|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
749 |
DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA
Nru 263/02/COL
tat-18 ta' Diċembru 2002
li temenda għas-sitta u tletin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam ta' l-għajnuna statali billi tintroduċi kapitolu ġdid 26a: Qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment
L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA' L-EFTA,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b'mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 tiegħu,
WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità Ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (2) b'mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 tiegħu,
BILLI, taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità Ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna Statali,
BILLI, taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità Ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha toħroġ avviżi jew linjigwida dwar kwistjonijiet trattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdu hekk espressivament jew jekk l-Awtorità Ta' Sorveljanza ta' l-EFTA tqis li hu meħtieġ,
TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta' l-Għajnuna Statali (3) adottati fid-19 ta' Jannar 1994 mill-Awtorità Ta' Sorveljanza ta' l-EFTA (4), b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jinstabu f'Kapitolu 26 (Il-Qafas Multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment) tiegħu,
BILLI, fis-7 ta' Marzu 2002, il-Kummissjoni Ewropea adottat komunikazzjoni ġdida (5) fejn tfassal il-prinċipji li fuqhom għandha tevalwa l-kompatibilità mat-Trattat b'għajnuna reġjonali għall-proġetti kbar ta' investiment,
BILLI din il-Komunikazzjoni hija ta' rilevanza wkoll għaż-Żona Ekonomika Ewropea,
BILLI applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar l-għajnuna Statali taż-ŻEE għandha tiġi żgurata madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,
BILLI, skond il-punt nru II taħt it-titolu “ĠENERALI” fl-aħħar ta' l-anness XV tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità Ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jaqblu ma' dawk li ġew adottati mill-Kummisssjoni tal-KE, sabiex jinżammu kundizzjonijiet indaqs ta' kompetizzjoni,
WARA li kkonsultat il-Kummissjoni Ewropea,
TFAKKAR illi l-Awtorità Ta' Sorveljanza ta' l-EFTA kkonsultat l-Istati ta' l-EFTA f'laqgħa multilaterali fit-19 ta' Ottubru 2001 dwar is-suġġett.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
|
1. |
Il-Linjigwida għal Għajnuna Statali għandhom ikunu emendati bl-introduzzjoni ta' Kapitolu ġdid 26A: Il-Qafas Multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment, bit-test li jinstab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
|
2. |
Il-Kapitolu 22, Għajnuna għall-industrija ta' fibri sintetiċi u l-Kapitolu 23, Għajnuna għall-industrija tal-karozzi, tal-Linjigwida preżenti dwar l-Għajnuna Statali, għandhom jitħassru. |
|
3. |
L-Istati ta' l-EFTA għandhom ikunu informati permezz ta' ittra, li tinkludi kopja ta' din id-Deċiżjoni u l-Anness I. L-Istati ta' l-EFTA mistiedna jesprimu l-qbil tagħhom mal-miżuri xierqa proposti fl-Anness I fi żmien 20 jum tax-xogħol, ara wkoll il-punt 26A.9 ta' l-Anness I. |
|
4. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun infurmata, skond il-punt (d) tal-Protokoll 27 tal-Ftehim taż-ŻEE, permezz ta' kopja ta' din id-Deċiżjoni, inkluż l-Anness I. |
|
5. |
Id-Deċiżjoni u l-Anness I tagħha għandhom jiġu ppubblikati fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej wara li l-Istati ta' l-EFTA jkunu esprimew il-qbil tagħhom mal-miżuri xierqa. |
|
6. |
Id-Deċiżjoni hija awtentika fil-lingwa Ingliża. |
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Diċembru 2002.
Għall-Awtorità Ta' Sorveljanza ta' l-EFTA
Einar M. BULL
President
Hannes HAFSTEIN
Membru tal-Kulleġġ
(1) Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.
(2) Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim Ta' Sorveljanza u l-Qorti.
(3) Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Linjigwida ta' l-Għajnuna Statali.
(4) Inizjalment ippubblikat fil-ĠU L 231, 3.9.1994, Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 32.
ANNESS
26A. Qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment
26A.1. DAĦLA: L-ISKOP TAL-MIŻURA
|
(1) |
Fl-4 ta' Novembru 1998, l-Awtorità adottat 'Il-Qafas multisettorjali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta' investiment (1). Il-qafas multisettorali sar applikabbli mill-1 ta' Jannar 1999 għal perjodu inizjali ta' prova għal tliet snin. Il-validità tiegħu ġiet estiża fl-2001 sal-31 ta' Diċembru 2002. |
|
(2) |
Dan il-Qafas japplika biss għall-għajnuna reġjonali, kif inhi definita mill-Linjigwida dwar l-Għajnuna Nazzjonali Reġjonali (2), li l-għan tagħhom huwa li jippromwovu investiment inizjali, inkluż il-ħolqien ta' impjiegi marbuta ma' l-investiment inizjali, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 61(3)(a) u (c) tal-Ftehim taż-ŻEE. Dan il-Qafas huwa mingħajr preġudizzji għall-valutazzjoni ta' proposti għall-għajnuna skond dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim taż-ŻEE bħal mhu l-Artikolu 61(3)(b). Għas-setturi ta' l-azzar u l-fibri sintetiċi, japplika wkoll għall-għotjiet kbar ta' għajnuna individwali lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju li m'humiex eżentati minn dispożizzjonijiet oħra. Dan il-Qafas ma japplikax għall-każijiet ta' għajnuna għar-ristrutturar, li se jibqgħu jkunu koperti mill-Linjigwida ta' l-Awtorità għall-għajnuna Statali għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet finanzjarji (3). Bl-istess mod, dan il-Qafas ma jaffettwax il-ħidma ta' l-oqfsa orizzontali eżistenti, bħal mhu l-qafas ta' l-Awtorità għall-għajnuna Statali għar-riċerka u l-iżvilupp (4), kif ukoll il-Linjigwida ta' l-Awtorità dwar l-għajnuna Statali għall-ħarsien ta' l-ambjent (5). |
|
(3) |
L-intensità ta' l għajnuna għall-investiment reġjonali li m'hijiex eżentata mill-obbligu ta' notifika stabbiliti fl-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, se tkun limitata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti f'dan il-Qafas. |
|
(4) |
Skond dan il-Qafas, ma hi meħtieġa l-ebda notifika minn qabel ta' għajnuna taħt ċerti limiti għal proġetti kbar ta' l-investiment, sakemm dik l-għajnuna tkun mogħtija skond skema ta' għajnuna approvata mill-Awtorità. Madankollu, dan il-Qafas ma jaffettwax l-obbligu ta' l-Istati ta' l-EFTA li jgħarrfu għajnuna ġdida individwali (ad hoc) li mhix eżentata mill-obbligu ta' notifika stabbilita fl-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Ir-regoli stabbiliti f'dan il-Qafas japplikaw ukoll għall-valutazzjoni ta' miżuri individwali (ad hoc) bħal dawn għall-għajnuna Statali. |
