenti, inqas hemm probabbiltà li tkun problematika. Min-naħa l-oħra, jekk it-trasparenza tas-suq titjieb għall-benefiċċju tal-fornituri biss, tista’ ċċaħħad lill-konsumaturi mill-possibbiltà li jiksbu l-vantaġġ ta’ “kompetizzjoni moħbija” akbar.

57.

Fit-tbaħħir tal-linja, l-indiċi tal-prezzijiet jintuża biex juri l-movimenti medji tal-prezzijiet għat-trasportazzjoni ta’ kontejner bil-baħar. Indiċi tal-prezzijiet ibbażat fuq dejta tal-prezzijiet aggregata b’mod xieraq mhux probabbli li jikser l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm il-livell ta’ aggregazzjoni jkun tali li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi diżaggregata b’mod li l-impriżi jkunu jistgħu direttament jew indirettament jidentifikaw l-istrateġiji kompetittivi tal-kompetituri tagħhom. Jekk indiċi tal-prezzijiet inaqqas jew ineħħi l-grad ta’ inċertezza fejn jidħol il-mod kif jaħdem is-suq bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tkun ristretta, ikun jikser l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Meta wieħed jevalwa l-effett probabbli ta’ indiċi tal-prezzijiet bħal dan fuq suq rilevanti partikolari, għandu jitqies il-livell ta’ aggregazzjoni tad-dejta u n-natura storika jew riċenti tagħha, u l-frekwenza li biha l-indiċi jkun ppubblikat. B’mod ġenerali, huwa wkoll importanti li wieħed jevalwa l-elementi individwali kollha ta’ kull skema ta’ skambju ta’ informazzjoni flimkien, sabiex jitqiesu l-interazzjonijiet potenzjali, pereżempju bejn skambju ta’ kapaċità u ta’ dejta dwar il-volum fuq naħa, u ta’ indiċi tal-prezzijiet fuq oħra.

58.

Skambju ta’ informazzjoni bejn il-kumpaniji li jirrestrinġi l-kompetizzjoni jista’ madanakollu joħloq effiċjenzi, bħal pereżempju, ippjanar aħjar tal-investimenti u wżu aktar effiċjenti tal-kapaċità. Effiċjenzi bħal dawn iridu jkunu ssostanzjati u mgħoddija lill-konsumaturi u mkejla kontra l-effetti antikompetittivi tal-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jinnota li waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE hija li l-konsumaturi għandhom jirċievu sehem ġust mill-benefiċċji ġġenerati mill-ftehim restrittiv. Jekk l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi kollha mfissra fl-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE jitwettqu, il-projbizzjoni tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma tkunx tapplika (56).

3.2.4.   Assoċjazzjonijiet kummerċjali

59.

Fit-tbaħħir tal-linja, bħal f’kull settur ieħor, id-diskussjonijiet u l-iskambji tal-informazzjoni jistgħu jsiru f’assoċjazzjoni kummerċjali, sakemm l-assoċjazzjoni ma tintużax bħala (a) forum għal-laqgħat ta’ kartell (57), (b) struttura li toħroġ deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet antikompetittivi lill-membri tagħha (58) jew (c) mezz ta’ skambju ta’ informazzjoni li jnaqqas jew ineħħi l-grad ta’ inċertezza dwar l-operat tas-suq, bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tiġi ristretta filwaqt li ma jitwettqux il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) (59). Dan għandu jkun distint mid-diskussjonijiet li jinżammu b’mod leġittmu fi ħdan assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, pereżempju dwar livelli tekniċi jew ambjentali.

3.3.   Ftehimiet ta’ iggruppar fit-trasport marittimu mhux regolari

60.

Il-forma l-aktar rikurrenti ta’ koperazzjoni fis-settur tat-trasport marittimu mhux regolari hija l-iggruppar tal-bastimenti. Ma hemm ebda mudell universali għall-iggruppar. Iżda xi karatteristiċi jidhru li huma komuni għall-biċċa l-kbira tal-gruppi fit-taqsimiet differenti tas-suq kif stabbilit hawn taħt.

61.

