2.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 250/11


Komunikazzjoni mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 4(1)(a) tal-Att imsemmi f'punt 64(a) fl-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 dwar aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji)

Impożizzjoni ta' obbligi ġodda ta' servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru reġjonali skedati fin-Norveġja

(2008/C 250/06)

1.   INTRODUZZJONI

Skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992, dwar l-aċċess ta' trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għar-rotot tal-ajru intra-Komunitarji, in-Norveġja ddeċidiet li timponi obbligi ta' servizz pubbliku sa mill-1 ta' April 2009 fuq is-servizzi tal-ajru regolari fuq ir-rotot li ġejjin:

1.

Lakselv-Tromsø v.v.

2.

Andenes-Bodø v.v., Andenes-Tromsø v.v.

3.

Svolvær-Bodø v.v.

4.

Leknes-Bodø v.v.

5.

Røst-Bodø v.v.

6.

Narvik (Framnes)-Bodø v.v.

7.

Brønnøysund-Bodø v.v., Brønnøysund-Trondheim v.v.

8.

Sandnessjøen-Bodø v.v., Sandnessjøen-Trondheim v.v.

9.

Mo i Rana-Bodø v.v., Mo i Rana-Trondheim v.v.

10.

Mosjøen-Bodø v.v., Mosjøen-Trondheim v.v.

11.

Namsos-Trondheim v.v., Rørvik-Trondheim v.v.

12.

Florø-Oslo v.v., Florø-Bergen v.v.

13.

Førde-Oslo v.v., Førde-Bergen v.v.

14.

Sogndal-Oslo v.v., Sogndal-Bergen v.v.

15.

Sandane-Oslo v.v., Sandane-Bergen v.v.

16.

Ørsta-Volda-Oslo v.v., Ørsta-Volda-Bergen v.v.

17.

Fagernes-Oslo v.v.

18.

Røros-Oslo v.v.

2.   L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin japplikaw fuq ir-rotot individwali

2.1.   Lakselv-Tromsø v.v.

2.1.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 690 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 135 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas tnejn mis-servizzi ta' kuljum meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas tnejn mis-servizzi meħtieġa s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu diretti. Il-bqija għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Is-servizzi meħtieġa għandhom ikunu skedati biex ikun hemm koinċidenza mas-servizzi tal-ajru Tromsø-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla fi Tromsø m'għandhiex tkun iktar tard mit-8.30 u l-aħħar tluq minn Tromsø mhux qabel is-19.30.

L-ewwel tluq minn Tromsø m'għandux ikun iktar tard mill-11.30 u l-aħħar tluq minn Lakselv mhux qabel il-17.00.

2.1.2.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.2.   Andenes-Tromsø v.v., Andenes-Bodø v.v.

2.2.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Andenes-Bodø v.v., Andenes-Tromsø v.v. flimkien:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Id-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru għandha tiġi meqjusa fid-distribuzzjoni tan-numru ta' servizzi bir-ritorn ta' kuljum bejn Andenes-Bodø v.v. u Andenes-Tromsø v.v.

Andenes-Bodø v.v.:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Andenes-Tromsø v.v.:

Minimu ta' servizz bir-ritorn wieħed.

Postijiet:

Għal Andenes-Bodø v.v. u Andenes-Tromsø v.v. flimkien, għandu jkun hemm fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 615 post offrut mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 160 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas tlieta mill-erba' servizzi ta' kuljum meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas erba' mill-ħames servizzi meħtieġa s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu diretti. Il-bqija għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Andenes-Bodø v.v., Andenes-Tromsø v.v. flimkien:

Mill-inqas tliet servizzi mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas erba' servizzi s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu skedati biex jikkoinċidu ma' servizzi tal-ajru għal/minn Oslo.

Andenes-Bodø v.v.:

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mis-7.30 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel it-20.00.

Andenes-Tromsø v.v.:

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla fi Tromsø m'għandhiex tkun iktar tard mill-10.00 u l-aħħar tluq minn Tromsø mhux qabel l-16.30.

2.2.2.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.3.   Svolvær-Bodø v.v.

2.3.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' sitt servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' seba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 1 050 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 225 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas ħamsa mis-servizzi ta' kuljum meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas ħamsa mis-servizzi meħtieġa s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu diretti. Il-bqija għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Mill-inqas ħames servizzi mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas ħames servizzi s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu skedati biex jikkoinċidu ma' servizzi tal-ajru bejn Bodø-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mis-7.30 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel it-20.00.

2.3.2.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.4.   Leknes-Bodø v.v.