26A.2. IL-BŻONN GĦALL-MIŻURA
|
(1) |
Il-limiti massimi għall-għajnuna stabbilita mill-Awtorità għaż-żoni kollha eliġibbli għall-għajnuna reġjonali huma ġeneralment imfassla sabiex jipprovdu livell xieraq ta' inċentiv meħtieġ għall-iżvilupp tar-reġjunijiet megħjuna. Madankollu, peress illi l-limitu massimu huwa uniformi, fil-każ ta' proġetti kbar il-livelli stabbiliti normalment ikunu ogħla mill-ispejjeż determinati mill-iżvantaġġi reġjonali. L-għan ta' dan il-Qafas hu li jillimita l-livell ta' inċentiv disponibbli għall-proġetti kbar għal wieħed li jevita kemm jista' jkun tfixkil bla bżonn tal-kompetizzjoni. |
|
(2) |
L-investimenti l-kbar jistgħu jagħtu kontribut, b'mod effettiv, għall-iżvilupp reġjonali, per eżempju billi jattiraw intrapriżi oħrajn lejn ir-reġjun u b'hekk idaħħlu teknoloġiji avvanzati kif ukoll billi jagħtu kontribut għat-taħriġ tal-ħaddiema. Madankollu, dawn l-investimenti huma inqas affettwati minn problemi gravi u speċifiċi tar-reġjun fiż-żoni żvantaġġati. L-ewwelnett, l-investimenti l-kbar jistgħu jipproduċu ekonomiji ta' skala li jnaqqsu l-ispejjeż inizjali li huma relatati mal-lok b'mod speċifiku. It-tieni, f'ħafna rispetti, dawn m'humiex marbuta mar-reġjun fejn fiżikament iseħħ l-investiment. L-investimenti l-kbar faċilment jistgħu jiksbu kapital u kreditu fuq swieq globali u m'humiex limitati mill-offerta aktar ristretta ta' servizzi finanzjarji f'reġjun partikolari żvantaġġjat. Aktar minn hekk, il-kumpaniji li jagħmlu investimenti kbar jistgħu jkollhom aċċess għal forza ta' ħaddiema mifruxa fuq medda ġeografikament usa', u jistgħu jittrasferixxu l-ħaddiema tas-sengħa għall-post magħżul b'mod iżjed faċli. |
|
(3) |
Fl-istess ħin, jekk investimenti kbar jirċievu ammonti kbar ta' għajnuna Statali billi jibbenefikaw minn limiti reġjonali massimi, ikun hemm aktar riskju illi l-kummerċ ikun affettwat b'konsegwenza ta' tfixkil akbar vis-a-vis l-kompetituri fi Stati oħra taż-ŻEE. Dan hu minħabba l-fatt illi l-benefiċjarju ta' l-għajnuna wisq probabbli jkollu rwol sinifikanti fis-suq ikkonċernat u, b'hekk, l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna jista' jimmodifika l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni f'dak is-suq. |
|
(4) |
Barra minn hekk, intrapriżi li jidħlu għal investimenti kbar normalment ikollhom saħħa konsiderevoli biex jinnegozjaw fil-konfront ta' l-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna. Fil-fatt, investituri fi proġetti kbar sikwit jikkunsidraw siti alternattivi fi Stati differenti taż-ŻEE, li jistgħu jwasslu għal spiral ta' wegħdiet għal għajnuna dejjem aktar ġenerużi, u jistgħu jwasslu wkoll għal livell ferm ogħla minn dak meħtieġ biex jiġu kkumpensati l-iżvantaġġi reġjonali. |
|
(5) |
Huwa probabbli li r-riżultat ta' sussidji bl-irkant bħal dawn ikun illi l-investimenti l-kbar jirċievu intensitajiet ta' għajnuna li jaqbżu l-ispejjeż addizzjonali li huma relatati ma' l-għażla tal-post għall-investiment f'żona żvantaġġjata. |
|
(6) |
L-ammont ta' għajnuna li jaqbeż il-minimu meħtieġ biex jikkumpensa għall-iżvantaġġi reġjonali probabbilment ikun il-kaġun ta' ħafna effetti negattivi (għażliet ineffiċjenti ta' lok), ta' tfixkil akbar fil-qasam kompetittiv u, peress illi l-għajnuna hija trasferiment għali ta' flus minn bwiet dawk illi jħallsu t-taxxi għal dawk li jirċievu l-għajnuna, ukoll ta' telf nett tal-benesseri. |
|
(7) |
L-esperjenza riċenti turi illi l-proġetti l-kbar ta' investiment li jgawdu mill-għajnuna reġjonali ta' investiment għandhom intensità akbar ta' kapital milli għandhom il-proġetti ż-żgħar. Bħala riżultat, trattament aktar favorevoli ta' proġetti ta' investiment iżgħar ifisser trattament aktar favorevoli fiż-żoni megħjuna ta' proġetti li jirrikjedu ħafna ħaddiema, li b'hekk jagħtu kontribut għal ħolqien tax-xogħol u t-tnaqqis ta' l-qgħad. |
|
(8) |
Jista' jkun illi ċerti tipi ta' investiment huma kawża ta' tfixkil serju fil-qasam kompetittiv, u l-effett vantaġġjuz tagħhom fuq ir-reġjun involut huwa dubjuż. B'mod partikolari, dan huwa l-każ fejn għandhom x'jaqsmu investimenti f'setturi fejn intrapriża waħda biss għandha sehem kbir fis-suq, jew fejn il-kapaċità eżistenti għal produzzjoni settorjali tiżdied b'mod sinifikattiv, mingħajr żieda korrispondenti fid-domanda għall-prodotti kkonċernati. B'mod aktar ġenerali, it-tfixkil tal-kompetizzjoni huwa probabbli f'setturi li jbatu minn problemi strutturali, fejn il-kapacità eżistenti għal produzzjoni diġà taqbeż id-domanda għall-prodott fis-suq, jew fejn id-domanda għall-prodotti kkonċernati qiegħda dejjem tonqos. |
26A.3. IT-TNAQQIS TA' LIVELLI TA' GĦAJNUNA GĦALL-PROĠETTI KBAR TA' INVESTIMENT
|
(1) |
Mingħajr preġudizzju għall-kriterji ta' kompatibilità stabbiliti fil-Linjigwida għall-Għajnuna Nazzjonali Reġjonali, u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' notifika stabbilita fil-punt (4) fit-taqsima 26A.3 jew għar-regoli tranżizzjonali stabbiliti fit-taqsima 26A.8, l-għajnuna reġjonali għall-investiment li għandha x'taqsam ma' investimenti li jinvolvu spiża eliġibbli (6) għall-limiti mfassla hawn taħt għandhom ikunu soġġetti għal limitu massimu mnaqqas ta' għajnuna reġjonali, fuq il-bażi ta' din l-iskala li ġejja:
|
|
(2) |
B'hekk, l-ammont ta' għajnuna permess għal proġett 'il fuq minn 50 miljun EUR għandu jkun ikkalkolat skond il-formula: ammont massimu ta' għajnuna = R*(50 + 0.50 B + 0.34 C); fejn R huwa l-limitu reġjonali mhux aġġustat; B huwa n-nefqa eliġibbli bejn il-50 miljun EUR u l-100 miljun EUR; u C huwa n-nefqa eliġibbli 'l fuq minn 100 miljun EUR, jekk ikun hemm (7). |
|
(3) |
Bħala eżempju, għal kumpanija kbira li qed tinvesti 80 miljun EUR f'żona megħjuna fejn il-limitu mhux aġġustat ta' għajnuna reġjonali huwa 25 % ta' l-ekwivalenti nett ta' l-għajnuna (NGE), l-ammont massimu ta' għajnuna permess ikun 16.25 miljun EUR NGE, li jikkorrispondi għal intensità ta' għajnuna ta' 20.3 % NGE. Għal kumpanija kbira li qed tinvesti 160 miljun EUR fl-istess żona, l-ammont massimu ta' għajnuna permess ikun ta' 23.85 miljun EUR NGE, li jikkorrispondi għal intensità ta' għajnuna ta' 14.9 % NGE. |
|
(4) |
Madankollu, l-Istati ta' l-EFTA huma mitluba jinnotifikaw kull każ ta' għajnuna reġjonali ta' investiment jekk l-għajnuna proposta tkun aktar mill-ammont massimu ta' għajnuna permess li investiment ta' 100 miljun EUR jista' jikseb skond l-iskala u r-regoli stabbiliti fil-punt 26A.3.(1) (8). Proġetti li huma notifikabbli individwalment m'humiex eliġibbli għall-għajnuna ta' investiment fl-ebda waħda minn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet:
