7.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/5


Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)

Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19))

(2023/C 84/03)

I.1)   

Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt

Isem reġistrat: Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali “Eurocidade Porta da Europa”

Uffiċċju reġistrat:Edifício da Alfândega, 6355-217 Vilar Formoso, il-Portugall

Punt ta’ kuntatt: Miguel Pinto, camara@cm-almeida.pt

I.2)   

Tul ta’ żmien tar-raggruppament

Tul ta’ żmien tar-raggruppament: mingħajr limitu

Data tar-reġistrazzjoni:17/02/2023

II.   OBJETTIVI

L-objettivi ta’ kooperazzjoni tar-REKT Eurocidade Porta da Europa huma dawn li ġejjin:

a)

ħidma fuq proposti konġunti li jidentifikaw il-problemi u r-restrizzjonijiet ewlenin b’rabta mal-iżvilupp ekonomiku u rispons għalihom permezz ta’ miżuri ġodda għall-promozzjoni tal-attività ekonomika, il-ħolqien tal-impjieg u l-ġlieda kontra d-depopolazzjoni fiż-żona territorjali tar-REKT, biex b’hekk tiġi żgurata l-koeżjoni ekonomika u soċjali; jeħtieġ li dawn il-proposti jiġu kkomunikati lill-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi biex jaħdmu flimkien bil-għan li jiġu definiti u implimentati politiki pubbliċi u biex jiġi attirat appoġġ mill-Unjoni Ewropea;

b)

it-trawwim ta’ konverġenza istituzzjonali, ekonomika, soċjali, kulturali u ambjentali fit-territorju kopert mir-REKT, billi jintuża l-“effett fruntiera” bħala opportunità għall-iżvilupp territorjali u soċjoekonomiku, mentri jiġu rispettati l-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli tal-Aġenda 2030;

c)

il-ħolqien ta’ mekkaniżmi għall-ġestjoni u l-immodernizzar tat-territorju, li jkunu kapaċi jżommu u jattiraw in-nies, joħolqu u jikkonsolidaw id-dinamika tal-impjieg, u jiżguraw li jiġi stabbilit investiment fis-settur produttiv tal-ekonomija;

d)

it-tisħiħ tal-intraprenditorija lokali u l-innovazzjoni territorjali bħala l-bażi għal żvilupp territorjali integrat, u b’hekk jiġu promossi l-kompetittività ekonomika, is-sostenibbiltà ambjentali u l-benesseri marbuta mal-koeżjoni soċjali, li jippromovu l-ħolqien ta’ intrapriżi, il-ħolqien tal-impjieg u l-attirar tal-investiment;

e)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jeliminaw jew jimminimizzaw l-ispejjeż kuntestwali li jippenalizzaw in-negozji u ċ-ċittadini fit-territorju;

f)

l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi għall-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, l-inkorporazzjoni kostanti ta’ għarfien ġdid fis-sistema ekonomika, l-integrazzjoni kompetittiva fl-ekonomija globali u l-użu ta’ mezzi diġitali;

g)

il-promozzjoni ta’ relazzjonijiet bejn il-membri tar-raggruppament, fuq il-bażi tal-komplementarjetajiet, ir-riżorsi lokali u storja ta’ koeżistenza sekulari, bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ mudell ta’ ċittadinanza Ewropea ffukat fuq il-benefiċċju kollettiv u l-ġustizzja soċjali;

h)

l-ikkombinar tal-isforzi u r-riżorsi permezz tal-ippjanar u l-ġestjoni konġunta ta’ tagħmir, servizzi u infrastruttura eżistenti jew futuri fit-territorju kopert mir-REKT, u b’hekk jitrawwem l-użu tagħhom bħala għodda biex titrawwem il-koeżistenza tal-popolazzjoni;

i)

l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ programmi u proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea; l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ kuntratti u ftehimiet oħra għall-iżvilupp tal-azzjonijiet kollha li jistgħu jibbenefikaw mill-istrumenti finanzjarji adottati u previsti miż-żewġ pajjiżi;

j)

it-trawwim, il-promozzjoni, u l-istimular tal-potenzjal tas-siti industrijali u l-attirar tal-intrapriżi;

k)

ir-rivitalizzazzjoni taż-żoni kummerċjali tradizzjonali tat-territorju tar-REKT permezz ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-kummerċ lokali u l-iżvilupp ta’ ċentri kummerċjali fil-beraħ;

l)

sforz favur it-titjib tas-servizz tat-trasport pubbliku lokali bejn iċ-ċentri ewlenin tar-REKT, u b’hekk tiġi promossa l-mobilità bħala miżura sostenibbli tar-riżorsi eżistenti;

m)

l-analiżi tal-possibbiltà li jiġi implimentat u rikonoxxut l-istatus ta’ “ħaddiem transfruntiera”;

n)

l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi u programmi konġunti għall-modernizzazzjoni amministrattiva u tal-infrastruttura fiż-żoni transfruntiera;

o)

