|
30.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/148 |
Sejħa għal proposti (Nru IX-2024/02)
“GĦOTJIET LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ”
(2023/C 230/11)
WERREJ
|
A. |
INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU | 149 |
|
B. |
L-OBJETTIV TAS-SEJĦA | 150 |
|
C. |
L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT | 150 |
|
D. |
IL-BAĠIT DISPONIBBLI | 150 |
|
E. |
IR-REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT | 150 |
|
F. |
IL-KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT | 151 |
|
F.1. |
IL-KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI | 151 |
|
F.2. |
IL-KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ | 151 |
|
F.3. |
IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA | 152 |
|
F.4. |
IL-KRITERJI TAD-DEĊIŻJONI TAL-GĦOTI U D-DISTRIBUZZJONI TAL-FINANZJAMENT | 152 |
|
G. |
KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-AWTORITÀ | 152 |
|
H. |
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET | 152 |
|
I. |
SKEDA TA’ ŻMIEN | 153 |
|
J. |
ŻVELAR U PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI | 154 |
|
K. |
INFORMAZZJONI OĦRA | 154 |
|
ANNESS I - |
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT | 155 |
|
ANNESS II - |
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT | 156 |
|
ANNESS III - |
DIKJARAZZJONI DWAR IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI U DWAR IL-KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI | 157 |
|
ANNESS IV - |
FORMOLA TAL-BAĠIT STMAT | 158 |
|
ANNESS V - |
DIKJARAZZJONI LI L-APPLIKAZZJONI TRESSQET PERMEZZ TA' PARTIT POLITIKU EWROPEW AFFILJAT | 159 |
A. INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU
|
1. |
Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”. |
|
2. |
F’konformità mal-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), kif emendat sussegwentement. |
|
3. |
Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, fondazzjoni politika Ewropea hija “entità li tkun formalment affiljata ma’ partit politiku Ewropew, li tkun irreġistrata mal-Awtorità skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li permezz tal-attivitajiet tagħha, skont l-għanijiet u l-valuri fundamentali segwiti mill-Unjoni, issaħħaħ u tikkomplementa l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew”. |
|
4. |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, fondazzjoni politika Ewropea li tkun affiljata ma’ partit politiku Ewropew eliġibbli li japplika għall-fondi taħt l-Artikolu 17(1) tar-regolament, li tkun irreġistrata skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li ma tkunx f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tapplika għall-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew f’sejħa għal proposti. |
|
5. |
Għaldaqstant, il-Parlament Ewropew qed iniedi din is-sejħa għal proposti li għandha l-għan li jingħataw għotjiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“is-sejħa”). |
|
6. |
Il-qafas legali bażiku huwa definit fl-atti legali li ġejjin:
Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta (7) (riformulazzjoni) għal regolament li jissostitwixxi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u proposta (8) għal regolament dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku. Id-data tal-adozzjoni ta’ dawn l-atti mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew mhijiex magħrufa. Madankollu, id-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe regolament ġdid jista’ jeħtieġ rettifika teknika għal din is-sejħa. |
B. L-OBJETTIV TAS-SEJĦA
|
7. |
L-objettiv ta’ din is-sejħa huwa li l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej irreġistrati jiġu mistiedna jissottomettu applikazzjonijiet għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni (“applikazzjonijiet għal finanzjament”) u li tiġi ddeterminata n-natura tal-kostijiet eliġibbli skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1141/2014 u l-Artikolu 205(2) tar-Regolament Finanzjarju. |
C. L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT
|
8. |
L-iskop tal-finanzjament huwa li jappoġġa l-programm ta’ ħidma tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ għotja li għandu jiġi konkluż bejn il-fondazzjoni politika Ewropea benefiċjarja u l-Parlament Ewropew. |
|
9. |
Il-kategorija tal-finanzjament huwa l-għotja lil fondazzjonijiet politiċi Ewropej, skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju (“għotja”). L-għotja tieħu l-forma ta’ rimborż ta’ perċentwal tal-kostijiet eliġibbli mġarrba. |
|
10. |
L-ammont massimu mħallas lill-benefiċjarju mill-Parlament Ewropew la għandu jaqbeż il-95 % tal-kostijiet eliġibbli indikati fil-baġit stmat u lanqas il-95 % tal-kostijiet eliġibbli mġarrba. |
D. IL-BAĠIT DISPONIBBLI
|
11. |
Il-finanzjament previst għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 403 tal-baġit tal-Parlament Ewropew “Finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” jammonta għal EUR 24 000 000 kif adottat mill-Parlament Ewropew fl-abbozz ta’ estimi tiegħu. L-approprjazzjonijiet disponibbli li għandhom jitqassmu se jiġu stabbiliti mill-awtorità tal-baġit fil-baġit finali approvat għas-sena 2024. |