Grupp standard tal-bastimenti jiġbor flimkien għadd ta’ bastimenti simili (60) bi proprjetarji differenti u operati taħt amministrazzjoni waħda. Maniġer ta’ grupp normalment huwa responsabbli għall-amministrazzjoni kummerċjali (eż., marketing konġunt (61), li jinnegozja r-rati tat-trasport u jiċċentralizza d-dħul u l-ispejjeż tal-vjaġġi (62) u l-operazzjoni kummerċjali (l-ippjanar ta’ movimenti tal-bastimenti u l-istruzzjoni lill-bastimenti, li jaħtar lill-aġenti fil-portijiet, li jżomm lill-klijenti aġġornati, li joħroġ il-fatturi tat-trasport, li jordna l-bunkers, li jiġbor id-dħul tal-bastimenti u jqassmu taħt sistema ta’ medja ta’ fatturi miftiehma minn qabel eċċ). Il-maniġer tal-grupp spiss jaġixxi taħt is-superviżjoni ta’ kumitat ġenerali eżekuttiv li jirrappreżenta l-proprjetarji tal-bastimenti. L-operat tekniku tal-bastimenti normalment ikun taħt ir-responsabbiltà ta’ kull proprjetarju (sigurtà, ekwipaġġ, tiswija, mantenuzzjoni, eċċ.). Għalkemm ibiegħu s-servizzi tagħhom flimkien, il-membri tal-grupp spiss iwettqu s-servizzi individwalment.

62.

Isegwi minn din id-deskrizzjoni li l-karatteristika ewlenija tal-gruppi standard tat-tbaħħir hija l-bejgħ konġunt, flimkien ma’ xi karatteristiċi tal-produzzjoni konġunta. Il-gwida kemm fuq il-bejgħ konġunt, bħala varjant ta’ ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni konġunta, u l-produzzjoni konġunta fil-Linjigwida tal-Awtorità dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għal ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali (63) għalhekk hija rilevanti. Minħabba l-varjazzjoni fil-karatteristiċi tal-gruppi, kull grupp għandu jiġi analizzat għalih biex jiġi determinat, b’riferiment għal fejn huwa ċċentrat (64), jekk jaqax taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE w, f’dak il-każ, jekk jissodisfax l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE.

63.

Gruppi li jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (65) peress li jkunu maħluqa bħala operazzjoni konġunta li topera fuq bażi dewwiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma (l-hekk imsejħa operazzjonijiet konġunti b'funzjona kompleta, ara l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004) mhumiex affettwati direttament bit-tibdil li ġab ir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 u ma jaqgħux taħt dawn il-Linjigwida. Wieħed jista’ jieħu direzzjoni dwar il-funzjonalità sħiħa, fost oħrajn, fl-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (66). Safejn il-gruppi jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom il-kordinazzjoni tal-imġieba kompetittiva tal-kumpaniji prinċipali tagħhom, il-kordinazzjoni għandha tkun evalwata skont il-kriterji tal-Artikolu 53(1) u (3) tal-Ftehim taż-ŻEE, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk l-operazzjoni hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE (67).

3.3.1.   Gruppi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

64.

Il-ftehimiet ta’ grupp ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-parteċipanti fil-grupp ma jkunux kompetituri reali jew potenzjali. Dan ikun il-każ, pereżempju, fejn żewġ proprjetarji ta’ bastimenti jew aktar jistabbilixxu grupp tat-trasport bil-bastimenti għall-iskop uniku li jagħmlu offerti għal u jipprovdu kuntratti ta’ ġarr li għalihom bħala operaturi individwali ma jkunux jistgħu jagħmlu offerti li jirnexxu jew li ma jkunux jistgħu jwettqu waħedhom. Din il-konklużjoni mhux invalidata f’dawk il-każijiet fejn gruppi bħal dawn xi kultant iġorru merkanzija oħra li tkun tirrappreżenta parti żgħira mill-volum kollu.

65.

Il-gruppi li l-attività tagħhom ma tinfluwenzax il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni għaliex għandhom importanza minuri w/jew ma jaffettwawx b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (68) ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Madanakollu grupp ma jaqax fl-ambitu tal-Avviż tal-Awtorità dwar ftehimiet ta’ importanza minuri jekk jinvolvi ffissar tal-prezzijiet, inkluż bejgħ konġunt.