Ir-responsabbiltà biex ikun ipprovat li s-sitwazzjonijiet li għalihom jirreferu l-punti (a) u (b) ma nkisbux, hija ta' l-Istat ta' l-EFTA (9). Bil-għan li jkunu applikati l-punti (a) u (b) il-konsum apparenti jiġi identifikat fil-livell xieraq tal-klassifika ta' PRODCOM (10) fiż-ŻEE, jew, jekk din l-informazzjoni m'hijiex disponibbli, fuq il-bażi ta' kwalunkwe segmentazzjoni oħra tas-suq ġeneralment aċċettata għall-prodotti kkonċernati u li dwarhom hemm data ta' statistika disponibbli faċilment. |
26A.4. PROJBIZZJONI TA' GĦAJNUNA GĦAL PROĠETTI TA' INVESTIMENT FL-INDUSTRIJA TA' L-AZZAR
|
(1) |
Fir-rigward ta' l-industrija ta' l-azzar kif identifikata fl-Anness B ta' dan il-Qafas (11), l-Awtorità tinnota illi għal perjodu ta' żmien kemmxejn twil, il-kumpaniji ta' l-azzar ta' l-ECSC ħadmu mingħajr rikors għall-għajnuna ta' l-investiment li kienet disponibbli għall-bqija tas-setturi industrijali. Il-kumpaniji ta' l-azzar integraw dan il-fattur fl-istrateġiji tagħhom u huma mdorrija jaħdmu b'dan il-mod. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ta' l-azzar (b'mod partikolari l-istruttura tiegħu, il-kapaċità żejda eżistenti fuq livell Ewropew u dinji, in-natura tiegħu ta' attività b'intensità għolja ta' kapital, il-lok tal-biċċa l-kbira ta' l-impjanti ta' l-azzar f'reġjunijiet eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, l-ammonti sostanzjali ta' fondi pubbliċi ddedikati għar-ristrutturar tas-settur ta' l-azzar, u l-konverzjoni taż-żoni ta' l-azzar) u l-esperjenza miksuba meta regoli anqas stretti dwar għajnuna Statali kienu applikati fil-passat, tidher ġustifikata t-tkomplija tal-projbizzjoni ta' għajnuna għall-investiment għal dan is-settur, irrispettivament mid-daqs ta' l-investiment. Skond dan, l-Awtorità tqis li l-għajnuna reġjonali għall-industrija ta' l-azzar m'hijiex kompatibbli mas-suq komuni. Dan in-nuqqas ta' kompatibbilità japplika wkoll għal għajnuniet individwali ta' ammonti kbar mogħtija lill-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju li m'humiex eżentati permezz ta' dispożizzjonijiet oħra. |
26A.5. PROĠETTI TA' L-INVESTIMENT F'SETTURI BARRA DAWK TA' L-AZZAR LI GĦANDHOM PROBLEMI STRUTTURALI
|
(1) |
Fil-passat, l-Awtorità kienet tqis b'mod konsistenti illi meta jsir investiment f'setturi li jsofru, jew li jistgħu jsofru minn kapaċità żejda serja jew tnaqqis persistenti fid-domanda jiżdied ir-riskju tat-tfixkil tal-kompetitizzjoni, mingħajr ma jinkisbu l-benefiċċji ta' kontrabilanċ meħtieġa fir-reġjun ikkonċernat. Il-mod xieraq kif jingħaraf illi dawn l-investimenti huma ta' inqas benefiċċju minn perspettiva reġjonali huwa jekk titnaqqas l-għajnuna għal investiment għal proġetti f'setturi fejn jeżistu problemi strutturali, għal livell inqas minn dak permess għal setturi oħrajn. |
|
(2) |
S'issa, diversi setturi industrijali sensittivi kienu suġġetti għal regoli speċifiċi u aktar stretti dwar l-għajnuna Statali (12) Skond punt 3 f'taqsima 26.1 tal-qafas multisettorjali preċedenti, dawn ir-regoli speċifiċi settorjali għadhom japplikaw. |
|
(3) |
Wieħed mill-għanijiet tal-qafas multisettorjali preċedenti kien il-provvediment tal-possibilità li r-regoli eżistenti settorjali jiġu sostitwiti minn strument wieħed. Bla ħsara għar-regoli tranżitorji msemmija fit-taqsima 26A.8 hawn taħt, l-Awtorità tixtieq tinkludi dawn is-setturi industrijali sensittivi fi ħdan il-Qafas, permezz tar-reviżjoni preżenti. |
|
(4) |
Sal-31 ta' Diċembru, is-setturi fejn jeżistu problemi strutturali serji jistgħu jkunu speċifikati f'Lista ta' setturi li għandha tkun mehmuża mal-Qafas. L-ebda għajnuna lil investiment reġjonali ma hi se tkun awtorizzata f'dawn is-setturi, suġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din it-taqsima. |
|
(5) |
Għall-għan tat-tfassil tal-Lista ta' setturi, fil-prinċipju għandhom jitqiesu problemi strutturali serji fuq il-bażi ta' data ta' konsum apparenti, fuq il-livell xieraq tal-klassifika CPA (13) fiż-ŻEE, jew, jekk tagħrif bħal dan m'huwiex disponibbli, fuq il-bażi ta' kwalunkwe segmentazzjoni tas-suq ġeneralment aċċettata għall-prodotti kkonċernati u li għalihom hemm data ta' statistika disponibbli faċilment. Jitqies li hemm problemi serji meta s-settur involut qiegħed imur lura (14). Il-Lista ta' setturi għandha tkun aġġornata perjodikament, bi frekwenza li għandha tkun determinata fiż-żmien meta l-Lista ta' setturi tkun deċiża. |
|
(6) |
Sa mill-1 ta' Jannar 2004, u għas-setturi inklużi fil-Lista ta' setturi li għandhom problemi strutturali serji, l-għajnuna kollha ta' investiment reġjonali li għandha x'taqsam ma' proġett ta' investiment li jinvolvi nfiq eliġibbli aktar minn ammont li għandu jkun deċiż mill-Awtorità fiż-żmien meta titfassal Lista ta' setturi (15), għandha tkun notifikata individwalment lill-Awtorità. L-Awtorità għandha teżamina dawn in-notifiki skond dawn ir-regoli li ġejjin: l-ewwelnett, il-proġett li lilu tingħata għajnuna għandu jkun konformi mal-kriterji ta' valutazzjoni ġenerali stabbiliti fil-linjigwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali; it-tieni, l-infiq eliġibbli kif inhu identifikat taħt il-punt 26A.11.(3) li jaqbeż l-ammont li għandu jkun deċiż mill-Awtorità fiż-żmien meta titfassal il-Lista ta' Setturi ma jkunx eliġibbli għall-għajnuna ta' investiment ħlief fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-punt 26A.5.(7). |
|
(7) |
B'deroga mill-punt 6 fit-taqsima 26A.5., l-Awtorità tista' tawtorizza għajnuna ta' investiment għas-setturi inklużi fil-Lista ta' setturi fuq il-bażi ta' l-intensitajiet ta' għajnuna stabbiliti fit-taqsima 26A.3. ta' dan il-Qafas, sakemm l-Istat ta' l-EFTA juri illi, għalkemm is-settur hu meqjus li qed imur lura, is-suq għall-prodott ikkonċernat qed jikber malajr (16). |
26A.6. Il-MONITORAĠĠ EX POST
|
(1) |
Fit-tfassil ta' dan il-Qafas, l-Awtorità għamlet ħilitha biex tiżgura illi, kemm jista' jkun, dan ikun ċar, mhux ambigwu, prevedibbli u effiċjenti u li l-piż żejjed amministrattiv li jinvolvi, jinżamm fuq livell minimu. |
|
(2) |
Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u l-monitoraġġ effettiv, huwa xieraq li jitwaqqaf format standard li permezz tiegħu l-Istati EFTA għandhom jipprovdu l-Awtorità b'tagħrif sommarju fil-forma stabbilita fl-Anness A, kull meta l-għajnuna għall-investimenti l-fuq minn 50 miljun EUR tingħata skond dan il-Qafas. Ladarba titwettaq l-għajnuna li taqa' taħt dan il-Qafas, l-Istati ta' l-EFTA għandhom, fi żmien 20 jum ta' xogħol li jibdew ma' l-għotja ta' l-għajnuna mill-awtorità kompetenti, jibagħtu dan it-tagħrif sommarju lill-Awtorità. |