2.4.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' sitt servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' seba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 1 250 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 265 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas ħamsa mis-servizzi ta' kuljum meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas ħamsa mis-servizzi meħtieġa s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu diretti. Il-bqija għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Mill-inqas ħames servizzi mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas ħames servizzi s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu skedati biex jikkoinċidu ma' servizzi tal-ajru bejn Bodø-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mis-7.30 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel it-20.00.

2.4.2.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.5.   Røst-Bodø v.v.

2.5.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 150 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 30 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas waħda mit-titjiriet meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa għandha tkun diretta. Is-Sibt u l-Ħadd flimkien, mill-inqas nofs it-titjiriet meħtieġa għandhom ikunu non-stop.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Mill-inqas servizz wieħed kuljum għandu jkun skedat biex jikkoinċidi ma' servizzi tal-ajru Bodø-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mil-10.00 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel il-17.00.

2.5.2.   Kategorija ta' ajruplanAircraft category

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru rreġistrat għal mill-anqas 15-il passiġġier.

2.6.   Narvik (Framnes)-Bodø v.v.

2.6.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 450 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 90 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel is-18.00.

2.6.2.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru rreġistrat għal mill-anqas 15-il passiġġier.

2.7.   Brønnøysund-Bodø v.v., Brønnøysund-Trondheim v.v.

2.7.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Brønnøysund-Bodø v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 350 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 90 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

It-titjiriet meħtieġa għandhom ikunu permezz ta' servizzi ta' mhux iktar minn waqfa intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mill-10.00 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel is-18.30.

L-ewwel tluq minn Bodø m'għandux ikun iktar tard mit-8.30 u l-aħħar tluq minn Brønnøysund mhux qabel is-19.00.

2.7.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Brønnøysund-Trondheim v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 700 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 140 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

It-titjiriet meħtieġa għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Is-servizzi meħtieġa għandhom ikunu skedati biex ikun hemm koinċidenza mas-servizzi tal-ajru Trondheim-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla fi Trondheim m'għandhiex tkun iktar tard mit-8.00 u l-aħħar tluq minn Trondheim mhux qabel it-20.30.

L-ewwel tluq minn Trondheim m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Brønnøysund mhux qabel is-18.00.

2.7.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.8.   Sandnessjøen-Bodø v.v., Sandnessjøen-Trondheim v.v.

2.8.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Sandnessjøen-Bodø v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 350 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 90 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mill-10.00 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel is-18.30.

L-ewwel tluq minn Bodø m'għandux ikun iktar tard mit-8.30 u l-aħħar tluq minn Sandnessjøen mhux qabel is-19.00.

2.8.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Sandnessjøen-Trondheim v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 450 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 110 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

It-titjiriet meħtieġa għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Is-servizzi meħtieġa għandhom ikunu skedati biex ikun hemm koinċidenza mas-servizzi tal-ajru Trondheim-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla fi Trondheim m'għandhiex tkun iktar tard mit-8.00 u l-aħħar tluq minn Trondheim mhux qabel it-20.30.

L-ewwel tluq minn Trondheim m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Sandnessjøen mhux qabel is-18.00.

2.8.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.9.   Mo i Rana-Bodø v.v., Mo i Rana-Trondheim v.v.

2.9.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Mo i Rana-Bodø v.v.

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' ħames servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 525 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 125 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mill-10.00 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel is-18.30.

L-ewwel tluq minn Bodø m'għandux ikun iktar tard mit-8.30 u l-aħħar tluq minn Mo i Rana mhux qabel is-19.00.

2.9.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Mo i Rana-Trondheim v.v.

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 650 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 160 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

It-titjiriet meħtieġa għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Is-servizzi meħtieġa għandhom ikunu skedati biex ikun hemm koinċidenza mas-servizzi tal-ajru Trondheim-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla fi Trondheim m'għandhiex tkun iktar tard mit-8.00 u l-aħħar tluq minn Trondheim mhux qabel it-20.30.

L-ewwel tluq minn Trondheim m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Mo i Rana mhux qabel is-18.00.

2.9.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.10.   Mosjøen-Bodø v.v., Mosjøen-Trondheim v.v.

2.10.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Mosjøen-Bodø v.v.

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 250 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 60 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

It-titjiriet meħtieġa għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bodø m'għandhiex tkun iktar tard mill-10.00 u l-aħħar tluq minn Bodø mhux qabel is-18.30.

L-ewwel tluq minn Bodø m'għandux ikun iktar tard mit-8.30 u l-aħħar tluq minn Mosjøen mhux qabel is-19.00.

