17.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/19 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-28 ta’ Ġunju 2011
fil-Kawża E-18/10
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja
(Nuqqas ta' konformità ma' sentenza tal-Qorti li tiddikjara nuqqas ta' rispett ta' obbligi – l-Artikolu 33 SCA – Il-miżuri meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' sentenza tal-Qorti)
2011/C 336/13
Fil-kawża E-18/10 l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-2/07 L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jirrispetta l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Thorgeir Örlygsson u Per Christiansen (Imħallef għal opinjoni), kollha mħallfin, tat sentenza fit-28 ta' Ġunju 2011 u l-parti dispożittiva tagħha tgħid hekk:
Il-Qorti b’dan:
(1) |
Tiddikjara li billi naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-2/07 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja. |
(2) |
Tordna lir-Renju tan-Norveġja biex iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri. |