|
(3) |
L-Istati ta' l-EFTA għandhom iżommu reġistri ddettaljati rigward l-għoti ta' għajnuna individwali li taqa' taħt dan il-Qafas. Dawn ir-reġistri għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex turi li l-intensità massima ta' l-għajnuna deċiża taħt dan il-Qafas, tiġi osservata. L-Istati ta' l-EFTA għandhom iżommu reġistru rigward l-għajnuna individwali għal 10 snin mid-data meta tkun ingħatat. Fuq talba bil-miktub, l-Istat ta' l-EFTA kkonċernat għandu jagħti lill-Awtorità, fi żmien 20 jum ta' xogħol jew perjodu itwal li jista' jkun stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tqis bħala meħtieġa biex tevalwa jekk id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Qafas ikunux ġew osservati. |
26A.7. IL-VALIDITÀ TAL-QAFAS
|
(1) |
Dan il-Qafas se jkun applikabbli għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2009. Qabel il-31 ta' Diċembru 2009, l-Awtorità se tanalizza l-Qafas. L-Awtorità tista' temenda dan il-Qafas qabel il-31 ta' Diċembru 2009 fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet importanti ta' politika tal-kompetitizzjoni sabiex tqis il-politiki taż-ŻEE jew impenji internazzjonali. Madankollu, din ir-reviżjoni ma taffettwax il-projbizzjoni ta' għajnuna għal investiment għall-industrija ta' l-azzar. |
|
(2) |
Fejn għandu x'jaqsam is-settur ta' l-azzar kif inhu identifikat fl-Anness B, id-dispożizzjonijiet tal-Qafas se jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2003. Ir-regoli settorjali speċifiċi eżistenti għal ċerti setturi ta' l-azzar li ma kienux koperti mit-Trattat tal-KEFA (17), jieqfu milli jkunu applikabbli minn dik id-data. Fejn għandu x'jaqsam is-settur tal-karrozzi kif inhu identifikat fl-Anness C, u s-settur ta' fibri sintetiċi kif inhu identifikat fl-Anness D, id-dispożizzjonijiet tal-Qafas se jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2003. Madankollu, notifiki reġistrati mill-Awtorità qabel l-1 ta' Jannar 2003 għas-settur tal-karrozzi u s-settur ta' fibri sintetiċi għandhom ikunu eżaminati fid-dawl tal-kriterji fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika. |
|
(3) |
Fejn għandhom x'jaqsmu s-setturi barra dawk imsemmija fil-punt 26A.7.(2), id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Qafas se jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2004. Il-qafas multisettorjali preċedenti għandu jibqa' applikabbli sa' l-31 ta' Diċembru 2003. Madankollu, notifiki reġistrati mill-Awtorità qabel l-1 ta' Jannar 2004 għandhom ikunu eżaminati fid-dawl tal-kriterji fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika. |
|
(4) |
L-Awtorità għandha teżamina l-kompatibilità mal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna ta' investiment mogħtija mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħha:
|
26A.8. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
|
(1) |
Sad-data ta' l-applikabbilità tal-Lista ta' setturi li għalihom jirreferi l-punt 26A.5.(4):
|
|
(2) |
Qabel id-data ta' l-applikabilità tal-Lista ta' setturi li l-punt 26A.5.(4) jirreferi għaliha, l-Awtorità għandha tiddeċiedi jekk u sa liema punt is-settur tal-karrozzi kif inhu identifikat fl-Anness C u s-settur tal-fibri sintetiċi kif inhu identifikat fl-Anness D għandhom ikunu inklużi fil-Lista ta' Setturi. |
|
(3) |
Fejn għandu x'jaqsam is-settur tal-bini tal-vapuri, ir-regoli eżistenti taħt id-Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat taż-ŻEE Nru 12/99 se jidħlu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2003. Qabel din id-data, l-Awtorità tkun analizzat jekk l-għajnuna għas-settur tal-bini tal-vapuri għandhiex tkun koperta minn dan il-Qafas u inkluża fil-Lista ta' setturi. |
26A.9. MIŻURI XIERQA
|
(1) |
Sabiex ikun żgurat it-twettiq tar-regoli stabbiliti f'dan il-Qafas, l-Awtorità se tipproponi miżuri xierqa fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1) tal-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. Dawn il-miżuri xierqa se jinkludu dawn li ġejjin:
|
|
(2) |
L-emendi meħtieġa għandhom isiru mill-Istati ta' l-EFTA fi żmien li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2003, minbarra dawk il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mas-settur ta' l-azzar, li għalihom l-emendi għandhom isiru b'effett mill-1 ta' Jannar 2003, u rigward emendi fis-settur tal-fibri sintetiċi u s-settur tal-karrozzi, dawn għandhom isiru b'effett mill-1 ta' Jannar 2003. L-Istati ta' l-EFTA huma mistiedna jagħtu l-approvazzjoni espliċita tagħhom għall-miżuri xierqa proposti fi żmien 20 jum ta' xogħol mid-data meta l-ittra tkun notifikata lilhom. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe risposta, l-Awtorità se tassumi illi l-Istat ta' l-EFTA kkonċernat ma jaqbilx mal-miżuri proposti. |
26A.10. IL-ĦTIEĠA TA' NOTIFIKA
|
(1) |
L-Istati ta' l-EFTA huma mistiedna jagħmlu użu mill-formola tan-notifika mehmuża ma' dan il-Qafas (Anness E) bil-għan li jinnotifikaw il-proposti ta' għajnuna skond dan il-Qafas. |
26A.11. ID-DEFINIZZJONI TAT-TERMINI UŻATI
|
(1) |
Id-definizzjonijiet tat-termini li jintużaw f'dan il-Qafas, u li japplikaw, huma dawn li ġejjin: |
Proġett ta' investiment
|
(2) |
‘Proġett ta' investiment’ ifisser investiment inizjali fi ħdan it-tifsira tat-Taqsima 25.4 tal-Linjigwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali. Proġett ta' l-investiment m'għandux ikun diviż b'mod artifiċjali f'sub-proġetti sabiex jevita d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Qafas. Għall-għan ta' dan il-qafas, proġett ta' l-investiement jinkludi l-investimenti kolla fissi fuq sit, li saru permezz ta' intrapriża waħda jew aktar, f'perjodu ta' 3 snin. Għall-għan ta' dan il-Qafas, sit ta' produzzjoni hija serje ekonomikament indiviżibbli ta' oġġetti ta' kapital fiss, li jissodisfaw funzjoni teknika preċiża, marbuta permezz ta' rabta fiżika jew funzjonali, u li għandhom miriet li huma identifikati b'mod ċar, bħal ma hi l-produzzjoni ta' prodott identifikat. Meta żewġ prodotti jew aktar ikunu maħduma mill-istess materja prima, l-unitajiet ta' produzzjoni ta' dawn il-prodotti jiġu meqjusa bħala parti minn sit wieħed biss ta' produzzjoni. |
Nefqa eliġibbli
|
(3) |
‘In-nefqa eliġibbli’ għandha tkun determinata skond ir-regoli stabbiliti fil-Linjigwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali għal dan il-għan. |
Limitu ta' għajnuna reġjonali
|
(4) |
‘Il-limitu ta' għajnuna reġjonali’ jirreferi għall-intensità massima ta' għajnuna awtorizzata għall-intrapriżi l-kbar fiż-żona megħjuna kkonċernata fi żmien l-għotja ta' l-għajnuna. L-intensitajiet massimi ta' għajnuna huma ddeterminati skond il-Linjigwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali, fuq il-bażi tal-Mappa Reġjonali ta' l-Għajnuna approvata mill-Awtorità. |
