|
31.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 27/30 |
Komunikazzjoni mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA skond Artikolu 7 ta' l-Att imsemmi fil-punt 18 ta' l-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1985 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċertifikati u provi ta' kwalifiki professjonali fl-arkitettura, inkluż miżuri biex ikun iffaċilitat l-eżerċiżżju effettiv tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi)
(2008/C 27/09)
Diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali fl-arkitettura, li huma l-għan tar-rikonoxximent reċiproku skond il-Ftehim taż-ŻEE
L-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA skond Artikolu 7 ta' l-Att imsemmi fil-punt 18 ta' l-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1985 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċertifikati u provi ta' kwalifiki professjonali fl-arkitettura, inkluż miżuri biex ikun iffaċilitat l-eżerċiżżju effettiv tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi) għandha l-kompitu li tippubblika d-diplomi fl-arkitettura li jingħataw min-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein, li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 85/384.
L-aġġornament ta' din il-lista għandu jkun ippubblikat perjodikament mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA skond l-Artikolu 7(2) ta' l-Att.
Il-lista tad-diplomi għandha tkun emendata mit-titolu segwenti ta' diploma li tkun ikkomunikata mil-Liechtenstein lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA.
|
Pajjiż |
Provi tal-kwalifiki formali |
Korp li jagħti l-prova tal-kwalifika |
Ċertifikat mehmuż mal-prova tal-kwalifika |
Referenza tas-sena akkademika |
|
Liechtenstein |
Master of Science fl-Arkitettura (MScArch) |
Hochschule Liechtenstein |
— |
2002/2003 |