E. IR-REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT
|
12. |
L-applikazzjonijiet għal finanzjament ikunu ammissibbli jekk:
Meta tkun meħtieġa firma, din għandha tkun jew firma bl-idejn jew firma elettronika kwalifikata (QES), liema firma elettronika kwalifikata tkun f’konformità mar-Regolament dwar is-Servizzi ta’ Identifikazzjoni Elettronika u Fiduċjarji (eIDAS) (9). Jekk l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati b’mod elettroniku u meta ċerti dokumenti jkollhom firem bl-idejn, l-applikant għandu jżomm u jipproduċi kwalunkwe oriġinal fuq talba tas-servizzi tal-Parlament Ewropew u jibgħat dawk l-oriġinali fl-indirizz fiżiku li ġej: President tal-Parlament Ewropew
|
|
13. |
Meta, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 Lulju 2019, l-applikant jiġi mistieden mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega biex jissottometti d-dokumenti ġustifikattivi oriġinali jew kjarifiki fuq il-karta rigward l-applikazzjoni, l-applikant għandu juża l-indirizz fiżiku indikat skont it-taqsima E, il-punt 12. Dokumenti elettroniċi ffirmati bil-firma elettronika kwalifikata huma aċċettati wkoll, u għandhom jintbagħtu lill-indirizz elettroniku funzjonali: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu. |
|
14. |
L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jistgħu jiġu rrifjutati. |
F. IL-KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT
F.1. Il-kriterji ta’ esklużjoni
|
15. |
L-applikanti għandhom jiġu esklużi mill-proċedura ta’ finanzjament jekk ikunu:
|
F.2. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà
|
16. |
Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, l-applikant jeħtieġlu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri li l-applikant:
|
F.3. Il-kriterji tal-għażla
|
17. |
Skont l-Artikolu 198 tar-Regolament Finanzjarju, “l-applikant għandu jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu matul il-perijodu li għalih tingħata l-għotja u għandu jipparteċipa fil-finanzjament tagħha (‘kapaċità finanzjarja’). L-applikant għandu jkollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-att bażiku (‘kapaċità operazzjonali’)”. |
F.4 Il-kriterji tad-deċiżjoni tal-għoti u d-distribuzzjoni tal-finanzjament
|
18. |
Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-approprjazzjonijiet disponibbli rispettivi għandhom jitqassmu kull sena. Dawn għandhom jitqassmu fost il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ikunu ġew approvati fid-dawl tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ esklużjoni, abbażi tal-formula ta’ distribuzzjoni li ġejja:
|
G. KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-AWTORITÀ
|
19. |
L-Artikolu 24(1) u (2) (13) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi kontroll kondiviż bejn il-Parlament Ewropew u l-Awtorità. |
|
20. |
Fejn skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità għandha l-kompetenza li tiċċekkja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew se jibgħat l-applikazzjonijiet għal finanzjament lill-Awtorità. |
|
21. |
Fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ għoti, l-applikanti jibqgħu meħtieġa mill-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 li jipprovdu, fuq talba tal-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u l-Awtorità, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli li għalihom huma responsabbli. Dan jista’ jinkludi b’mod partikolari dokumentazzjoni jew kjarifiki addizzjonali għall-applikazzjonijiet għal finanzjament, li għandhom jiġu ppreżentati fil-format speċifikat mill-Awtorità. |
H. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET
|
22. |
L-applikanti huma obbligati li jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-Uffiċjal Awtorizzanti jista’ jiddeċiedi abbażi tal-informazzjoni disponibbli, minkejja kwalunkwe informazzjoni pprovduta fi stadju iktar tard jew ippubblikata permezz ta’ mezzi oħra. |
|
23. |
Rigward il-kundizzjoni li applikant ikompli jissodisfa l-kriterji għall-finanzjament, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-applikant. |
|
24. |
It-termini u l-kundizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-Unjoni li għandu jingħata taħt din is-sejħa huma stabbiliti fl-Anness 1b tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019 u huma stipulati fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni. B’applikazzjoni tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1141/2014, l-Artikoli 160(1) u (2) u l-Artikolu 205(2) tar-Regolament Finanzjarju, din is-sejħa tiċċara dawk it-termini u l-kundizzjonijiet kif ġej: in-nefqa li għandha tiġi koperta mill-finanzjament mogħti taħt din is-sejħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
25. |
