17.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/19


SENTENZA TAL-QORTI

tat-13 ta' Mejju 2009

fil-Kawża E-6/08

L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja

(Nuqqas minn Parti Kontraenti li twettaq l-obbligi tagħha – Direttiva 2002/91/KE dwar prestazzjoni tal-enerġija tal-bini)

2009/C 224/09

Fil-Kawża E-6/08, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra r-Renju tan-Norveġja – RIKORS għal dikjarazzjoni li, bin-nuqqas ta' adozzjoni jew li tinnotifika l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bil-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 6-10 tal-Att imsemmi fil-punt 17 tal-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jiġifieri d-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fiż-żmien preskritt, ir-Renju tan-Norveġja naqas li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15(1) ta' dak l-Att u taħt l-Artikolu 7 taż-ŻEE, il-Qorti, magħmula minn: Carl Baudenbacher, President, Henrik Bull, Imħallef u Thorgeir Örlygsson, Imħallef-Relatur, tat sentenza fit-13 ta’ Mejju 2009, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikjara li, billi naqas li jadotta, fit-terminu preskritt, il-miżuri meħtieġa sabiex jiġu implimentati l-Artikoli 6-10 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tal-bini, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva u l-Artikolu 7 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(2)

Tordna lir-Renju tan-Norveġja biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.