|
15.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/11 |
Azzjoni meħuda fil-21 ta' Mejju 2010 mill-Prinċipat tal-Liechtenstein kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
(Kawża E-4/10)
2010/C 191/09
Saret azzjoni kontra l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA quddiem il-Qorti tal-EFTA fil-21 ta' Mejju 2010 mill-Prinċipat tal-Liechtenstein, rappreżentat minn Dr Andrea Entner-Koch, li qed jaġixxi bħala Aġent għall-Prinċipat tal-Liechtenstein, EEA Coordination Unit, Austrasse 79/Europark, FL-9490 Vaduz.
Il-Prinċipat tal-Liechtenstein jitlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
|
(1) |
Tannulla d-Deċiżjoni Nru 97/10/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal- 24 ta' Marzu 2010 dwar it-tassazzjoni ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni captive taħt l-Att tat-Taxxa ta' Liechtenstein; |
|
(2) |
Alternattivament, tiddikjara li l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Nru 97/10/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal-24 ta' Marzu 2010 huma nulli, sa fejn hemm ordni sabiex tiġi rkuprata għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni; kif ukoll |
|
(3) |
Tordna lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
id-Deċiżjoni Nru 97/10/COL tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tal- 24 ta' Marzu 2010 ddikjarat li r-regoli tat-taxxa applikabbli għal (ri)assiguraturi captive fil-Liechtenstein, taħt l-Artikoli 82(a) u 88(d)(3) tal-Att tat-Taxxa ta' Liechtenstein, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, peress li ntaxxaw lil (ri)assiguraturi b'mod iktar favorevoli mill-“kumpaniji tal-assigurazzjoni normali”. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA barra dan iddeċidiet li l-allegata għajnuna kkostitwiet għajnuna mhux legali li hija soġġetta għall-irkupru mingħand il-kumpaniji ta' (ri)assigurazzjoni mis-6 ta' Novembru 2001. |
|
— |
Ir-rikorrent jikkontendi li id-dispożizzjonijiet tat-taxxa inkwistjoni ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
— |
Ir-rikorrent isostni li l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA:
|