Prodott ikkonċernat
|
(5) |
‘Il-prodott ikkonċernat’ ifisser il-prodott previst mill-proġett ta' investiment u, fejn ikun xieraq, is-sostituti tiegħu kkunsidrati hekk, jew mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi tal-prodott, il-prezzijiet u l-użu maħsub) jew mill-produttur (permezz ta' flessibilità ta' l-istallazzjonijiet tal-produzzjoni). Meta l-proġett jinvolvi prodott intermedjat u parti sinifikanti tal-produzzjoni ma tinbiegħx fis-suq, il-prodott ikkonċernat jiġi meqjus li jinkludi l-prodotti pproċessati. |
Il-konsum apparenti
|
(6) |
‘Il-konsum apparenti’ tal-prodott ikkonċernat huwa l-produzzjoni flimkien ma' l-importazzjoni meta titnaqqas l-esportazzjoni. |
|
(5) |
Meta l-Awtorità tiddeċiedi skond dan il-Qafas it-tkabbir medju annwali tal-konsum apparenti tal-prodott ikkonċernat, titqies ukoll, fejn ikun xieraq, kwalunkwe bidla sinifikanti f'dik it-tendenza. |
|
(8) |
Meta l-proġett ta' l-investiment għandu x'jaqsam ma' settur ta' servizz, u sabiex ikun iddeterminat id-daqs u l-evoluzzjoni tas-suq, l-Awtorità minflok ma tagħmel użu mill-konsum apparenti, tagħmel użu mid-dħul tas-servizzi kkonċernati fuq il-bażi tas-segmentazzjoni tas-suq aċċettata ġeneralment għas-servizzi kkonċernati u li id-data statistika għalihom hija disponibbli faċilment. |
“ANNESS A GĦALL-QAFAS MULTISETTORJALI
[FORMOLA GĦAL MONITORAĠĠ EX POST]
|
— |
Titolu ta' l-iskema (jew indika jekk hix għajnuna ‘ ad hoc ’) |
|
— |
Entità pubblika li tipprovdi l-għajnuna |
|
— |
Jekk il-bażi legali tkun skema ta' għajnuna approvata mill-Awtorità, ipprovdi d-data ta' l-approvazzjoni u n-numru ta' referenza tal-każ ta' għajnuna Statali |
|
— |
Ippreċiża r-reġjun u l-muniċipalità |
|
— |
Ippreċiża l-isem tal-kumpanija, jekk hija SME jew kumpanija kbira u, jekk rilevanti, l-isem tal-kumpaniji prinċipali (parent) tagħha |
|
— |
Ippreċiża t-tip ta' proġett u jekk hux stabbiliment ġdid jew espansjoni ta' kapaċità jew xi ħaġa oħra |
|
— |
Ippreċiża l-ispiża totali u l-ispiża eliġibbli tan-nefqa kapitali li se tkun investita matul l-attwazzjoni tal-proġett |
|
— |
L-ammont nominali ta' appoġġ u l-ekwivalenti bħala għotja grossa u netta tagħha |
|
— |
Agħti l-kondizzjonijiet marbuta mal-pagament ta' l-għajnuna proposta, jekk hemm |
|
— |
Prodotti jew servizzi kkonċernati u n-nomenklatura PRODCOM tagħhom jew in-nomenklatura CPA għal proġetti fis-setturi tas-servizz |
“ANNESS B GĦALL-QAFAS MULTISETTORJALI
ID-DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TA' L-AZZAR GĦALL-GĦANIJIET TAL-QAFAS MULTISETTORJALI
L-industrija ta' l-azzar, għall-għanijiet tal-qafas multisettorjali tikkonsisti mill-intrapriżi impenjati fil-produzzjoni tal-prodotti ta' l-azzar elenkati hawn taħt:
|
Prodott |
Kodiċi ta' Nomenklatura Kombinata (19) |
|
Ħadid mhux maħdum |
7201 |
|
Ligi tal-ħadid |
7202 11 20 , 7202 11 80 , 7202 99 11 |
|
Prodotti tal-ħadid magħmulin bit-tnaqqis dirett ta' minerali tal-ħadid u prodotti oħra b'ħafna ħofor (spongy) tal-ħadid |
7203 |
|
Il-ħadid u l-azzar mhux illigat |
7206 |
|
Prodotti parzjalment maħduma tal-ħadid u l-azzar mhux illigat |
7207 11 11 ; 7207 11 14 ; 7207 11 16 ; 7207 12 10 ; 7207 19 11 ; 7207 19 14 ; 7207 19 16 ; 7207 19 31 ; 7207 20 11 ; 7207 20 15 ; 7207 20 17 ; 7207 20 32 ; 7207 20 51 ; 7207 20 55 ; 7207 20 57 ; 7207 20 71 |
|
Prodotti rrumblati ċatti tal- ħadid u l-azzar mhux illigat |
7208 10 00 ; 7208 25 00 ; 7208 26 00 ; 7208 27 00 ; 7208 36 00 ; 7208 37 ; 7208 38 ; 7208 39 ; 7208 40 ; 7208 51 ; 7208 52 ; 7208 53 ; 7208 54 ; 7208 90 10 ; 7209 15 00 ; 7209 16 ; 7209 17 ; 7209 18 ; 7209 25 00 ; 7209 26 ; 7209 27 ; 7209 28 ; 7209 90 10 ; 7210 11 10 ; 7210 12 11 ; 7210 12 19 ; 7210 20 10 ; 7210 30 10 ; 7210 41 10 ; 7210 49 10 ; 7210 50 10 ; 7210 61 10 ; 7210 69 10 ; 7210 70 31 ; 7210 70 39 ; 7210 90 31 ; 7210 90 33 ; 7210 90 38 ; 7211 13 00 ; 7211 14 ; 7211 19 ; 7211 23 10 ; 7211 23 51 ; 7211 29 20 ; 7211 90 11 ; 7212 10 10 ; 7212 10 91 ; 7212 20 11 ; 7212 30 11 ; 7212 40 10 ; 7212 40 91 ; 7212 50 31 ; 7212 50 51 ; 7212 60 11 ; 7212 60 91 |
|
Biċċiet u vireg, irrumblati bis-sħana, f'koljaturi mkebbin b'mod irregolari, tal-ħadid u l-azzar mhux illigat |
7213 10 00 ; 7213 20 00 ; 7213 91 ; 7213 99 |
|
Biċċiet u vireg oħra tal-ħadid u l-azzar mhux illigat |
7214 20 00 ; 7214 30 00 ; 7214 91 ; 7214 99 ; 7215 90 10 |
|
Angoli, forom u qatgħat tal-ħadid u l-azzar mhux illigat |
7216 10 00 ; 7216 21 00 ; 7216 22 00 ; 7216 31 ; 7216 32 ; 7216 33 ; 7216 40 ; 7216 50 ; 7216 99 10 |
|
Stainless steel |
7218 10 00 ; 7218 91 11 ; 7218 91 19 ; 7218 99 11 ; 7218 99 20 |
|
Prodotti ċatti ta' l-istainless steel |
7219 11 00 ; 7219 12 ; 7219 13 ; 7219 14 ; 7219 21 ; 7219 22 ; 7219 23 00 ; 7219 24 00 ; 7219 31 00 ; 7219 32 ; 7219 33 ; 7219 34 ; 7219 35 ; 7219 90 10 ; 7220 11 00 ; 7220 12 00 ; 7220 20 10 ; 7220 90 11 ; 7220 90 31 |
|
Biċċiet u vireg ta' l-istainless steel |
7221 00 ; 7222 11 ; 7222 19 ; 7222 30 10 ; 7222 40 10 ; 7222 40 30 |
|
Prodotti rrumblati ċatti ta' l-azzar illigat |
7225 11 00 ; 7225 19 ; 7225 20 20 ; 7225 30 00 ; 7225 40 ; 7225 50 00 ; 7225 91 10 ; 7225 92 10 ; 7225 99 10 ; 7226 11 10 ; 7226 19 10 ; 7226 19 30 ; 7226 20 20 ; 7226 91 ; 7226 92 10 ; 7226 93 20 ; 7226 94 20 ; 7226 99 20 |
|
Biċċiet u vireg ta' l-azzar illigat |
7224 10 00 ; 7224 90 01 ; 7224 90 05 ; 7224 90 08 ; 7224 90 15 ; 7224 90 31 ; 7224 90 39 ; 7227 10 00 ; 7227 20 00 ; 7227 90 ; 7228 10 10 ; 7228 10 30 ; 7228 20 11 ; 7228 20 19 ; 7228 20 30 ; 7228 30 20 ; 7228 30 41 ; 7228 30 49 ; 7228 30 61 ; 7228 30 69 ; 7228 30 70 ; 7228 30 89 ; 7228 60 10 ; 7228 70 10 ; 7228 70 31 ; 7228 80 |
|
Gzuz ta' pjanċi (Sheet piling) |
7301 10 00 |
|
Linji tal-ferrovija jew tat-tramm u rfid tal-linji (cross ties) |
7302 10 31 ; 7302 10 39 ; 7302 10 90 ; 7302 20 00 ; 7302 40 10 ; 7302 10 20 |
|
Tubu flessibbli ta' kwalità solida, kanen u profili vojta |
7303 ; 7304 |
|
Ħadid jew azzar iwweldjat tubi u kanen, li d-dijametru estern tagħhom jaqbeż l-406.4 mm |
7305 |
“ANNESS C GĦALL-QAFAS MULTISETTORJALI
DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KARROZZI GĦALL-GĦANIJIET TAL-QAFAS MULTISETTORJALI
‘L-industrija tal-karrozzi’ tfisser l-iżvilupp, il-manifattura u l-muntaġġ ta' ‘karrozzi’, ‘magni’ għal karrozzi u ‘moduli jew sub-sistemi’ għal dawn il-karrozzi jew il-magni, jew direttament mill-manifattur jew permezz ta' ‘fornitur ta' komponenti ta' l-ewwel livell’ u, f'dan ta' l-aħħar, fil-kuntest ta' ‘proġett ġenerali’ biss.
