|
10.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/6 |
Azzjoni mressqa fid-29 ta' Awwissu 2011 minn Hurtigruten ASA kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
(Każ E-10/11)
2011/C 325/03
Azzjoni kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tressqet quddiem il-Qorti tal-EFTA fid-29 ta' Awwissu 2011 minn Hurtigruten ASA, irrappreżentata minn Siri Teigum, advokat, u Odd Stemsrud, advokat, Advokatfirmaet Thommessen AS, Haakon VII’s gate 10, 0116 Oslo, in-Norveġja.
Ir-Rikorrent titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
|
(1) |
Tannulla d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 205/11/COL tad-29 ta' Ġunju 2011 dwar il-Ftehim Supplimentari dwar Hurtigruten Service; |
|
(2) |
Bħala alternattiva, tiddikjara nulli l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 205/11/COL tad-29 ta' Ġunju 2011, sa tali punt li tordna l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni; kif ukoll |
|
(3) |
Jiġi ordnat lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA biex tbati l-kostijiet tagħha nnifisha u biex tħallas dawk ta' Hurtigruten ASA. |
Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:
|
— |
Ir-Rikorrent, Hurtigruten ASA, hija kumpanija pubblika limitata, li twettaq attivitajiet ta' vjaġġar u ta' trasport fin-Norveġja u f'pajjiżi oħrajn. |
|
— |
Fit-28 ta' Novembru 2008, l-awtoritajiet Norveġiżi informaw lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA l-innegozjar mill-ġdid tal-ftehim bejn l-awtoritajiet Norveġiżi u Hurtigruten ASA dwar l-akkwist tas-servizzi ta' trasport bejn Bergen u Kirkenes fin-Norveġja. Fl-14 ta' Lulju 2010 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA infurmat lill-awtoritajiet Norveġiżi li kienet se tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti fir-rigward tal-ħlasijiet addizzjonali lil Hurtigruten fl-2008. |
|
— |
Bid-Deċiżjoni Nru 205/11/COL, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ddeċidiet li l-Ftehim Supplimentari kkostitwixxa għajnuna mill-Istat li mhix kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE fit-tifsira tal-Artikolu 61(1) taż-ŻEE sal-punt li tikkostitwixxi forma ta' kumpens żejjed għal servizz pubbliku. |
|
— |
Ir-Rikorrent tiddikjara, inter alia, li l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bbażat id-Deċiżjoni kkontestata fuq żbalji ċari ta' liġi u/jew ta' valutazzjoni:
|