Kull applikant għandu jaċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 24 ta’ hawn fuq, billi jiffirma l-formola ta’ dikjarazzjoni, li hija annessa ma’ din is-sejħa. |
I. SKEDA TA’ ŻMIEN
|
26. |
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament hija t-30 ta’ Settembru 2023. |
|
27. |
L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur wara l-għeluq tas-sejħa għal proposti. Wara dik id-deċiżjoni, id-deċiżjonijiet individwali ffirmati mill-President tal-Parlament Ewropew jiġu nnotifikati lill-applikanti. |
|
28. |
Huwa mistenni li f’Jannar 2024 l-applikanti magħżula jirċievu l-abbozz tal-ftehim ta’ għotja għall-iffirmar tiegħu. Il-ftehim ta’ għotja jista’ jiġi ffirmat b’firma elettronika kwalifikata (QES) fuq talba. Wara l-iffirmar tal-ftehim, il-ħlas tal-prefinanzjament għandu jsir f’konformità mal-iskeda stabbilita fl-Artikolu I.5. tiegħu. |
J. ŻVELAR U PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
29. |
Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għandhom jippubblikaw, inkluż fuq l-internet, informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
|
30. |
Kwalunkwe data personali miġbura fil-kuntest ta’ din is-sejħa għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (14) u skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. |
|
31. |
Tali data għandha tkun ipproċessata għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament u ta’ salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ din id-data lill-korpi responsabbli għat-twettiq ta’ kompiti ta’ verifika u awditjar f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, bħas-servizzi tal-awditjar intern tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF). |
|
32. |
Abbażi ta’ talba bil-miktub, kwalunkwe persuna fiżika relatata mal-benefiċjarju tista’ tikseb aċċess għad-data personali tagħha u tikkoreġi kwalunkwe data żbaljata jew mhux kompluta. It-talba li tirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tista’ tiġi mressqa lid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew. Il-persuna kkonċernata tista’, f’kull ħin, tilmenta mal-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Data dwar dak li jirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tagħha. |
|
33. |
Id-data personali tista’ tiġi reġistrata fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni Bikrija mill-Parlament Ewropew, jekk il-benefiċjarju jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1) u 141 tar-Regolament Finanzjarju. |
K. INFORMAZZJONI OĦRA
|
34. |
Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għandha tintbagħat b’email, filwaqt li tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, lill-indirizz elettroniku funzjonali li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu |
|
35. |
Il-leġiżlazzjoni bażika speċifikata fil-paragrafu 6(b) ta’ din is-sejħa u l-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament annessi ma’ din is-sejħa huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew (http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm). |
(1) ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1. Ġew ippubblikati żewġ emendi, fil-ĠU L 114 I 4.5.2018 p. 1 u fil-ĠU L 85 I 27.3.2019 p. 7.
(2) ĠU C 249, 25.7.2019, p. 2.
(3) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(4) ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.
(5) ĠU L 318, 4.12.2015, p. 28.
(6) Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew ta’ April 2023.
(7) COM(2021) 734 final 2021/0375 (COD)
(8) COM(2021) 731 final 2021/0381 (COD)
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.
(10) Stabbilita skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1141/2014.
(11) Skont it-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju.
(12) Sakemm l-applikant ma jkunx soġġett għall-kontroll skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (pereżempju: għadu kemm inħoloq, eċċ.).
(13) L-Artikoli 24(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 – Regoli ġenerali dwar il-kontroll:
|
“1. |
Il-kontroll tal-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati, f’kooperazzjoni, mill-Awtorità, mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri kompetenti. |
|
2. |
L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (d) sa (f) tal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (e) u (g) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9(5) u (6), u l-Artikoli 20, 21 u 22. L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolament Finanzjarju. Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.” |
ANNESS I
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT
GĦOTJIET (1) LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ
GĦAS-SENA FINANZJARJA [DAĦĦAL IS-SENA]
[daħħal isem l-applikant], rappreżentat legalment minn [daħħal l-isem/l-ismijiet tar-rappreżentant(i)] b’dan japplika għall-finanzjament għas-sena finanzjarja 2024 skont is-sejħa Nru IX-2024/02 għal ammont ta’ [daħħal l-ammont], u jiċċertifika li d-dokumenti li ġejjin huma pprovduti mal-applikazzjoni.
