25.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/16 |
DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA’ L-EFTA
Nru 299/08/COL
tal-21 ta' Mejju 2008
li japprova l-programm ta’ kontroll u tal-qerda tal-Mard Batterjali tal-kliewi sottomess min-Norveġja
L-AWTORITA TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-Ftehim taż-ŻEE), partikolarment l-Artikolu 109 u l-Protokoll 1 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità tas-Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 4.1.5 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE,
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/ŻEE li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodottii akwakulturali,
kif emendat u b’mod partikolari għall-Artikolu 12 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 4.2.79 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE,
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE fir-rigward ta’ miżuri kontra ċertu mard tal-ħut ta’annimali akwakulturali,
kif emendat,
BILLI n-Norveġja fasslet programm biex tikkontrolla bil-għan li terqred il-Mard Batterjali tal-Kliewi, li hu waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness A, il-kollonna 1, il-lista III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KE,
BILLI l-kriterji minimi għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll u ta’ qerda tal-Mard Batterjali tal-Kliewi huma stipulati fl-Anness II, il-Kapitolu I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE,
BILLI, fl-4 ta’ Jannar 2007, in-Norveġja ssottomettiet lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità) il-programm ta’ kontroll u ta’ qerda tal-Mard Batterjali tal-Kliewi,
BILLI, permezz ta’ ittra ta’ l-10 ta’ Jannar 2008 u skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE, in-Norveġja applikat għall-approvazzjoni tal-programm nazzjonali tagħha ta’ kontroll u qerda tal-Mard Batterjali tal-Kliewi bil-għan li takkwista status liberu mill-marda.
BILLI, l-awtorità, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, eżaminat il-Programm Norveġiż ta’ kontroll u qerda,
BILLI l-eżami juri li l-programm sottomess min-Norveġja jissodisfa l-ħtiġiet minimi għall-programmi ta’ kontroll u ta’ qerda stipulati fil-Kapitoli I ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE u għalhekk għandu jiġi approvat,
BILLI l-Awtorità bid-Deċiżjoni tagħha 272/08/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju ta' l-EFTA li jassisti l-Awtorità,
BILLI l-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju EFTA li jassisti lill-Awtorità,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
1. |
Il-programm ta’ kontroll u tal-qerda tal-Mard Batterjali tal-Kliewi sottomess min-Norveġja hu hawn approvat |
2. |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2008. |
3. |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja. |
4. |
Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża. |
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.
Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA
Per SANDERUD
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
Membru tal-Kulleġġ