2.10.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Mosjøen-Trondheim v.v.

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 520 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 110 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Is-servizzi meħtieġa għandhom ikunu skedati biex ikun hemm koinċidenza mas-servizzi tal-ajru Trondheim-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla fi Trondheim m'għandhiex tkun iktar tard mit-8.00 u l-aħħar tluq minn Trondheim mhux qabel it-20.30.

L-ewwel tluq minn Trondheim m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Mosjøen mhux qabel is-18.00.

2.10.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.11.   Namsos-Trondheim v.v., Rørvik-Trondheim v.v.

2.11.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Namsos-Trondheim v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 320 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 80 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas tnejn mis-servizzi ta' kuljum meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas tnejn mis-servizzi meħtieġa s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu diretti. Il-bqija għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Is-servizzi meħtieġa għandhom ikunu skedati biex ikun hemm koinċidenza mas-servizzi tal-ajru Trondheim-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla fi Trondheim m'għandhiex tkun iktar tard mit-8.00 u l-aħħar tluq minn Trondheim mhux qabel is-18.30.

L-ewwel tluq minn Trondheim m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Namsos mhux qabel il-17.00.

2.11.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Rørvik-Trondheim v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 300 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 70 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas wieħed mis-servizzi ta' kuljum meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas wieħed mis-servizzi meħtieġa s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu diretti. Il-bqija għandhom ikunu permezz ta' servizzi b'mhux aktar minn waqfa waħda intermedjarja.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Is-servizzi meħtieġa għandhom ikunu skedati biex ikun hemm koinċidenza mas-servizzi tal-ajru Trondheim-Oslo v.v.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla fi Trondheim m'għandhiex tkun iktar tard mit-8.00 u l-aħħar tluq minn Trondheim mhux qabel is-18.30.

L-ewwel tluq minn Trondheim m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Rørvik mhux qabel il-17.00.

2.11.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru rreġistrat għal mill-anqas 15-il passiġġier.

2.12.   Florø-Oslo v.v., Florø-Bergen v.v.

2.12.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Florø-Oslo v.v:

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' ħames servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 820 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 205 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

It-trasportatur ma jistax ibiddel in-numru ta' postijiet fuq dawn ir-rotot, ara l-klawżola ta' aġġustament ta' produzzjoni pubblikata fl-Appendiċi A ta' din in-notifika.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Oslo m'għandhiex tkun iktar tard mid-9.00 u l-aħħar tluq minn Oslo mhux qabel id-21.00.

L-ewwel tluq minn Oslo m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Florø mhux qabel is-19.30.

2.12.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Florø-Bergen v.v:

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' ħames servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 950 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 165 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

It-trasportatur ma jistax ibiddel in-numru ta' postijiet fuq dawn ir-rotot, ara l-klawżola ta' aġġustament ta' produzzjoni pubblikata fl-Appendiċi A ta' din in-notifika.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bergen m'għandhiex tkun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Bergen mhux qabel it-20.00.

L-ewwel tluq minn Bergen m'għandux ikun iktar tard mid-9.00 u l-aħħar tluq minn Florø mhux qabel is-19.00.

2.12.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.13.   Førde-Oslo v.v., Førde-Bergen v.v.

2.13.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Førde-Oslo v.v.

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' ħames servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 840 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 195 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Oslø m'għandhiex tkun iktar tard mid-9.00 u l-aħħar tluq minn Oslø mhux qabel is-19.00.

L-ewwel tluq minn Oslo m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Førde mhux qabel il-17.30.

2.13.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Førde-Bergen v.v.

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 180 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 35 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Mill-inqas wieħel mis-servizzi meħtieġa għandu jkun bla waqfien.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bergen m'għandhiex tkun iktar tard mill-10.30 u l-aħħar tluq minn Bergen mhux qabel il-17.00.

L-ewwel tluq minn Bergen m'għandux ikun iktar tard mill-11.00 u l-aħħar tluq minn Førde mhux qabel il-17.30.

2.13.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.14.   Sogndal-Oslo v.v., Sogndal-Bergen v.v.

2.14.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Sogndal-Oslo v.v.

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 500 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 100 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel tluq minn Sogndal m'għandux ikun iktar tard mis-7.30 u l-aħħar tluq minn Oslo mhux qabel is-19.00.

L-ewwel tluq minn Oslo m'għandux tkun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Sogndal mhux qabel il-17.30.

2.14.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Sogndal-Bergen v.v.

