14.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/2


Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

(2023/C 286/02)

Waqt il-Laqgħa plenarja tagħha tat-12 ta’ Lulju 2023, il-Qorti Ġenerali, konformement mal-Artikolu 25 tar-Regoli tal-Proċedura, stabbilixxiet il-kriterji ta’ assenzjazzjoni tal-kawżi lill-awli.

Dawn il-kriterji huma s-segwenti:

1.

Il-kawżi għandhom jiġu assenjati fl-iqsar żmien possibbli wara l-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni sussegwenti tal-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli kkostitwiti minn tliet Imħallfin.

2.

Il-kawżi dwar is-servizz pubbliku, jiġifieri l-kawżi li joriġinaw mir-relazzjoni ta’ impjieg bejn l-Unjoni Ewropea u l-persunal tagħha, għandhom jitqassmu bejn l-erba’ awli maħtura speċifikament għal dan il-għan fid-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli, skont sistema ta’ rotazzjoni stabbilita abbażi tal-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru.

3.

Il-kawżi dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali previsti fit-Titolu IV tar-Regoli tal-Proċedura għandhom jitqassmu bejn is-sitt awli maħtura speċifikament għal dan il-għan fid-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli, skont sistema ta’ rotazzjoni stabbilita abbażi tal-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru.

4.

Il-kawżi għajr dawk previsti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jitqassmu bejn l-awli skont żewġ sistemi ta’ rotazzjoni distinti stabbiliti abbażi tal-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:

għall-kawżi li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, tar-regoli dwar il-miżuri ta’ protezzjoni kummerċjali, tar-regoli dwar is-sussidji barranin li jikkawżaw distorsjoni fuq is-suq intern, kif ukoll tar-regoli dwar is-swieq u s-servizzi diġitali,

għall-kawżi l-oħra kollha.

5.

Il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga mis-sistemi ta’ rotazzjoni previsti fil-paragrafi 2, 3 u 4 sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-konnessjoni ta’ ċerti kawżi jew sabiex jiżgura tqassim ibbilanċjat tal-volum tax-xogħol.

6.

Il-kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli msemmija iktar ’il fuq huma stabbiliti għall-perijodu bejn it-12 ta’ Lulju 2023 u l-31 ta’ Awwissu 2025.