3.3.2.   Gruppi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

66.

Ftehimiet ta’ grupp bejn kompetituri li jkunu limitati għal bejgħ konġunt għandhom bħala regola l-iskop u l-effett li jikkordinaw il-politika tal-prezzijiet ta’ dawn il-kompetituri (69).

3.3.3.   Gruppi li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

67.

Jekk il-grupp m’għandux bħala l-għan tiegħu r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa analiżi tal-effetti tiegħu fis-suq konċernat. Ftehim jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE meta x’aktarx ikollu impatt negattiv apprezzabbli fuq il-parametri tal-kompetizzjoni fis-suq bħall-prezzijiet, l-ispejjeż, id-differenzjazzjoni tas-servizz, il-kwalità tas-servizz u l-innovazzjoni. Il-ftehimiet jistgħu jkollhom dan l-effett billi jnaqqsu b’mod apprezzabbli l-kompetittività bejn il-partijiet tal-ftehim jew bejniethom u terzi (70).

68.

Xi gruppi tat-trasport marittimu mhux regolarima jinvolvux bejgħ konġunt iżda madankollu fihom xi element ta’ kordinazzjoni fejn jidħlu l-parametri tal-kompetizzjoni (eż. skeda konġunta jew xiri konġunt). Każijiet bħal dawn jiġu biss jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-partijiet għall-ftehim ikollhom xi livell ta’ setgħa fuq is-suq (71).

69.

L-abbiltà tal-grupp li jikkaġuna effetti negattivi apprezzabbli fis-suq tiddependi fuq il-kuntest ekonomiku, filwaqt li titqies is-setgħa kkombinata tal-partijiet fis-suq flimkien man-natura tal-ftehim u ma’ fatturi strutturali oħrajn fis-suq rilevanti. Għandu wkoll jitqies jekk il-ftehim tal-grupp jaffettwax l-imġieba tal-partijiet fis-swieq qrib li jkunu relatati mill-qrib mas-suq direttament affettwat mill-koperazzjoni (72). Dan jista’ pereżempju jkun il-każ fejn is-suq rilevanti tal-grupp huwa dak għat-trasport ta’ prodotti tal-foresta f’bastimenti speċjali forma ta’ kaxxa (suq A) u l-membri tal-grupp ukoll ikunu joperaw bastimenti fis-suq tal-merkanzija sfuża (suq B).

70.

Fejn jidħlu l-fatturi strutturali fis-suq relevanti, jekk il-grupp ikollu sehem żgħir fis-suq, ma jkunx probabbli li jkun hemm effetti restrittivi. Meta jkun qed jiġi evalwat l-impatt ta’ grupp partikolari fuq is-suq rilevanti, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni bħala fatturi addizzjonali l-konċentrazzjoni tas-suq, il-pożizzjoni u l-għadd ta’ kompetituri, l-istabbiltà tal-ishma tas-suq fuq perjodu ta’ żmien, sħubija multipla fi gruppi ostakoli għad-dħul fis-suq u l-probabbilità tad-dħul, it-trasparenza tas-suq, il-kontrapiż tas-saħħa tax-xiri ta’ utenti tat-trasport u n-natura tas-servizzi (pereżempju, servizzi omoġenji kontra servizzi differenzjati).

71.

Fejn tidħol in-natura tal-ftehim, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil klawsoli li jaffettwaw il-grupp jew l-imġieba kompetittiva tal-membri tagħha fis-suq, bħal ma huma klawsoli li ma jħallux lill-membri milli jkunu attivi fl-istess suq barra l-grupp (klawsoli li ma ssirx kompetizzjoni), perjodi ta’ waqfien u perjodi ta’ avviż (klawsoli ta’ ħruġ) kif ukoll skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Kwalunkwe rabta bejn il-gruppi, sew fejn jidħol it-tmexxija jew il-membri, kif ukoll il-qsim ta’ spejjeż u dħul, trid tiġi kkunsidrata wkoll.