Ir-rekwiżiti japplikaw minn Jannar sa Ġunju u minn Awwissu sa Diċembru. F'Lulju, japplikaw l-obbligi fir-rigward tal-postijiet biss, b'numru minimu ta' postijiet mhux inqas minn 80 % tal-livelli minimi speċifikati hawn taħt.

Matul is-sena kollha l-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 140 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 30 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Mill-inqas wieħel mis-servizzi meħtieġa għandu jkun bla waqfien.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bergen m'għandhiex tkun iktar tard mill-11.00 u l-aħħar tluq minn Bergen mhux qabel il-17.30.

L-ewwel tluq minn Bergen m'għandux ikun iktar tard mill-11.30 u l-aħħar tluq minn Sogndal mhux qabel l-16.30.

2.14.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.15.   Sandane-Oslo v.v., Sandane-Bergen v.v.

2.15.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Sandane-Oslo v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' tliet servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 325 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 65 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas wieħed mis-servizzi ta' kuljum meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas wieħed mis-servizzi meħtieġa s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu diretti. Il-bqija jista' jkollhom mhux iktar minn waqfa intermedjarja waħda, li tista' tinvolvi bidla tal-ajruplan sakemm il-ħin ta' konnessjoni ma jkunx iktar minn 60 minuta u sakemm it-trasportatur iservi r-rotta sħiħa minn u għal Oslo.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Oslø m'għanduhiex tkun iktar tard mid-9.00 u l-aħħar tluq minn Oslø mhux qabel is-19.00.

L-ewwel tluq minn Oslo m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Sandane mhux qabel il-17.30.

2.15.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Sandane-Bergen v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 100 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 25 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Il-bqija jista' jkollhom mhux iktar minn waqfa intermedjarja waħda, li tista' tinvolvi bidla tal-ajruplan sakemm il-ħin ta' konnessjoni ma jkunx iktar minn 60 minuta u sakemm it-trasportatur iservi r-rotta sħiħa minn u għal Oslo.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bergen m'għandhiex tkun iktar tard mill-11.00 u l-aħħar tluq minn Bergen mhux qabel il-17.30.

L-ewwel tluq minn Bergen m'għandux ikun iktar tard mill-11.30 u l-aħħar tluq minn Sandane mhux qabel l-16.30.

2.15.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.16.   Ørsta-Volda-Oslo v.v., Ørsta-Volda-Bergen v.v.

2.16.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Ørsta-Volda-Oslo v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' erba' servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 600 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 115 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas wieħed mis-servizzi ta' kuljum meħtieġa mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-inqas wieħed mis-servizzi meħtieġa s-Sibt u l-Ħadd flimkien għandhom ikunu diretti. Il-bqija jista' jkollhom mhux iktar minn waqfa intermedjarja waħda, li tista' tinvolvi bidla tal-ajruplan sakemm il-ħin ta' konnessjoni ma jkunx iktar minn 60 minuta u sakemm it-trasportatur iservi r-rotta sħiħa minn u għal Oslo.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Oslø m'għandhiex tkun iktar tard mid-9.00 u l-aħħar tluq minn Oslø mhux qabel is-19.00.

L-ewwel tluq minn Oslo m'għandux ikun iktar tard mid-9.30 u l-aħħar tluq minn Ørsta-Volda mhux qabel il-17.30.

2.16.2.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar Ørsta-Volda-Bergen v.v.

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. L-obbligu ta' servizz ta' kuljum jgħodd fiż-żewġ direzzjonijiet.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 150 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 35 post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Fiż-żewġ direzzjonijiet, is-servizzi meħtieġa għandu jkollhom mhux iktar minn waqfa intermedjarja waħda, li tista' tinvolvi bidla tal-ajruplan sakemm il-ħin ta' konnessjoni ma jkunx iktar minn 60 minuta u sakemm it-trasportatur iservi r-rotta sħiħa minn u għal Bergen.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel wasla f'Bergen m'għandhiex tkun iktar tard mill-11.00 u l-aħħar tluq minn Bergen mhux qabel il-17.30.

L-ewwel tluq minn Bergen m'għandux ikun iktar tard mill-11.30 u l-aħħar tluq minn Ørsta-Volda mhux qabel l-16.30.

2.16.3.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru b'kabina bi pressjoni kostanti irreġistrat għal mill-anqas 30 passiġġier.

2.17.   Fagernes-Oslo v.v.

2.17.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. Fiż-żewġ direzzjonijiet japplika servizz obbligatorju kuljum ħlief is-Sibt.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' servizz wieħed bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 150 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 15-il post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel tluq minn Fagernes mhux wara id-09.00.