|
(a) |
Karrozzi It-terminu ‘karrozzi’ ifisser karrozzi tal-passiġġieri, vannijiet, trakkijiet, trakters tat-triq, karrozzi tal-linja, coaches u karrozzi kummerċjali oħra. Ma jinkludix karozzi għat-tlielaq, karrozzi maħsuba għall-użu barra mit-triq (per eżempju, karozzi ddiżinjati għall-użu fuq is-silġ jew li jġorru n-nies fuq il-korsijiet tal-golf), muturi, trejlers, trakters għall-agrikolturajew għall-forestrija, karavans, karrozzi għal użu speċjali (per eżempju, karrozzi għat-tifi tan-nar, trakkijiet straddle carrier u trakkijiet bi pjattaforma) u karozzi militari maħsuba għal armati. |
|
(b) |
Magni għal karozzi It-terminu ‘magni tal-karozzi’ ifisser magni ta' kompressjoni u bi spark ignition kif ukoll magni elettriċi u magni turbini, gass, ibridi jew magni oħra għal karozzi. |
|
(ċ) |
Moduli u sub-sistemi ‘Modulu’ jew ‘sub-sistema’ jfisser sett ta' komponenti primarji maħsuba għal vettura jew magna li hija prodotta, immuntata jew mgħammra minn fornitur ta' komponent ta' l-ewwel livell u fornuta permezz ta' sistema ta' ordni kompjuterizzata jew fuq bażi spontanja. Il-provvista loġistika u s-sistemi ta' ħażna u operazzjonijiet sħaħ sotto-kuntrattati li jagħmlu parti mill-katina ta' produzzjoni, bħal ma hi ż-żebgħa tas-sub-immuntar, għandhom jiġu kklassifikati bl-istess mod fost dawn il-moduli u s-sub-sistemi. |
|
(d) |
Fornituri ta' komponenti ta' l-ewwel livell ‘Fornitur ta' komponenti ta' l-ewwel livell’ ifisser fornitur, indipendenti jew mhux, li jforni manifattur, iqassam ir-responsabbilità għad-disinn u l-iżvilupp (12), u l-manifattura, l-immuntar u l-provvediment ta' manifattur tal-karozzi matul il-fażi ta' manifattura jew immuntar mas-sub-immuntar jew il-modjuli. Bħala sħab industrijali, fornituri bħal dawn sikwit huma marbuta ma' manifattur permezz ta' kuntratt ta' madwar l-istess tul ta' l-attwazzjoni tal-mudell (per ezempju, sakemm il-mudell huwa ddisinjat mill-ġdid). Fornitur ta' komponiment ta' l-ewwel livell jista' wkoll jipprovdi servizzi ta' provvista, b'mod speċjali servizzi loġistiċi, bħal mhi t-tmexxija ta' ċentru ta' provvista. |
|
(e) |
Proġett ġenerali Manifattur jista', fuq is-sit attwali ta' l-investiment jew f'wieħed jew fid-diversi żoni industrijali f'prossimità ġeografika qrib (13), jintegra wieħed jew aktar mill-proġetti ta' fornituri ta' komponimenti ta' l-ewwel livell għall-provvediment ta' modjuli jew sub-sistemi għall-karozzi jew magni li qed jiġu prodotti. ‘Proġett ġenerali’ jfisser proġett li jgħaqqad flimkien proġetti bħal dawn. Proġett ġenerali jdum għat-tul kollu tal-proġett ta' investiment ta' min immanifattura l-karozza. Investiment tal-fornitur wieħed ta' komponiment ta' l-ewwel livell huwa integrat fi ħdan id-definizzjoni ta' proġett globali jekk mill-inqas nofs mir-riżultat minn dak l-investiment huwa kkonsenjat lill-manifattur involut fil-pjanta kkonċernata. |
“ANNESS D GĦALL-QAFAS MULTISETTORJALI
DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TA' FIBRI SINTETIĊI GĦALL- QAFAS MULTISETTORJALI
L-industrija ta' fibri sintetiċi hija identifikata, għall-għanijet tal-qafas multisettorjali, bħala:
|
— |
estrużjoni/testuriżazzjoni tat-tipi ġeneriċi kollha ta' fibra u ħjut bbażati fuq il-poliester, il-poliamide, l-akriliku jew il-polipropelin, irrispettivament mill-għanijiet tagħhom, jew |
|
— |
il-polimerizzazzjoni (inkluża l-polikondensazzjoni) fejn hi integrata ma' l-estrużjoni skond il-makkinarju li jintuża, jew |
|
— |
proċess anċillari marbut ma' l-installazzjoni kontemporanju tal-kapaċità ta' l-estrużjoniil-kapaċita tat-testuriżazzjoni mill-benefikarju prospettiv jew minn xi kumpanija oħra fil-grupp tiegħu u li, fl-attività speċifika ta' negozju kkonċernat, ġeneralment huwa integrat ma' din il-kapaċità skond il-makkinarju li ntuża. |
“ANNESS E GĦALL-QAFAS MULTISETTORJALI
FORMOLA TA' NOTIFIKA (20)
TAQSIMA 1 — L-ISTAT TA' L-EFTA
Tagħrif dwar l-awtorità pubblika ta' notifika:
1.1.2. L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità ta' notifika;
1.1.3. L-isem, it-telefon, il-fax u l-indirizz ta' l-email, u l-pożizzjoni ta' l-persuna/persuni li għandhom jiġu kkuntattjati f'każ ta' inkjesta aktar fil-fond.
Tagħrif ta' kuntatt f'rappreżentanza permanenti:
1.2.1. L-isem, it-telefon, il-fax u l-indirizz ta' l-email, u l-pożizzjoni ta' l-persuna li għandha tiġi kkuntattjata f'każ ta' inkjesta aktar fil-fond.