3.3.4.   L-Applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE

72.

Fejn il-gruppi jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-impriżi involuti għandhom jiżguraw li jkunu jissodisfaw l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (73). L-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE ma jeskludix a priori ċerti tipi ta’ ftehimiet mill-ambitu tiegħu. Fil-prinċipju, il-ftehimiet restrittivi kollha li jissodisfaw l-erba’ kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE huma koperti mir-regola tal-eċċeżżjoni. Din l-analiżi tinkorpora skala flessibbli. Akbar ma tkun ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni li tinstab skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, akbar għandhom ikunu l-effiċjenzi u l-benefiċċju li jgħaddi għal għand il-konsumaturi.

73.

Hija responsabbiltà tal-impriżi li juru li l-grupp itejjeb is-servizzi tat-trasport jew li jġib ’il quddiem il-progress tekniku jew ekonomiku fil-forma ta’ kisbiet fl-effiċjenza. L-effiċjenzi ġġenerati ma jistgħux ikunu l-iffrankar ta’ spejjeż li huma parti inerenti tat-tnaqqis tal-kompetizzjoni iżda għandhom jirriżultaw mill-integrazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi.

74.

Il-kisbiet ta’ effiċjenza tal-gruppi jistgħu, pereżempju, jirriżultaw mill-kisba ta’ rati aħjar ta’ utilizzazzjoni u ta’ ekonomiji ta’ skala. Gruppi ta' trasport marittimu mhux regolari normalment jippjanaw flimkien il-movimenti tal-bastimenti sabiex jifirxu ġeografikament il-flotot tagħhom Il-firxa tal-bastimenti tista’ tnaqqas l-għadd ta’ vjaġġi vojta li tista’ żżid l-utilizzazzjoni ġenerali tal-kapaċità tal-grupp, u eventwalment twassal għal ekonomiji ta’ skala.

75.

Il-konsumaturi għandhom jirċievi s-sehem ġust tagħhom mill-effiċjenzi li jinħolqu. Skont l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, huma l-effetti pożittivi fuq il-konsumaturi kollha fis-suq relevanti li jridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni, mhux l-effett fuq kull konsumatur individwali (74). Il-passaġġ tal-benefiċċji jrid mill-anqas jikkumpensa lill-konsumaturi għal xi impatt negattiv, attwali jew potenzjali, li jkunu sofrew minħabba r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (75). Sabiex tiġi evalwata l-possibbiltà ta’ passaġġ, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati f’dan il-kuntest l-istruttura tas-swieq tat-trasport marittimu mhux regolariu l-elastiċità tat-talba.

76.

Grupp m’għandux jimponi restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-kisba tal-effiċjenzi. F’dan is-sens huwa meħtieġ li wieħed jara hekk il-partijiet setgħux kisbu l-effiċjenzi weħidhom. Meta ssir din l-evalwazzjoni, ta’ min wieħed jikkunsidra, fost affarjiet oħra, x’inhi l-iskala minima ta’ effiċjenza biex jingħataw id-diversi tipi ta’ servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari. Barra minn dan, kull klawsola restrittiva fil-ftehim ta’ grupp trid tkun raġonevolment meħtieġa sabiex jinkisbu l-effiċjenzi mbassra. Klawsoli restrittivi jistgħu jkunu ġġustifikati għal perjodu itwal jew għall-perjodu kollu ta’ kemm iddum teżisti grupp, jew għal perjodu tranżitorju biss.

77.

Fl-aħħar nett, il-grupp m’għandux jagħti lill-partijiet il-possibiltà li jeliminaw l-kompetizjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tas-servizzi inkwistjoni.


(1)  ĠU C 245, 26.9.2008, p. 2

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta' Settembru 2006 li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 4056/86 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 (issa 81 u 82) tat-Trattat tal-KE għat-trasport marittimu, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni biex jinkludi l-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari, (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2006, li temenda l-Anness XIII (it-trasport) u XIV (il-kompetizjoni) u l-Protokoll 21 (ĠU L 89, 29.3.2007, p. 25 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 29.3.2007, p. 20).