L-aħħar tluq minn Oslo mhux qabel it-15.30.

2.17.2.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru rreġistrat għal mill-anqas 15-il passiġġier.

2.18.   Røros-Oslo v.v.

2.18.1.   Frekwenza minima, għadd ta' postijiet, rotot u skedar

Ir-rekwiżiti jgħoddu għas-sena kollha. Fiż-żewġ direzzjonijiet japplika servizz obbligatorju kuljum ħlief is-Sibt.

Frekwenzi:

Minimu ta' żewġ servizzi bir-ritorn kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa u minimu ta' servizz wieħed bir-ritorn is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

Postijiet:

Fiż-żewġ direzzjonijiet mill-inqas 150 post għandhom ikunu offruti mit-Tnejn sal-Ġimgħa flimkien u mill-inqas 15-il post is-Sibt u l-Ħadd flimkien.

L-għadd ta' postijiet offruti għandu jkun adattat skont ir-regoli stipulati mill-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fl-Appendiċi A ta' din il-pubblikazzjoni.

Rotot:

Is-servizzi kkonċernati għandhom ikunu diretti.

Skedi tal-ħinijiet:

Għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni d-domanda pubblika għall-ivvjaġġar bl-ajru.

Barra minn hekk, dan li ġej japplika għat-titjiriet obbligatorji mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħinijiet lokali):

L-ewwel tluq minn Røros mhux qabel is-07.00.

L-aħħar tluq minn Oslo mhux qabel it-15.30.

2.18.2.   Kategorija ta' ajruplan

Għat-titjiriet obbligatorji għandu jintuża inġenju tal-ajru rreġistrat għal mill-anqas 15-il passiġġier.

3.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET LI ĠEJJIN JAPPLIKAW FUQ IR-ROTOT INDIVIDWALI

3.1.   Kundizzjonijiet tekniċi u operattivi

Qed tinġibed l-attenzjoni tat-trasportaturi tal-ajru lejn il-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi li huma applikabbli fl-ajruporti. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Luftfartstilsynet (l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili)

BP 243

N-8001 Bodø

Tel. (47-75) 58 50 00

3.2.   Nollijiet

In-noll bażiku massimu kompletament flessibbli f'direzzjoni waħda (in-noll massimu) fis-sena tal-operat li tibda mill-1 ta' April 2009, m'għandux jeċċedi r-rati li ġejjin:

1.

Lakselv-Tromsø

NOK 1 226

2.

Andenes-Tromsø

NOK 724

Andenes-Bodø

NOK 1 520

3.

Svolvær-Bodø

NOK 839

4.

Leknes-Bodø

NOK 839

5.

Røst-Bodø

NOK 839

6.

Narvik (Framnes)-Bodø

NOK 1 226

7.

Brønnøysund-Bodø

NOK 1 422

Brønnøysund-Trondheim

NOK 1 379

8.

Sandnessjøen-Bodø

NOK 1 220

Sandnessjøen-Trondheim

NOK 1 520

9.

Mo i Rana-Bodø

NOK 894

Mo i Rana-Trondheim

NOK 1 684

10.

Mosjøen-Bodø

NOK 1 220

Mosjøen-Trondheim

NOK 1 520

11.

Namsos-Trondheim

NOK 943

Rørvik-Trondheim

NOK 1 199

12.

Florø-Oslo

NOK 1 722

Florø-Bergen

NOK 1 057

13.

Førde-Oslo

NOK 1 722

Førde-Bergen

NOK 1 057

14.

Sogndal-Oslo

NOK 1 487

Sogndal-Bergen

NOK 1 057

15.

Sandane-Oslo

NOK 1 722

Sandane-Bergen

NOK 1 270

16.

Ørsta-Volda-Oslo

NOK 1 722

Ørsta-Volda-Bergen

NOK 1 460

17.

Fagernes-Oslo

NOK 844

18.

Røros-Oslo

NOK 1 880

Għal kull sena sussegwenti ta' operat, in-nollijiet massimi għandhom jiġu aġġustati fl-1 ta' April fil-limitu tal-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur għal perjodu ta' 12-il xahar li jintemm fil-15 ta' Frar tal-istess sena, kif ippubblikati minn Statistics Norway (http://www.ssb.no).

It-trasportatur għandu joffri biljetti permezz ta' mill-inqas punt ta' bejgħ wieħed li jappartjeni għat-trasportatur.

