30.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/30 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA
Nru 43/10/COL
tal-10 ta’ Frar 2010
li temenda l-lista miġbura fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li telenka postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Iżlanda u fin-Norveġja miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u fuq prodotti minn pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 301/08/COL tal-21 ta’ Mejju 2008 tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, partikolarment l-Artikolu 109 u Protokoll 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-punti 4(B)(1) u (3) u punt (5)(b) tal-Parti Preliminari tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 1.1.4 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi), kif emendat u adattat għall-Ftehim taż-ŻEE u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 1.1.5 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE), kif emendat u adattat għall-Ftehim taż-ŻEE, u partikolarment l-Artikolu 6(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att imsemmi fil-punt 1.2.111 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta’ Novembru 2001, li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ postijiet ta’ spezzjoni tal-fruntiera responsabbli għal kontrolli veterinarji ta’ prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi), kif emendat, u partikolarment l-Artikolu 3(5) tiegħu,
Billi:
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, bid-Deċiżjoni Nru 301/08/COL tal-21 ta’ Mejju 2008 ħassret id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 378/07/COL tat-12 ta’ Settembru 2007 u fasslet lista ġdida ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-Islanda u fin-Norveġja approvati għal verifiki veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti ta’ annimali minn pajjiżi terzi.
Il-Gvern tan-Norveġja talab li l-approvazzjoni għal prodotti mkessħin -HC-T(1)(2)(3)- għaċ-ċentru ta’ spezzjoni f’Honningsvåg (taħt BIP Honningsvåg Port) titneħħa mil-lista li tinsab fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I mal-Ftehim taż-ŻEE u tinbidel bl-approvazzjoni għal prodotti friżati biss-HC-T(FR)(1)(2)(3)-.
Il-Gvern tan-Norveġja talab li l-ispezzjoni taċ-ċentri Harøysund (taħt BIP Kristiansund Port) u Vannøy (taħt BIP Tromsø Port) titneħħa mil-lista li tinsab fil-punt 39 tal-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I mal-Ftehim taż-ŻEE.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, bid-Deċiżjoni tagħha 494/09/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, Il-miżuri stipulati għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju tal-EFTA li jassisti l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-verifiki veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti tal-animali li jiddaħħlu fl-Islanda u fin-Norveġja għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-postijiet ta’ spezzjonijiet fuq il-fruntiera li dwarhom hemm ftehim u li huma elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 301/08/COL tal-21 ta’ Mejju 2008 qed tiġi mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Islanda u lin-Norveġja.
Artikolu 5
Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2010.
Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA
Per SANDERUD
President
Sverrir Haukur GUNNLAUGSSON
Membru tal-Kulleġġ
ANNESS
IL-LISTA TAL-POSTIJIET TA’ SPEZZJONI FUQ IL-FRUNTIERA
1 |
= |
Isem |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2 |
= |
Kodiċi TRACES |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3 |
= |
Tip
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4 |
= |
Ċentru ta’ spezzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5 |
= |
Prodotti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6 |
= |
Annimali ħajjin
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5-6 |
= |
Kummenti speċjali
|
Pajjiż: l-Islanda
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Akureyri |
IS AKU 1 |
P |
|
HC-T(1)(2)(3), NHC(16) |
|
Hafnarfjörður |
IS HAF 1 |
P |
|
HC(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16) |
|
Húsavík |
IS HUS 1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
Ísafjörður |
IS ISA 1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
l-Ajruport ta’ Keflavik |
IS KEF 4 |
A |
|
HC(1)(2)(3) |
O(15) |
Reykjavík Eimskip |
IS REY 1a |
P |
|
HC(1)(2)(3), NHC-NT (2)(6)(16) |
|
Reykjavík Samskip |
IS REY 1b |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3), NHC-NT(2)(6)(16) |
|
Þorlákshöfn |
IS THH 1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(6), NHC-NT(6) |
|
Pajjiż: In-Norveġja
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
Borg |
NO BRG 1 |
P |
|
HC, NHC |
E(7) |
Båtsfjord |
NO BJF 1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3) |
|
Egersund |
NO EGE 1 |
P |
|
HC-NT(6), NHC-NT(6)(16) |
|
Hammerfest |
NO HFT 1 |
P |
Rypefjord |
HC-T(FR)(1)(2)(3), HC-NT(1)(2)(3) |
|
Honningsvåg |
NO HVG 1 |
P |
Honningsvåg |
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
Gjesvær |
HC-T(1)(2)(3) |
|
|||
Kirkenes |
NO KKN 1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
Kristiansund |
NO KSU 1 |
P |
Kristiansund |
HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) HC-NT(6), NHC-NT(6) |
|
Måløy |
NO MAY 1 |
P |
Gotteberg |
HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) |
|
Trollebø |
HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) |
|
|||
Oslo |
NO OSL 1 |
P |
|
HC, NHC |
|
Oslo |
NO OSL 4 |
A |
|
HC, NHC |
U, E, O |
Sortland |
NO SLX 1 |
P |
Melbu |
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
Sortland |
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
|||
Storskog |
NO STS 3 |
R |
|
HC, NHC |
U, E, O |
Tromsø |
NO TOS 1 |
P |
Bukta |
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
Solstrand |
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
|||
Vadsø |
NO VOS 1 |
P |
|
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
Ålesund |
NO AES 1 |
P |
Breivika |
HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) |
|
Ellingsøy |
HC-T(FR)(1)(2)(3) |
|
|||
Skutvik |
HC-T(FR)(1)(2)(3), NHC-T(FR)(2)(3) |
|