(3)  Il-kompetenza li jittrattaw każi individwali li jaqgħu taħt l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim EEA huwa maqsum bejn l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal_EFTA u l-Kummissjoni skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 56 tal-Ftehim taż-ŻEE Waħda biss mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza hija kompitemeti biex titratta kwalunkwe każ.

(4)  Ara n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna fir-rigward tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 u l-inkorporazzjoni tiegħu fil-Ftehim taż-ŻEE.

(5)  It-terminu “ftehim” jintuża għal ftehimiet, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u prattika miftiehma.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) kien inkorporat fl-Anness XIV u fil-Protokolli 21 u 23 tal-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2004 tal-24 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 57 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, 10.3.2005, p.42) u fil-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti mill-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA tal-24 ta’ Settembru 2004.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 773/2003 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) kien inkorporat fil-Protokolli 21 u 23 tal-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 178/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 (ĠU L 133, 26.5.2005, p. 35 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 26.5.2005, p. 25) u fil-Kapitolu III tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti mill-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA tat-3 ta’ Diċembru 2004.

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86 (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 4), kien inkorporat f’Kapitolu G il-paragrafu 11 tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE.

(9)  Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehim ta’ koperazzjoni orizzontali (ĠU C 266, 31.10.2002, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 55, 31.10.2001, p. 1).

(10)  Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU C 208, 6.9.2007, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 6.9.2007, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 (ĠU L 100, 20.4.2000, p. 24) kien inkorporat fil-Kapitolu G fil-paragrafu 11c tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2000 (ĠU L 237, 21.9.2000, p. 60 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 21.9.2000, p. 3).

(12)  Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 31), li għadu mhux inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(13)  Ara hawn fuq, in-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna.

(14)  Il-Kummissjoni identifikat serje ta’ karatteristiċi li huma speċifiċi għat-trasport speċjalizzat li jagħmluh distint mis-servizzi tal-linja u mis-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari. Huma jinvolvu l-provvista ta’ servizzi regolari għal tip partikolari ta’ merkanzija. Is-servizz normalment huwa provdut fuq il-bażi ta’ kuntratti għall-ġarr bl-użu ta’ bastimenti speċjalizzati adattati teknikament u/jew mibnija biex iġorru merkanzija speċifika. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/980/KE tad-19 ta' Ottubru 1994 fil-Każ IV/34.446 – Ftehim TransAtlantiku, (ĠU L 376, 31.12.1994, p. 1) (minn hawn ’il quddiem id-Deċiżjoni TAA), paragrafi 47 sa 49.

(15)  L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju tal-libertà biex ikunu provduti servizzi lit-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7), inkorporat fil-Kapitolu V il-paragrafu 53a tal-Anness XIII, mal-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/97 (ĠU L 30, 5.2.1998, p. 42 u s-Suppliment taż-ŻEE mal-ĠU Nru 5, 5.2.1998, p. 175).

(16)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ 42/84 Remia BV u oħrajn vs Il-Kummissjoni, [1985], ECR 2545, il-paragrafu 22 u l-Każ 319/82 Ciments et Bétons de l’Est vs Kerpen & Kerpen, [1983] ECR 4173, il-paragrafu 9.

(17)  ĠU C 291, 30.11.2006, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 59, 30.11.2006, p. 18.