It-trasportatur tal-ajru huwa responsabbli li l-biljetti jkunu disponibbli bi prezz li ma jeċċedix in-noll massimu bil-mezzi kollha tal-bejgħ li jappartjenu għat-trasportatur tal-ajru.

In-noll massimu japplika wkoll għal biljetti offruti minn kumpaniji oħra kkontrollati mit-trasportatur. It-trasportatur tal-ajru huwa responsabbli li jara li dawn il-kumpaniji jikkonformaw man-nollijiet massimi.

In-noll massimu għandu jinkludi t-taxxi u t-tariffi kollha dovuti lill-awtoritajiet, u kull ammont ieħor miżjud mit-trasportatur tal-ajru meta dan joħroġ il-biljetti.

It-trasportatur tal-ajru għandu jkun parti mill-ftehimiet domestiċi bejn it-trasportaturi tal-ajru li jkunu fis-seħħ f'kull żmien, u għandu joffri t-tnaqqis kollu disponibbli taħt dawn il-ftehimiet.

It-trasportatur għandu joffri biljetti permezz ta' sistema ta' Riservazzjoni bil-Kompjuter (CRS).

4.   KUNDIZZJONIJIET ULTERJURI WARA PROĊEDURA TA' OFFERTI

Wara proċedura ta' offerti, li tillimita l-aċċess għar-rotot għal trasportatur wieħed, ikunu japplikaw dawn il-kundizzjonijiet ulterjuri:

Nollijiet:

In-nollijiet kollha għall-konnessjonijiet minn u lejn servizzi oħra tal-ajru għandhom ikunu offruti bl-istess kundizzjonijiet għat-trasportaturi kollha. Iżda dan ma jgħoddx għal nollijiet għall-konnessjonijiet minn u lejn servizzi oħra li joffri min ikun qed jixħet l-offerta, basta li n-noll ma jkunx iktar minn 40 % tan-noll bi flessibbiltà totali.

Punti bonus minn programmi ta' vjaġġaturi frekwenti la jistgħu jiġu akkwistati u lanqas użati fuq dawn it-titjiriet.

Skonti soċjali għandhom jingħataw skont il-linji gwida stabbiliti mill-Ministeru għat-Trasport Norveġiż ippubblikati fl-Appendiċi B ta' din in-notifika.

Kundizzjonijiet għat-trasferiment:

Il-kundizzjonijiet kollha li jimponi t-trasportatur tal-ajru għat-trasferiment tal-passiġġieri minn u lejn rotot ta' trasportaturi oħra, fosthom il-ħinijiet tal-konnessjonijiet u ċ-check-in minn qabel tal-biljetti u l-bagalji, iridu jkunu magħmula b'mod oġġettiv u mingħajr diskriminazzjoni.

5.   SOSTITUZZJONI U TNEĦĦIJA TA' OBBLIGI PREĊEDENTI TA' SERVIZZ PUBBLIKU

Dawn l-obbligi ta' servizz pubbliku huma flok dawk ippubblikati qabel fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropej C 166 tas-7 ta' Lulju 2005 u s-Supplement ŻEE Nru 34 tas-7 ta' Lulju 2005.

6.   INFORMAZZJONI

Aktar tagħrif jista' jinkiseb minn: Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni

BP 8010

N-0030 Oslo

Tel. (47-22) 24 83 53

Fax (47-22) 24 56 09


APPENDIĊI A

KLAWSOLA TAL-AĠĠUSTAMENT TAL-PRODUZZJONI

1.   Għan tal-klawsola tal-aġġustament tal-produzzjoni

L-għan tal-klawsola tal-aġġustament tal-produzzjoni huwa li jiġi aċċertat li l-postijiet ipprovduti mill-operatur jiġu aġġustati għall-bidliet fid-domanda tas-suq. Kulmeta n-numru ta' passiġġieri jiżdied b'mod sinifikanti u jeċċedi l-limiti speċifikati li ġejjin għall-perċentwal tal-postijiet okkupati fi kwalunkwe żmien (il-fattur tat-tagħbija tal-passiġġieri), l-operatur għandu jżid in-numru ta' postijiet offruti. L-operatur jista' b'dan il-mod inaqqas il-postijiet disponibbli meta n-numru ta' passiġġieri jonqos b'mod sinifikanti. Ara l-ispeċifikazzjoni iktar 'l isfel fi 3.

2.   Perjodi għall-kejl tal-fatturi tat-tagħbija tal-passiġġieri

Il-perjodi li matulhom il-fattur tat-tagħbija tal-passiġġieri għandu jiġi osservat u vvalutat huma mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju inklussivi u mill-1 ta' Awwissu sat-30 ta' Novembru inklussivi.