TAQSIMA 2 — IR-REĊIPJENT TA' L-GĦAJNUNA
L-istruttura tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jinvestu fil-proġett:
2.1.1. L-identità tar-reċipjent ta' l-għajnuna;
2.1.2. Jekk l-identità legali tar-reċipjent ta' l-għajnuna tkun differenti mill-intrapriża/intrapriżi li jiffinanza(w) il-proġett jew li jirċievu l-għajnuna, jeħtieġ ukoll deskrizzjoni ta' dawn id-differenzi;
2.1.3. Agħraf il-grupp ewlieni tar-reċipjent ta' l-għajnuna, iddeskrivi l-istruttura tal-grupp u l-istruttura ta' propjetà ta' kull kumpanija ewlenija.
Għal kull kumpanija jew kumpaniji li jinvestu fil-proġett, ipprovdi d-data li ġejja ta' dawn l-aħħar tliet snin finanzjarji:
2.2.1. Id-dħul madwar id-dinja, id-dħul taż-ŻEE, id-dħul fl-Istat ta' l-EFTA kkonċernat;
2.2.2. Il-profitt wara t-taxxa u l-metodu tal-likwidità (fuq bażi konsolidata);
2.2.3. L-impjiegi madwar id-dinja, fuq livell taż-ŻEE u fl-Istat ta' l-EFTA kkonċernat;
2.2.4. L-analiżi tas-suq ta'-bejgħ fl-Istat Membru involut, fil-bqija taż-ŻEE u barra ż-ŻEE.
2.2.5. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati u r-rapport annwali għall-aħħar tliet snin.
Jekk l-investiment isir f'lok industrijali eżistenti, agħti din id-data li ġejja għall-aħħar tliet snin finanzjarji ta' dik l-entità:
2.3.1. Id-dħul totali;
2.3.2. Il-profitt wara t-tassazzjoni u l-metodu tal-likwidità;
2.3.3. L-impjiegi;
2.3.4. L-analiżi tas-suq ta' bejgħ: fl-Istat ta' l-EFTA involut, fil-bqija taż-ŻEE u barra ż-ŻEE.
TAQSIMA 3 — L-GĦOTI TA' GĦAJNUNA PUBBLIKA
Għal kull miżura ta' għajnuna pubblika proposta, agħti dawn li ġejjin:
Dettalji:
3.1.1. It-titolu ta' l-iskema (jew agħti indikazzjoni jekk tkun għajnuna ‘ad hoc’);
3.1.2. Il-bażi legali (liġi, digriet, eċċ);
3.1.3. L-entità pubblika li tipprovdi l-għajnuna;
3.1.4. Jekk il-bażi legali tkun skema ta' għajnuna appruvata mill-Awtorità, agħti d-data ta' l-approvazzjoni u n-numru ta' referenza tal-każ ta' għajnuna Statali.
Il-formola ta' l-għajnuna proposta:
3.2.1. L-għajnuna proposta hija għotja, sussidju ta' interess, tnaqqis fil-kontribut ta' sigurtà soċjali, kreditu tat-taxxa (eżenzjoni), sehem fil-valur ta' l-ishma, il-konversjoni ta' dejn jew tħassir, self b'imgħax baxx, differiment ta' taxxa, ammont kopert minn skema ta' garanzjia, eċċ.?;
3.2.2. Agħti l-kondizzjonijiet mehmuża mal-pagament ta' l-għajnuna proposta;
L-ammont ta' l-għajnuna proposta:
3.3.1. L-ammont nomimali ta' appoġġ u l-ekwivalenza ta' għotja grossa u netta;
3.3.2. Il-miżura ta' għajnuna hija suġġetta għat-taxxa tal-kumpanija (jew xi taxxa oħra diretta)? Jekk parzjalment biss, sa liema punt?;
3.3.3. Agħti skema sħiħa tal-pagament ta' l-għajnuna proposta. Għal pakkett ta' għajnuna pubblika proposta, agħti dawn li ġejjin:
Il-karatteristiċi tal-miżuri ta' għajnuna:
3.4.1. Hemm xi wħud mill-miżuri għal għajnuna tal-pakkett ġenerali li għad m'humiex identifikati? Jekk iva, ippreċiża;
3.4.2. Indika liema minn dawn il-miżuri msemmija hawn fuq ma jagħmlux parti mill-għajnuna Statali u għal liema raġuni (jiet).
3.5. Jista' l-appoġġ addizzjonali għall-istess proġett ikun mitlub minn xi istituzzjonijiet finanzjarji oħra, Ewropej jew internazzjonali? Jekk iva, għal liema ammont?
Il-kumulazzjoni ta' miżuri għal għajnuna pubblika:
3.6.1. L-ekwivalenza stmata ta' għotja grossa (qabel it-tassazzjoni) tal-miżuri magħquda għal għajnuna;
3.6.2. L-ekwivalenza stmata ta' għotja netta (wara t-tassazzjoni) tal-miżuri magħquda għal għajnuna.
TAQSIMA 4 — PROĠETT ASSISTIT
Il-lok tal-proġett:
4.1.1. Ippreċiża r-reġjun u l-muniċipalità kif ukoll l-indirizz.
It-tul tal-proġett:
4.2.1. Ippreċiża d-data tal-bidu tal-proġett ta' investiment kif ukoll id-data ta' tlestija ta' l-investiment;
4.2.2. Ippreċiża d-data ta' bidu ppjanat tal-produzzjoni ġdida u s-sena li fiha l-produzzjoni sħiħa tista' titlesta.
Id-deskrizzjoni tal-proġett:
4.3.1. Ippreċiża t-tip ta' proġett u jekk dan huwa stabbiliment ġdid jew espanzjoni ta' kapaċità jew xi ħaġa oħra;
4.3.2. Agħti deskrizzjoni qasira ġenerali tal-proġett.
L-analiżi ta' l-ispejjeż tal-proġett:
4.4.1. Ippreċiża l-ispejjeż kollha ta' nfiq kapitali li se jkunu investiti u deprezzati matul l-attwazzjoni tal-proġett;
4.4.2. Agħti analiżi ddettaljata ta' l-ispejjeż kapitali u non-kapitali(2) li għandhom x'jaqsmu mal-proġett ta' l-investiment.
Il-finanzjament ta' l-ispejjeż totali tal-proġett:
4.5.1. Indika l-finanzjament ta' l-ispejjeż totali tal-proġett ta' investiment.
TAQSIMA 5 — IL-PRODOTT U L-KARATTERISTIĊI TAS-SUQ
Il-karatterizzazzjoni ta' prodott(i) previsti mill-proġett:
5.1.1. Ippreċiża l-oġġett(i) li se jkunu prodotti fil-faċilità megħjuna mat-tlestija ta' l-investiment u s-(sub)-settur(i) rilevanti tal-prodott(i) (indika l-kodiċi PRODCOM jew in-nomenklatura CPA għal proġetti fis-setturi tas-servizz);
5.1.2. Liema prodott(i) għandu jissostitwixxi? Jekk dawn il-prodotti ssostitwiti ma jkunux prodotti fl-istess lok, ippreċiża fejn huma prodotti bħalissa;
5.1.3. Liema prodott(i) oħrajn jistgħu jkunu prodotti bl-istess faċilitajiet ġodda bi ftit jew bl-ebda spejjeż addizzjonali?