(18)  Il-fatt li s-servizz ikun lejn/minn port mhux fiż-ŻEE fih innifsu ma jeskludix li l-kummerċ bejn l-Istati taż- ŻEE jkun affettwat. Trid issir analiżi bir-reqqa tal-effetti fuq il-klijenti u operaturi oħra fi ħdan iż-ŻEE li jistrieħu fuq is-servizzi, sabiex jiġi stabbilit jekk dawn jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni taż-ŻEE. Ara l-Linjigwida dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitat hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/82/KEE tat-23 ta' Diċembru 1992 (Il-Każijiet IV/32.448 u IV/32.450, CEWAL) (ĠU L 34, 10.2.1993, p. 1), il-paragrafu 90, ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawżi Magħquda T-24/93 sa T-26/93 u T-28/93, Compagnie Maritime Belge et vs Il-Kummissjoni, [1996], ECR II-1201, il-paragrafu 205. Id-Deċiżjoni TAA, iċċitata hawn fuq fin-nota 14 ta’ iegħ il-paġna, paragrafi 288-296, ikkonfermata bis-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-395/94, Atlantic Container Line u oħrajn v Il-Kummissjoni (minn issa ’l quddiem is-Sentenza TAA), paragrafi 72-74. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/243/KE tas-16 ta' Settembru 1998, (Każ IV/35.134 – Ftehim dwar il-Konferenza Trans-Atlantika) (minn issal quddiem id-Deċiżjoni TACA) (ĠU L 95, 9.4.1999, p. 1), paragrafi 386-396, Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/68/KE tal-14 ta' Novembru 2002 (Każ COMP/37.396/D2 – TACA Riveduta) (minn issa ’l quddiem id-Deċiżjoni TACA Riveduta), (ĠU L 26, 31.1.2003, p. 53), il-paragrafu 73.

(20)  Għal wida dwar l-applikazzjoni tal-effett fuq il-kummerċ, ara l-Linjigwida tal-Awtorità dwar il-kunċett tal-effett tal-kummerċ li jinsab Fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitat hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.

(21)  ĠU L 200, 16.7.1998, p. 48 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 28, 16.7.1998, p. 3.

(22)  L-Avviż dwar id-definizzjoni tas-suq, iċċitat aktar ’il fuq fin-nota 21 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 8.

(23)  L-Avviż dwar id-definizzjoni tas-suq, iċċitat aktar ’il fuq fin-nota 21 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 13.

(24)  Id-deċiżjoni TAA, iċċitata han fuq fin-nota 14 ta’ qiegħ il-paġna, u d-deċiżjoni TACA, iċċitata hawn fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragarfi 60-84. Il-definizzjoni tas-suq fid-deċiżjoni TACA kienet ikkonfermata mill-Qorti tal-Prim Istanza Ewropea fis-sentenza tagħha fil-Każijiet Magħquda T-191/98, T-212/98 sa 214/98, Atlantic Container Line AB u Oħrajn v il-Kummissjoni, [2003] ECR II-3275 (minn issal quddiem is-Sentenza TACA), paragrafi 781-883.

(25)  Il-paragrafu 62 tad-Deċiżjoni TACA ċċitata hawn fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, u l-paragrafi 783 sa 789 tas-Sentenza TACA, iċċitati hawn fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna.

(26)  Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna 19, il-paragrafu 71.

(27)  Is-Sentenza TAA, iċċitata hawn fuq fin-nota 18 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 273 u s-Sentenza TACA, iċċitata hawn fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 809.

(28)  Is-sentenza TAA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 281; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2005 fil-Każ COMP/M.3829 – MAERSK/PONL (ĠU C 147, 17.6.2005, p. 18), il-paragrafu 13.

(29)  Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 62-75. is-Sentenza TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 795 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f’MAERSK/PONI, ċċitata hawn fuq fin-nota 28 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 13 u 112-117.

(30)  Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 76 sa 83 u d-Deċiżjoni TACA Riveduta, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 39.

(31)  Għal kiri skont il-vjaġġ, pereżempju, l-elementi essenzjali ta’ rekwiżit ta’ trasport huma t-tagħbija li għandha tinġarr, il-volum tat-tagħbija, il-portijiet fejn se ssir it-tagħbija u fejn se jsir il-ħatt, il-ġranet meta l-bastiment ikun fil-port jew l-aħħar data meta t-tagħbija għandha tasal u d-dettalji tekniċi dwar il-bastiment meħtieġ.

(32)  Jidher li hija l-fehma tal-industrija li d-daqsijiet tal-bastimenti jikkostitwixxu swieq separati. L-istampa tal-kummerċ u l-Baltic Exchange jippubblikaw indiċijiet tal-prezzijiet għal kull daqs standard tal-bastimenti. Ir-rapporti tal-konsulenti jaqsmu s-swieq fuq il-bażi tad-daqsijiet tal-bastimenti.

