3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 208/5


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht datata s-27 ta’ Marzu 2009 fil-każ ta’ Inconsult Anstalt v Finanzmarktaufsicht

(Kawża E-4/09)

2009/C 208/05

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Marzu 2009 mill-Beschwerdekommission der Finanzmarktaufsicht (il-Kummissjoni tal-Appelli tal-Awtorità tas-Suq Finanzjarju), li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fl-14 ta’ April 2009, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ ta’ Inconsult Anstalt v Finanzmarktaufsicht, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

(1)

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni f’dak li jirrigwarda l-kriterji li jiddefinixxu lill-websajt bħala “mezz durabbli”?