Tħassib ta' kapaċità:
5.2.1. Ikkwantifika l-impatt tal-proġett fuq il-kapaċità vijabbli totali ta' min qiegħed jirċievi l-għajnuna fiż-ŻEE (inkluż fuq livell ta' Grupp) għal kull wieħed mill-prodott(i) involut(i) (fit-taqsimiet għal kull sena fis-sena qabel is-sena ta' bidu u mat-tlestija tal-proġett);
5.2.2. Agħti stima tal-kapaċità totali tal-produtturi kollha taż-ŻEE għal kull wieħed mill-prodotti involuti.
Id-data tas-suq:
5.3.1 Agħti għal kull waħda mill-aħħar sitt snin finanzjarji d-data dwar il-konsum apparenti tal-prodott(i) kkonċernati. Jekk disponibbli, inkludi wkoll is-statistiċi mħejjija minn sorsi oħrajn sabiex turi r-risposta;
5.3.2. Għat-tliet snin finanzjarji li ġejjin, agħti tħabbira ta' l-evoluzzjoni tal-konsum apparenti tal-prodott(i) kkonċernat(i). Jekk disponibbli, inkludi wkoll is-statistiċi mħejji minn sorsi indipendenti sabiex turi r-risposta;
5.3.3. Is-suq rilevanti qiegħed jonqos, u għal liema raġunijiet?;
5.3.4. Stima tas-sehem fis-suq (b'valur) tar-reċipjent ta' l-għajnuna jew tal-grupp tar-reċipjent għal għajnuna fis-sena qabel is-sena ta' bidu u mat-tlestija tal-proġett.
(1) ĠU L 111, 29.4.1999, u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 18, ta' l-istess data.
(2) Ara l-Kapitolu 25 ta' dawn il-Linjigwida.
(3) Ara l-Kapitolu 16 ta' dawn il-Linjigwida.
(4) Ara l-Kapitolu 14 ta' dawn il-Linjigwida.
(5) Ara l-Kapitolu 15 ta' dawn il-Linjigwida.
(6) Skond il-Linjigwida għall-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali, in-nefqa eliġibbli għall-għajnuna ta' investiment reġjonali hija identifikata jew permezz tar-regoli stabbiliti fil-paragrafi (8) — (12) tagħha fit-taqsima 25.4. (għażla 1) jew mir-regoli stabbiliti fil-paragrafu (24) tagħha fit-taqsima 25.4 (għażla 2). Konformi mal-paragrafu (30) fit-taqsima 25.4 tal-Linjigwida għall-Għajnuna Nazzjonali Reġjonali, l-għajnuna kkalkolata fuq il-bażi ta' l-għażla 1 (‘l-għajnuna ta' investiment’) tista' tingħaqad ma' l-għajnuna kkalkolata fuq il-bażi ta' l-għażla 2 (‘għajnuna għal ħolqien ta' impjiegi’) sakemm l-ammont magħqud ta' għajnuna ma jaqbiżx il-limitu ta' l-għajnuna reġjonali multiplikata bl-ogħla miż-żewġ nefqiet possibbli eliġibbli. Konformi ma' din ir-regola, u għall-għanijiet tal-qafas preżenti, in-nefqa eliġibbli ta' proġett ta' investiment speċifiku hija identifikata fuq il-bażi ta' l-għażla li twassal għall-ogħla ammont. L-ammont tan-nefqa eliġibbli jkun determinat b'tali mod illi ma jinqabiżx l-ogħla ammont ta' investiment li jirriżulta minn liema hu l-ogħla ammont bejn il-metodu ta' ħolqien ta' l-impjiegi u l-metodu ta' investistiment inizjali, suġġett għall-limitu ta' intensita stabbilit għar-reġjun konċernat.
(7) Il-grafika ta' hawn taħt turi iktar, għad-daqsijiet speċifiċi ta' spiża eliġibbli u għall-massimu f'reġjunijiet speċifiċi, l-għajnuna li tista' tingħata.
|
Spiża Eliġibbli |
Massimu f'reġjunijiet Speċifiċi |
|||||
|
15 % |
20 % |
25 % |
30 % |
35 % |
40 % |
|
|
EUR 50 miljun |
15,00 % |
20,00 % |
25,00 % |
30,00 % |
35,00 % |
40,00 % |
|
EUR 100 miljun |
11,25 % |
15,00 % |
18,75 % |
22,50 % |
26,25 % |
30,00 % |
|
EUR 200 miljun |
8,18 % |
10,90 % |
13,63 % |
16,35 % |
19,08 % |
21,80 % |
|
EUR 500 miljun |
6,33 % |
8,44 % |
10,55 % |
12,66 % |
14,77 % |
16,88 % |
(8) F'kull każ, proposti biex tingħata għajnuna ad hoc iridu jkunu notifikati u valutati fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fit-taqsima 26.3 tal-Qafas, u għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-valutazzjoni ġenerali stabbiliti fil-Linjigwida għall-Għajnuna Nazzjonali Reġjonali.
(9) Jekk l-Istat ta' l-EFTA juri li l-benefiċjarju ta' l-għajnuna joħloq suq ta' prodott ġdid, permezz ta' innovazzjoni ġenwina, m'hemmx għalfejn jitwettqu t-testijiet imsemmija f'a) u b), u l-għajnuna tiġi awtorizzata taħt l-iskala fil-paragrafu (1) fit-taqsima 26A.33.
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar l-eżekuzzjoni ta' stħarriġ tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali(ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1). Ir-Regolament ġie inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE (l-Anness XXI) permezz tad-Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat Nru 7/94.
(11) Dan jinkludi s-setturi ta' l-azzar li qabel kienu koperti mit-Trattat ta' l-ECSC kif ukoll fis-sub-setturi ta' tubi tal-ħadid maħdumin biċċa waħda u oħrajn kbar iwweldjati li ma kinux koperti mit-Trattat ta' l-ECSC, iżda li jagħmlu parti minn proċess integrat ta' produzzjoni u li għandhom karattereistiċi simili għas-settur ta' l-azzar li kien kopert mit-Trattat ta' l-ECSC.
(12) L-għajnuna għall-bini tal-vapuri hija koperta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1540/98 li jwaqqaf regoli ġodda dwar l-għajnuna għal bini ta' vapuri, kif inhi adattata għall-għan tal-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat taż-ŻEE Nru 12/99, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala r-Regolament dwar il-Bini ta' Vapuri (ara wkoll il-Kapitolu 31 dwar il-Lilnjigwida ta' għajnuna Statali).
(13) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar il-klassifika statistika tal-prodotti skond l-attività (CPA) fil-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 342, 31.12.1993, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 204/2002/(ĠU L 36, 6.2.2002, p. 1). Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta' stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1). Regolament (KEE) Nru 3696/93 ġie mdaħħal fil-Ftehim taż-ŻEE (Anness XXI) permezz tad-Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat Nru 7/94.
(14) Preżunzjoni qawwija ta' tnaqqis settorjali tista' tirriżulta minn rata annwali medja negattiva ta' tkabbir tal-konsum apparenti fiż-ŻEE matul l-aħħar ħames snin.
(15) Fil-prinċipju, dan l-ammont jista' jkun stabbilit bħala 25 miljun EUR iżda jista' jvarja minn settur għal settur.
(16) Is-suq għall-prodott ikkonċernat jidher li qed jikber malajr jekk il-konsum apparenti matul l-aħħar 5 snin fil-livell xieraq tal-klassifika PRODCOM fiż-ŻEE, jew, jekk dan it-tagħrif m'huwiex disponibbli, fuq bażi ta' segmentazzjoni ta' suq ieħor aċċetttat ġeneralment għall-prodotti kkonċernati u li fuqhom hemm data ta' statistika disponibbli faċilment, qiegħed jikber f'termini ta' valur permezz ta' rata medja indaqs jekk aktar mit-tkabbir medja tal-GDP taż-ŻEE.
(17) Ara l-Kapitolu 24 ta' dawn il-Linjigwida.
(18) Proposti għal għotja ta' għajnuna ad hoc għandhom dejjem ikunu notifikati u evalwati abbażi ta' din ir-regola, u konformi mal-kriterji ta' valutazzjoni ġenerali stabbiliti fil-Linjigwida (‘għajnuna reġjonali’).
(19) ĠU L 279, 23.10.2001, p. 1
(20) Għal għajnuna li tingħata barra mill-iskemi awtorizzati, l-Istat ta' EFTA għandu jagħti tagħrif dettaljat bl-effetti vantaġġużi ta' l-għajnuna dwar iż-żona megħjuna involuta.