(33)  Pereżempju, il-merkanzija likwida sfuża ma tistax tiġi ttrasportata fil-bastimenti tal-merkanzija sfuża niexfa jew il-merkanzija refriġerata ma tistax tiġi ttrasportata fuq trasportaturi tal-karozzi. Bosta tankers taż-żejt jistgħu jġorru prodotti tal-petrolju maħmuġin jew nodfa. Iżda, tanker ma jistax iġorr prodotti nodfa immedjatament wara li jkun ittrasporta prodotti maħmuġin.

(34)  Il-qlib ta’ bastiment tal-merkanzija sfuża niexfa mit-trasport tal-faħam għat-trasport tal-qamħ jista’ jeħtieġ biss proċess ta’ tindif ta’ jum wieħed li jista’ isir matul vjaġġ vojt. Fi swieq oħra ta' trasport marittimu mhux regolari dan il-perjodu ta’ tindif jista’ ikun itwal.

(35)  Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 id-dħul aċċellerat tal-ħtieġa ta’ buq doppju jew disinn ekwivalenti għall-tankers taż-żejt b’buq wieħed u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1) kien inkorporat fil-Kapitolu V, punt 56m tal-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Kongunt taż-ŻEE Nru 132/2002 (ĠU L 336, 12.12.2002, p. 32 u s-Suppliment Nru. 61, 12.12.2002, p. 26).

(36)  Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta' qiegħ il-paġna, il-paragrafu 85. Id-Deċiżjoni TACA riveduta, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta' qiegħ il-paġna, paragrafi 85 sa 86 u d-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta' qiegħ il-paġna, paragrafi 924, 925 u 927.

(37)  Skont l-ispeċifiċitajiet tas-suq tat-trasport marittimu mhux regolaririlevanti, jista’ jiġri li jkun hemm perjodu iqsar, eż. fi swieq fejn il-kuntratti ta’ ġarr jiġi offerti għal perjodi ta’ anqas minn sena waħda.

(38)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/627/EC tas-16 ta' Mejju 2000 (Il-Każ IV/34.018 – Ftehim dwar Tariffi u Soprataxxi tal-Kummerċ fil-Lvant Imbiegħed (FETTCSA)), (ĠU L 268, 20.10.2000, p. 1), il-paragrafu 153. Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-229/94, Deutsche Bahn AG vs Il-Kummissjoni, [1997], ECR 1689, il-paragrafu 37.

(39)  Ir-Regolament (KE) Nru 823/2000, iċċitat aktar ’l fuq fin-nota 11 ta’ qiegħ il-paġna, japplika għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-linja minn jew lejn port wieħed jew aktar taż-ŻEE esklussivament għall-ġarr ta’ merkanzija l-aktar bil-kontejner – ara l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 3(2)(g) tiegħu.

(40)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-49/92 P, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, [1999], ECR I-4125, il-paragrafi 121 sa 126.

(41)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P, John Deere vs Il-Kummissjoni, [1988], ECR I-3111, il-paragrafu 90 u s-fil-Każ C-194/99 P, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, [2003], ECR I-10821, il-paragrafu 81.

(42)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej fil-Każ C-238/05, Asnef-Equifax vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc), [2006], ECR I-11125, il-paragrafu 52 u fil-Każ C-49/92 P, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, [1999], ECR I-4125, iċċitata hawn fuq fin-nota 40 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafi 116 u 117.

(43)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja fil-Każijiet C-89/85, C-104/85, C-114/85, C-116/85, C-117/85 u C-125/85 sa C-129/85 A. Ahlström Osakeyhtiö and others v Il-Kummissjoni [1993], ECR I-01307, il-paragrafi 59 sa 65.

(44)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P John Deere v Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 88.

(45)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-35/92 John Deere Ltd v Il-Kummissjoni, [1994] ECR II-957, il-paragrafu 51, ikkonfermata fl-appell mis-Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f’John Deere Ltd v Il-Kummissjoni, il-Każ C-7/95 P, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna.

(46)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-141/94 Thyssen Stahl AG vs Il-Kummissjoni, [1999], ECR II-347, il-paragrafi 402 u 403.

(47)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P John Deere v Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 75-77.

(48)  Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 16.

(49)  Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna.

(50)  Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 25.

