11.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/17


SENTENZA TAL-QORTI

tat-30 ta' Marzu 2010

fil-Kawża E-6/09

Magasin- og Ukepresseforeningen v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

(Azzjoni għan-nuqqas ta' azzjoni – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna Eżistenti – Ammissibbiltà)

2010/C 305/10

Fil-Kawża E-6/09, Magasin- og Ukepresseforeningen v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA – L-APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA naqset milli taġġixxi dwar ilment imressaq lill-Awtorità f'Awwissu 2006 rigward l-għajnuna mill-Istat lill-gazzetti, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, il-President u Mħallef Relatur, Thorgeir Örlygsson u Henrik Bull, Imħallfin, taw is-sentenza fit-30 ta' Marzu 2010, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

B’hekk il-Qorti:

(1)

Tiċħad l-applikazzjoni bħala inammissibbli.

(2)

Tordna lill-Applikant iħallas l-ispejjeż li ġarrab l-Akkużat.