it-tħeġġiġ tal-ħolqien ta’ kontenut bilingwi fiż-żona tar-REKT, u b’mod partikolari fir-rigward tal-forniment tas-servizzi;

p)

l-implimentazzjoni, permezz ta’ ftehimiet u protokolli ma’ entitajiet tas-sistema xjentifika u teknoloġik, korpi ta’ taħriġ u korpi oħra b’kompetenza għal dan l-għan, programmi konġunti ta’ taħriġ immirati lejn in-nisġa kummerċjali eżistenti, bl-għan li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti innovattivi, l-akkwist ta’ ħiliet ġodda u l-kwalifiki tar-riżorsi umani, immirati kemm lejn persuni qiegħda kif ukoll lejn ħaddiema attivi jew li jaħdmu għal rashom;

q)

it-tħeġġiġ ta’ sħubijiet bejn iċ-ċentri differenti ta’ taħriġ u edukazzjoni fiż-żona tar-REKT, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali l-oħra, għall-iżvilupp ta’ proġetti konġunti;

r)

it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tar-riżorsi tal-fruntieri marbuta mal-protezzjoni ċivili u s-sigurtà billi jiġi promoss u ffaċiltat il-kuntatt bejn il-korpi responsabbli kemm min-naħa Spanjola kif ukoll minn dik Portugiża, bil-ħsieb tal-ippjanar u l-ġestjoni konġunta tar-riżorsi umani u r-riżorsi materjali b’rabta mal-prevenzjoni tar-riskji u l-implimentazzjoni ta’ azzjoni konġunta f’każ ta’ emerġenza jew diżastru;

s)

il-ħidma mal-amministrazzjonijiet taż-żewġ pajjiżi biex tittejjeb il-kura tas-saħħa;

t)

il-ħolqien ta’ programmi konġunti biex jistimulaw l-attività ekonomika, imsaħħa mir-relazzjonijiet bejn il-Portugall u Spanja u mill-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tan-negozju fi ħdan ir-REKT;

u)

l-organizzazzjoni ta’ offerta ta’ servizzi pubbliċi permezz tal-ħolqien tal-“karta ta’ Ewroċittadin” bħala l-għodda ewlenija għat-tixrid tal-benefiċċji tal-koeżistenza;

v)

il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ pjan ta’ stimolu tat-turiżmu, bi kriterji ta’ governanza kollaborattiva, imfassal biex jittrasforma r-REKT f’destinazzjoni turistika ta’ eċċellenza, huwa u jibni fuq il-partikolaritajiet komuni u l-istorja kondiviża tagħha;

w)

l-iżvilupp ta’ pjan integrat għal fieri tematiċi u speċjalizzati biex jiġu promossi r-riżorsi produttivi indiġeni eżistenti, b’mod konġunt u bi gwadanji ta’ skala;

x)

l-organizzazzjoni kull sena u b’mod konġunt ta’ attivitajiet ekstrakurrikulari, avvenimenti sportivi u kulturali, biex b’hekk jitrawwem taħriġ taż-żgħażagħ immirat lejn l-eżerċizzju tal-“Ewroċittadinanza”;

y)

il-promozzjoni ta’ avvenimenti Iberiċi fiż-żona ġeografika tar-REKT, bil-kapaċità li jattiraw turisti, viżitaturi, u investiment, u li jrawmu d-djalogu u l-iskambju kummerċjali u kulturali, u bejn l-intrapriżi;

z)

dawk kollha li huma ta’ interess għall-kooperazzjoni transfruntiera u interreġjonali, dejjem fir-rispett tal-kompetenzi interni ta’ kull membru tar-REKT Eurocidade Porta da Europa, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament REKT (1).

III.   DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT

IV.   MEMBRI

IV.1)

Għadd totali tal-membri tar-raggruppament: 4

IV.2)

Nazzjonalitajiet tal-membri tar-raggruppament: ES/PT

IV.3)

Informazzjoni dwar il-membri (2)

Isem reġistrat: Município de Almeida

Indirizz postali:Praça da Liberdade, n.o 8, Almeida, 6355-130 il-Portugall

Indirizz web: https://www.cm-almeida.pt/

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem reġistrat: Ayuntamiento de Fuentes de Oñoro

Indirizz postali:Plaza España, 1, Fuentes de Oñoro, 37480 Spanja

Indirizz web: https://ayuntamientofuentesdeonoro.com/

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem reġistrat: Ayuntamiento de Ciudad Rodrigo

Indirizz postali:Plaza Mayor, 27, Ciudad Rodrigo, 37500 Spanja

Indirizz web: https://www.ciudadrodrigo.es/

Tip ta’ membru: awtorità lokali

Isem reġistrat: Freguesia de Vilar Formoso

Indirizz postali:Rua do Externato, n.o 11, Vilar Formoso, 6355-265 il-Portugall

Indirizz web: http://www.jf-vilarformoso.pt/

Tip ta’ membru: awtorità lokali


(1)  Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(2)  Jekk jogħġbok żid l-informazzjoni għal kull membru.