|
Numru tad-dokument |
Dokumenti li jridu jiġu pprovduti |
|
1. |
Ittra ta’ rappreżentant(i) legali li tiċċertifika l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu obbligi legali f’isem l-applikant |
|
2. |
Lista tal-persuni li jkollhom poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq l-organizzazzjoni applikanti, bħall-President, membri tal-Bord, is-Segretarju Ġenerali, it-Teżorier (2) |
|
3. |
Prova ta’ reġistrazzjoni mill-Awtorità fid-data tal-applikazzjoni għall-finanzjament (unikament għall-applikanti li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni għadha mhix disponibbli pubblikament għalihom, jiġifieri għadha ma ġietx ippubblikata fuq is-sit web tal-Awtorità jew f’Il-Ġurnal Uffiċjali) |
|
4. |
Programm ta’ ħidma |
|
5. |
Unikament fil-każ ta’ applikant ġdid li ma setax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014: id-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati l-aktar riċenti, imħejjija minn kontabilista professjonali |
|
6. |
Formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja (unikament fil-każ ta’ applikant ġdid, jew fil-każ ta’ bidliet fl-isem, l-indirizz jew il-kont bankarju) |
|
7. |
Dikjarazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali u dwar il-kriterji ta’ esklużjoni |
|
8. |
Stima tal-baġit (bilanċjat) |
|
9. |
Dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tressqet permezz ta’ partit politiku Ewropew affiljat |
|
Data u Post: |
Firma/Firem: |
(1) Il-kategorija tal-finanzjament hija l-għotja operazzjonali, skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(2) Pereżempju b’referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istatuti tal-applikant, fejn applikabbli.
ANNESS II
FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT
ANNESS III
DIKJARAZZJONI DWAR IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI U DWAR IL-KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI
Jiena/Aħna, hawn taħt iffirmat(i), ir-rappreżentant(i) legali ta’ [daħħal l-isem tal-applikant] niċċertifika(w) li:
|
— |
qrajt/qrajna l-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sejħa IX-2024/02 kif ukoll it-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali kif stipulat fil-mudell tal-ftehim ta’ għotja, u naqbel/naqblu magħhom, |
|
— |
l-applikant ma jinsabx f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1) u 141 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Ir-Regolament Finanzjarju”) (1), |
|
— |
l-applikant mhux suġġett għal kwalunkwe sanzjoni prevista fl-Artikolu 27(1) u fil-punti (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, |
|
— |
l-applikant jimpenja ruħu li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, |
|
— |
l-applikant ma jidħolx f’relazzjoni kuntrattwali ma’ entitajiet (inklużi s-sottokuntratturi tagħhom) li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet speċifikati fil-punti 2, 3 u 4, |
|
— |
l-organizzazzjoni applikanti għandha l-kapaċità finanzjarja u l-kapaċità organizzattiva biex timplimenta l-ftehim ta’ għotja, |
|
— |
l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni kif ukoll fl-annessi tagħha hija preċiża u ebda informazzjoni, kollha jew parti minnha, ma nżammet moħbija mill-Parlament Ewropew. |
Firma/Firem awtorizzata/awtorizzati:
|
Isem/Ismijiet u Funzjoni(jiet) |
Post/Data |
Firma/Firem |
ANNESS IV
FORMOLA TAL-BAĠIT STMAT
ANNESS V
DIKJARAZZJONI LI L-APPLIKAZZJONI TRESSQET PERMEZZ TA' PARTIT POLITIKU EWROPEW AFFILJAT
Jiena/Aħna, hawn taħt iffirmat(i), ir-rappreżentant(i) legali ta' [daħħal l-isem tal-partit], niddikjara(w) li, skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-applikazzjoni preżenti għall-finanzjament ta' [daħħal l-isem tal-applikant] għas-sena finanzjarja 2021 hija mressqa permezz tal-partit politiku Ewropew affiljat tiegħu [daħħal l-isem tal-partit politiku Ewropew affiljat].
Firma/Firem awtorizzata/awtorizzati:
|
Isem/Ismijiet u Funzjoni(jiet) |
Post/Data |
Firma/Firem |