3.   Kundizzjonijiet għall-bdil tal-produzzjoni/postijiet disponibbli offruti

3.1.   Kundizzjonijiet għal żidiet fil-produzzjoni

3.1.1.

Żieda fil-produzzjoni/postijiet disponibbli offruti għandha ssir meta l-fattur medju tat-tagħbija tal-passiġġieri għal kull rotta individwali koperta mill-obbligi ta' servizz pubbliku jkun ogħla minn 70 fil-mija. Meta l-fattur medju tat-tagħbija tal-passiġġieri fuq dawn ir-rotot jaqbeż is-70 fil-mija f'xi wieħed mill-perjodi msemmija f'2, l-operatur għandu jżid il-produzzjoni/postijiet disponibbli offruti b'mill-anqas 10 fil-mija fuq dawn ir-rotot, sa mhux iktar tard mill-istaġun tat-traffiku tal-IATA ta' wara. Il-produzzjoni/postijiet disponibbli offruti għandhom jiġu miżjuda mill-anqas biżżejjed biex il-fattur medju tat-tagħbija tal-passiġġieri ma jaqbiżx is-70 fil-mija.

3.1.2.

Meta jiġu miżjuda l-produzzjoni/ postijiet disponibbli offruti skont dan ta' hawn fuq, il-produzzjoni l-ġdida tista' ssir bl-użu ta' mezz tal-ajru li fih anqas postijiet milli speċifikat fl-offerta oriġinali, jekk l-operatur jippreferi.

3.2.   Kundizzjonijiet għal tnaqqis fil-produzzjoni

3.2.1.

Tnaqqis fil-produzzjoni/postijiet disponibbli offruti jista' jsir meta l-fattur medju tat-tagħbija tal-passiġġieri għal kull rotta individwali koperta mill-obbligi ta' servizz pubbliku jkun iktar baxx minn 35 fil-mija. Meta l-fattur medju tat-tagħbija tal-passiġġieri fuq dawn ir-rotot ikun iktar baxx minn 35 fil-mija f'xi wieħed mill-perjodi msemmija f'2, l-operatur jista' jżid il-produzzjoni/postijiet disponibbli offruti b'mill-anqas 25 fil-mija fuq dawn ir-rotot, mill-ewwel jum wara t-tmiem tal-perjodi msemmija iktar 'il fuq.

3.2.2.

Fuq rotot b'aktar minn żewġ frekwenzi ta' kuljum offruti f'kull direzzjoni, it-tnaqqis fil-produzzjoni skont 3.2.1 għandu jsir billi jitnaqqsu l-frekwenzi offruti. L-unika eċċezzjoni għal dan hija meta l-operatur juża mezz tal-ajru b'aktar postijiet mill-minimu speċifikat fl-impożizzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku. L-operatur jista' f'dak il-każ juża mezzi tal-ajru iżgħar li, madankollu, ma jkollhomx postijiet anqas mill-minimu speċifikat fl-impożizzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku.

3.2.3.

Fuq rotot bi frekwenza waħda jew b'żewġ frekwenzi ta' kuljum offruti f'kull direzzjoni, it-tnaqqis fil-postijiet disponibbli offruti jista' jsir biss bl-użu ta' mezz tal-ajru b'anqas postijiet minn dawk speċifikati fl-impożizzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku.

4.   Proċeduri għal bdil fil-produzzjoni

4.1.

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż għandu r-responsabbiltà skont il-liġi għall-approvazzjoni ta' skedi tal-ħin approvati mressqa mill-operatur, inklużi bidliet fil-produzzjoni/ in-numru ta' postijiet disponibbli. Issir referenza għaċ-Ċirkulari N-3/2005 mill-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż, inkluża fil-fajl tal-offerta.

4.2.

Jekk il-produzzjoni/ in-numru ta' postijiet ipprovduti offruti jitnaqqsu skont 3.2, proposta għal programm ġdid tat-traffiku għandha tiġi ċċirkolata mal-kunsilli tal-kontej affettwati, u dawn għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jagħmlu stqarrija qabel il-bidla tidħol fis-seħħ. Jekk il-programm il-ġdid propost tat-traffiku jinkludi bidliet li jiksru xi obbligu ieħor minbarra n-numru ta' titjiriet u n-numru ta' postijiet, stabbiliti fl-obbligi ta' servizz pubbliku, il-programm il-ġdid tat-traffiku jrid jintbagħat lill-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni għall-approvazzjoni.

