27.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 291/16


SENTENZA TAL-QORTI

tal-14 ta’ Diċembru 2011

fil-Kawża E-8/11

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs l-Islanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti li twettaq l-obbligi tagħha – id-Direttiva 2002/49/KE li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali)

2012/C 291/07

Fil-Kawża E-8/11, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Islanda – RIKORS għal dikjarazzjoni fejn, billi l-awtoritajiet kompetenti tagħha naqsu milli jiżguraw li jagħmlu, u fejn relevanti, japprovaw mapep strateġiċi tal-ħsejjes u milli jfasslu pjanijiet ta’ azzjoni għall-istorbju fit-toroq maġġuri kollha tat-territorju tagħha li minnhom jgħaddu aktar minn sitt miljun vettura fis-sena, u milli jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni kif imsemmija fl-Anness VI għad-Direttiva tintbagħat lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Islanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 7(1), 8(1) u 10 tal-Att imsemmi fil-punt 32g tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali) kif stipulati fil-Ftehim ŻEE bil-Protokoll 1 tiegħu, il-Qorti ffurmata minn Carl Baudenbacher, il-President u l-Imħallef Relatur, Per Christiansen u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fl-14 ta’ Diċembru 2011, li d-dispożittiv tagħha hu kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li, billi l-awtoritajiet kompetenti tagħha fi ħdan il-limitu ta’ żmien preskritt naqsu milli jiżguraw li jagħmlu u, fejn rilevanti, japprovaw mapep strateġiċi tal-ħsejjes u milli jfasslu pjanijiet ta’ azzjoni għall-istorbju fit-toroq maġġuri kollha tat-territorju tagħha li minnhom jgħaddu aktar minn sitt miljun vettura fis-sena, u milli jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni kif imsemmija fl-Anness VI tad-Direttiva ġew mibgħuta lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Islanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li joħorġu mill-Artikoli 7(1), 8(1) u 10 tal-Att imsemmi fil-punt 32g tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE (id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali) kif stipulat fil-Ftehim ŻEE bil-Protokoll 1 tiegħu.

(2)

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.