24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

Nru 5/2010/KP

tad-9 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti Nru 4/2004/KP li tistabbilixxi Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju

IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,

Wara li kkunsidra il-Protokoll 38b dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE, imdaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Ftehim imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE bejn l-2009 u l-2014,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għall-perjodu 2009 – 2014,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 4/2004/KP tat-3 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi Kumitat tal-Mekkaniżmu Finanzjarju (1),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2010/KP tat-28 ta' Jannar 2010 li tistabbilixxi Kumitat Interim tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014 (2),

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 4/2004/KP it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 għandha tinbidel permezz ta’ dan li ġej:

“Il-Kumitat għandu jmexxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2004-2009 u l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2009-2014”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika fil-ġurnata li tidħol fis-seħħ jew fil-ġurnata tal-applikazzjoni proviżorja tal-att legali li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2010.

F’isem il-Kumitat Permanenti

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON

Is-Segretarju Ġenerali

Kåre BRYN


(1)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 54.

(2)  ĠU L 53, 4.3.2010, p. 19.