(51)  Fit-tbaħħir bil-bastimenti tal-linja hemm konnessjonijiet operattivi u/jew strutturali bejn il-kompetitur, pereżempju s-sħubija fi ftehimiet ta’ konsorzji li jippermettu lill-kumpaniji tal-bastimenti tal-linja jaqsmu l-informazzjoni għall-għanijiet li jipprovdu servizz konġunt. L-eżistenza ta’ kollegament bħal dan ikollha titqies każ b’każ meta jiġi evalwat l-impatt li għandu skambju ta’ informazzjoni addizzjonali fis-suq ikkonċernat.

(52)  Is-sentenza TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 1154.

(53)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 78/252/KEE tat-23 ta' Diċembru 1977 fil-Każ IV/29.176 – Vegetable Parchment, (ĠU L 70, 13.3.1978, p. 54).

(54)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/157/KEE tas-17 ta' Frar 1992 fil-Każ IV/31.370 – UK Agricultural Tractor Registration Exchange (ĠU L 68, 13.3.1992, p. 19), il-paragrafu 50.

(55)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/4/KESE tas-26 ta' Novembru 1997 fil-Każ IV/36.069 – Wirtschaftsvereiningung Stahl (ĠU L 1, 3.1.1998, p. 10), il-paragrafu 17.

(56)  Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta' qiegħ il-paġna.

(57)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/421/KE tas-16 ta' Diċembru 2003, fil-Każ IV/38.240 – Tubi industrijali (ĠU L 125, 28.4.2004, p. 50).

(58)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/896/KEE tal-15 ta' Diċembru 1982, fil-Każ IV/29.883 – AROW/BNIC (ĠU L 379, 31.12.1982, p. 1); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/438/KE tal-5 ta' Ġunju 1996, fil-Każ IV/34.983 – Fenex (ĠU L 181, 20.7.1996, p. 28).

(59)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/157/KEE, Skambju taReġistrazzjoni taTrakters Agrikoli fir-Renju Unit, iċċitata aktar ’l fuq fin-nota 54 ta’ qiegħ il-paġna.

(60)  Dan jirriżulta f’li l-grupp ikun jista’ jiġbed kuntratti kbar ta’ ġarr, jgħaqqad numru ta' kuntratti ta’ ġarr u jnaqqas l-għadd ta’ vjaġġi vojta b’ippjanar bir-reqqa tal-flotta.

(61)  Pereżempju, il-bastimenti tal-grupp jinbiegħu bħala unità kummerċjali waħda li toffri soluzzjonijiet tat-trasport irrispettivament minn liem bastiment iwettaq il-vjaġġ attwali.

(62)  Pereżempju, id-dħul tal-grupp jinġabar mill-amministrazzjoni ċentrali u d-dħul huwa mqassam lill-parteċipanti fuq bażi ta’ sistema kumplessa ta’ piżijiet.

(63)  Rispettivament fit-Taqsima 5 u t-Taqsima 3 tal-Linjigwida, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna.

(64)  Linjigwida dwar Ftehimiet ta’ Koperazzjoni Orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 12.

(65)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1), li kien inkorporat fil-Kapitolu A, fil-paragrafu 1 tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2004 (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 13 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 19.6.2004, p. 1).

(66)  ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1.

(67)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, iċċitat hawn fuq fin-nota 65 ta’ qiegħ il-paġna, Artikolu 2(4).

(68)  In-Notifika tal-Awtorità dwar ftehimiet ta’ importanza anqas li ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni b’mod apprezzabbli skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (de minimis) (ĠU C 67, 20.3.2003, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE għall-ĠU Nru 15, p. 11 20.3.2003) u l-Linjigwida dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ, iċċitati hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.

(69)  Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, taqsima 5. L-attivitajiet ta’ sensar indipendenti tal-vapuri meta jkun qed “jirranġa bastiment” ma jaqgħux taħt din il-kategorija.

(70)  Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3), iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna.

(71)  Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 149.

(72)  Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 142.

(73)  Linjiwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta' qiegħ il-paġna.

(74)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-238/05, Asnef-Equifax v Ausbanc, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 42 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 70.

(75)  Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 24.