4.3.

Meta jiżdiedu l-produzzjoni/in-numru tal-postijiet skont 3.1, skedi tal-ħin għal produzzjoni/postijiet ġodda għandhom jiġu miftiehma bejn l-operatur u l-kontea (kontej) bħala l-unità amministrattiva affettwata.

4.4.

Jekk jiġu offruti produzzjoni ġdida/numru ta' postijiet ġodda skont 3.1, u l-operatur u l-kontea (kontej) bħala l-unità amministrattiva affettwata ma jkunux jistgħu jaqblu dwar skedi tal-ħin skont 4.3, l-operatur jista' jitlob approvazzjoni mill-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż skont 4.1 għal skeda ta' ħin differenti għall-produzzjoni ġdida/postijiet ġodda offruti. Dan ma jfissirx li l-operatur jista' japplika għal approvazzjoni ta' skeda ta' ħin li ma tinkludix iż-żidiet obbligatorji fil-produzzjoni. Għandu jkun hemm raġunijiet sostanzjali jekk il-Ministeru japprova proposti li jkunu differenti minn dawk li seta' jintlaħaq qbil dwarhom mill-kontej.

5.   Kumpens finanzjarju mhux mibdul meta tinbidel il-produzzjoni

5.1.

Il-kumpens finanzjarju għall-operatur jibqa' l-istess meta tiżdied il-produzzjoni skont 3.1.

5.2.

Il-kumpens finanzjarju għall-operatur jibqa' l-istess meta titnaqqas il-produzzjoni skont 3.2.


APPENDIĊI B

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR SKONTI SOĊJALI

1.

Fuq rotot fejn il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż jixtri servizzi tal-ajru skont l-obbligi ta' servizz pubbliku, il-gruppi ta' nies li ġejjin huma intitolati għal skonti soċjali:

(a)

persuni li għandhom 67 sena jew iktar fid-data tat-tluq;

(b)

persuni għomja li għandhom 16-il sena jew aktar;

(c)

persuni b'diżabilità li għandhom 16-il sena jew iktar u li jirċievu pensjoni tad-diżabilità skont l-att Norveġiż tat-28 ta' Frar 1997 Nru 19 dwar l-assigurazzjoni Nazzjonali 'Folketrygdloven' kapitlu 12, jew liġi simili f'xi pajjiż taż-ŻEE;

(d)

studenti li għandhom 16-il sena jew iktar u li jkunu jattendu skejjel speċjali għal persuni bi problemi fis-smigħ;

(e)

konjugi/partner, indipendentement mill-età, jew persuna li jkollha takkumpanja lil persuni inklużi f' a) sa d). Hija l-persuna intitolata għall-iskont li tiddeċiedi dwar il-ħtieġa ta' akkumpanjament;

(f)

persuni li għandhom anqas minn 16 sena fid-data tat-tluq.

2.

L-iskont għal persuni inklużi fit-taqsima 1 għandu jkun ta' 50 fil-mija tan-noll massimu.

3.

Dan l-iskont mhux applikabbli meta l-vjaġġ ikun imħallas mill-gvern u/jew l-uffiċċju tas-sigurtà soċjali.

4.

Adult (minn 16-il sena 'l fuq) jista' jġorr tarbija ta' anqas minn sentejn b'xejn, sakemm it-tarbija ma tokkupax siġġu għaliha u meta dawn ikunu qed jivvjaġġaw flimkien matul il-vjaġġ kollu.

5.

Dawn id-dokumenti jistgħu jkunu meħtieġa mill-passiġġier:

(a)

persuni msemmija fit-taqsima 1 ittra a) jridu juru dokument uffiċjali bir-ritratt u d-data tat-twelid;

(b)

persuni msemmija fit-taqsima 1 ittra b) u c) jridu jipprovdu prova ta' eliġibilità permezz ta' dokumentazzjoni uffiċjali mill-assigurazzjoni Nazzjonali Norveġiża jew 'Norges Blindeforbund'. Persuni minn pajjiżi oħra taż-ŻEE jridu jipprovdu dokumentazzjoni simili mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom;

(c)

persuni msemmija fit-taqsima 1 ittra d) jridu jippreżentaw ċertifikat ta' studenti u ittra mill-uffiċċju tas-sigurtà soċjali li tgħid li l-istudent qed jirċievi pensjoni skont l-att Norveġiż tal-assikurazzjoni Nazzjonali. Persuni minn pajjiżi oħra taż-ŻEE jridu jipprovdu dokumentazzjoni simili mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom.