|
8.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 266/33 |
Corrigendum għall-Komunikazzjoni mill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA skond Artikolu 7 ta' l-Att imsemmi fil-punt 18 ta' l-Anness VII tal-Ftehim taż-ŻEE (Direttiva tal-Kunsill 85/384/KEE ta' l-10 ta' Ġunju 1985 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċertifikati u provi ta' kwalifiki professjonali fl-arkitettura, inkluż miżuri biex ikun iffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi.)
( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea C 38 tat-22 ta' Frar 2007, p. 17 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 8 tat-22 ta' Frar 2007)
(2007/C 266/08)
Fuq paġna 17, fit-tielet paragrafu, it-tieni frażi, u r-raba' paragrafu:
fejn hemm:
“Dan it-titolu ġdid għandu jingħaraf mill-partijiet kuntrattanti tal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward ta' dawk l-istudenti li bdew l-istudji tagħhom fl-arkitettura fis-sena akkademika 2001/2002.
It-titlu li ġej għandu jitneħħa mil-lista tat-titli tad-diplomi u l-korpi li jagħtu dawn id-diplomi għan-Norveġja:
|
— |
‘Sivilarkitekt’ |
u minflok irid ikun hemm it-titlu:
|
— |
‘Master i arkitektur’.” |
aqra:
“Dan it-titolu l-ġdid għandu jingħaraf mill-partijiet kuntrattanti tal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward ta' dawk l-istudenti li bdew l-istudji tagħhom fl-arkitettura fis-sena akkademika 1999/2000 fil-Norges teknisk-naturvitenskaplige universitet (NTNU), fis-sena akkademika 1998/19999 fl-Arkitektur- og designhøgskolen i Oslo (AHO) (qabel id-29 ta' Ottubru 2004Arkitekthøgskolen i Oslo) u fis-sena akkademika 2001/2002 fil-Bergen Arkitekt Skole (BAS).
It-titlu għandu jiżdied mal-lista tat-titli tad-diplomi u l-korpi li jagħtu dawn id-diplomi għan-Norveġja:
|
— |
‘Master i arkitektur’.” |