31.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/8


SENTENZA TAL-QORTI

tat-8 ta' Ottubru 2012

fil-Każijiet Konġunti E-10/11 u E-11/11

Hurtigruten ASA u r-Renju tan-Norveġja v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

(Azzjoni għal annulament ta' deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA – Għajnuna mill-Istat – Trasport Marittimu – Artikolu 61(1) taż-ŻEE – Artikolu 59(2) taż-ŻEE – Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali – Kumpens tas-servizz pubbliku – Kumpens żejjed – Il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba – Ċertezza legali – Obbligu biex jiġu dikjarati r-raġunijiet)

2013/C 29/09

F'Każijiet Konġunti E-10/11 u E-11/11, Hurtigruten ASA u r-Renju tan-Norveġja v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA – APPLIKAZZJONI għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 205/11/COL tad-29 ta' Ġunju 2011 dwar il-Ftehim Supplimentari għas-servizz Hurtigruten, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef Rapporteur) Imħallfin, tat sentenza fit-8 ta' Ottubru 2012, li l-parti operattiva tagħha hija din segwenti:

Il-Qorti hawnhekk:

(1)

Tirrifjuta l-applikazzjonijiet.

(2)

Tordna lill-applikanti biex iħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti.