|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 66/1 |
Avviż ta’ pożizzjoni vakanti CONS/AD/185/23
(2023/C 66 A/01)
TAGĦRIF ĠENERALI
|
Dipartiment |
L-Uffiċċju Privat tas-Segretarju Ġenerali |
|
Post tax-xogħol |
Brussell, il-Bini Justus Lipsius |
|
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur |
|
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 14 |
|
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
SECRET UE/EU SECRET |
|
DATA TAL-GĦELUQ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
9 ta’ Marzu 2023 — 12.00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell |
Min aħna
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill tal-UE u l-korpi preparatorji tagħhom fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tagħhom. Jipprovdi pariri u sostenn lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill u lill-Presidenti tagħhom fl-oqsma kollha ta’ attività, inkluż pariri ta’ politika u legali, koordinazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, elaborazzjoni ta’ kompromessi, superviżjoni, kif ukoll jittratta l-aspetti prattiċi kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija u t-tmexxija tajba tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill.
Is-Segretarju Ġenerali tmexxi s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Hija responsabbli għall-organizzazzjoni ġenerali tas-SĠK u għat-teħid tal-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-Segretarjat Ġenerali. Tissorvelja l-forniment tas-servizzi provduti mis-SĠK lill-presidenzi tal-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu, u lill-President tal-Kunsill Ewropew. Hija responsabbli wkoll għall-ġestjoni amministrattiva tas-SĠK fir-rigward tar-riżorsi umani u finanzjarji tiegħu u hija l-awtorità ta’ sigurtà tas-SĠK.
Is-Segretarju Ġenerali tieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill kif xieraq. Essenzjalment, ir-rwol tagħha huwa li tiżgura l-kontinwità, il-progress u l-koerenza tal-ħidma tal-Kunsill u li tagħti pariri lill-Kunsill u lill-presidenza tiegħu. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill hija wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Ewropew. Hija tattendi l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-organizzazzjoni tal-proċedimenti.
Is-Segretarju Ġenerali tirrappreżenta lill-Kunsill fil-livell tagħha fir-relazzjonijiet tal-Kunsill mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE, u tista’ tintalab tirrappreżenta lill-Kunsill quddiem il-Parlament Ewropew.
L-Uffiċċju Privat jappoġġa lis-Segretarju Ġenerali fid-dmirijiet tagħha li tassisti lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, fil-ġestjoni tas-SĠK u li tiżgura l-koordinazzjoni orizzontali bejn id-Direttorati Ġenerali.
L-Uffiċċju Privat tas-Segretarjat Ġenerali huwa magħmul mill-Kap tal-Uffiċċju, żewġ membri (uffiċjali AD) u tliet assistenti.
Qed noffru
Il-pożizzjoni ta’ Kap tal-Uffiċċju Privat tas-Segretarju Ġenerali hija waħda li toffri sfida f’kuntest politikament interessanti.
Int ser tagħti pariri u tappoġġa lis-Segretarju Ġenerali fit-twettiq ta’ dmirijietha, b’mod partikolari billi tappoġġa lill-President tal-Kunsill Ewropew u l-Uffiċċju Privat tiegħu u billi żżomm kuntatt mal-Presidenza u ma’ istituzzjonijiet oħra.
Ser tappoġġa lis-Segretarju Ġenerali fil-ġestjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-SĠK, fost oħrajn fil-kapaċità tagħha ta’ Awtorità tal-Ħatra u Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni, u billi tiżgura l-koordinazzjoni orizzontali bejn id-Direttorati Ġenerali, b’mod partikolari l-laqgħat tad-Diretturi Ġenerali.
Ser tkun responsabbli għall-ġestjoni tas-servizzi marbuta direttament mas-Segretarju Ġenerali: l-Awditu Intern, l-Uffiċċju tal-Protezzjoni tad-Data, it-Tim tal-Analiżi u r-Riċerka (ART), il-ġestjoni amministrattiva tal-Uffiċċju tal-Koordinatur għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u l-uffiċċju tat-Trasformazzjoni Diġitali.
Ser tkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali u l-koordinazzjoni tal-Uffiċċju Privat u tar-riżorsi tiegħu.
Ser tkun membru tal-korpi li ġejjin: il-Bord Konsultattiv tat-Tmexxija, il-Kumitat tal-Awditu, it-Tim għall-Ġestjoni ta’ Kriżijiet u l-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Ippjanar tal-Kontinwità tal-Operat.
Il-pożizzjoni tirrikjedi sigħat ta’ xogħol mhux normali. Int kif ukoll il-persunal tiegħek ser tibbenefikaw mill-arranġamenti flessibbli ta’ xogħol tas-SĠK, inkluż telexogħol okkażjonali.
X’qed infittxu
Qed infittxu maniġer dinamiku u b’sens qawwi ta’ impenn u livell għoli ta’ lealtà u diskrezzjoni, b’esperjenza sostanzjali fit-tfassil tal-politika tal-UE u fil-proċess leġiżlattiv tal-UE u għarfien estensiv tal-istruttura interna u l-funzjonament tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew kif ukoll tal-kwistjonijiet istituzzjonali tal-UE.
Ikollok viżjoni politika tajba u tifhem l-isfidi attwali tal-UE u l-esiġenzi li dawn jirrappreżentaw għas-SĠK.
Fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet koperti, għandu jkollok livell għoli ta’ għarfien organizzattiv u interess fl-iżvilupp tal-organizzazzjoni.
Minħabba n-natura tad-dmirijiet, għandek ukoll tkun reżiljenti, flessibbli, u tkun tista’ taħdem barra mis-sigħat tax-xogħol normali jekk ikun meħtieġ.
Il-managers kollha tas-SĠK huma mistennija jagħtu pariri lill-ġerarkija tagħhom u lill-partijiet ikkonċernati, jimmaniġġaw il-persunal u r-riżorsi finanzjarji tagħhom, u jirrappreżentaw lis-SĠK. Dawn l-aspettattivi huma mfissra fil-profil orizzontali tal-maniġers tas-SĠK (1).
Barra minn hekk, il-persuna impjegata jeħtieġ ikollha:
|
— |
il-kapaċità li taħseb u tippjana b’mod strateġiku, li tantiċipa u tidentifika problemi potenzjali u li tipproponi soluzzjonijiet u kompromessi fattibbli; |
|
— |
ħila ta’ tmexxija u kapaċità li tippromwovi spirtu ta’ tim qawwi u li tiggwida, timmotiva u tawtonomizza lill-persunal f’ambjent ta’ diversità u multikulturali, b’enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-persunal; |
|
— |
sens ta’ diplomazija, tagħraf meta għandha tkun flessibbli u meta tkun soda waqt li toqgħod attenta għad-dettall mingħajr ma titlef l-istampa ġenerali; |
|
— |
il-kapaċità li tippromwovi u żżomm relazzjonijiet tax-xogħol tajba ma’ firxa ta’ interlokuturi interni u esterni; |
|
— |
il-kapaċità li tilħaq qbil jew għanijiet komuni billi tagħti pariri speċifiċi lill-partijiet ikkonċernati u billi tiffaċilita d-diskussjoni b’mod effettiv u kostruttiv; |
|
— |
il-kapaċità li torganizza x-xogħol ġenerali tal-uffiċċju sabiex jintlaħqu l-iskadenzi kruċjali u li tiżgura t-tqassim ġust tax-xogħol fost il-membri tat-tim u l-ippjanar tas-suċċessjoni; |
|
— |
il-kapaċità li timmaniġġa t-tibdil u tappoġġa lill-persunal waqt it-tibdil; |
|
— |
ħiliet ta’ komunikazzjoni eċċellenti, inkluż ħiliet ta’ komunikazzjoni interpersonali. |
Peress li s-SĠK iħaddan politika ta’ mobbiltà għall-managers tiegħu, li huma mistennija jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f’oqsma ta’ attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
POLITIKA TA’ REKLUTAĠĠ
L-applikanti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin fil-mument tal-applikazzjoni:
|
a) |
Kondizzjonijiet ġenerali
|
|
b) |
Kondizzjonijiet speċifiċi
|
NB:
|
(1) |
Din il-pożizzjoni tirrikjedi approvazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għal dokumenti klassifikati (livell SECRET UE/EU SECRET). Il-kandidati li japplikaw għall-pożizzjoni jridu jkunu lesti jgħaddu minn investigazzjoni ta’ sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni ssir effettiva biss bil-kondizzjoni li l-kandidat magħżul jew magħżula tkun kisbet ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà. Kandidat mingħajr awtorizzazzjoni tas-sigurtà jiġi offrut jew tiġi offruta kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
|
(2) |
Il-kandidat li jintgħażel għandu jew għandha tkun lesta ssegwi l-programm ta’ taħriġ fil-ġestjoni tas-SĠK. |
PROĊEDURA TAL-GĦAŻLA
Fl-għażla tal-kandidati, l-Awtorità tal-Ħatra tkun megħjuna minn kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni. Il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jkollu l-appoġġ ta’ ċentru ta’ evalwazzjoni, immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni għall-istess tip ta’ pożizzjoni ma jibqgħux validi wara sentejn mid-data li fiha saru l-eżerċizzji rilevanti jew mat-tmiem tal-kuntratt qafas bejn is-SĠK u ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni inkwistjoni — skont liema data tiġi l-ewwel.
Il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni l-ewwel jevalwa u jqabbel il-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti kollha, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni komparattiva, il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jagħmel lista ristretta tal-kandidati li, fl-opinjoni tiegħu, huma l-aktar adatti sabiex jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Peress li din l-ewwel għażla hija bbażata fuq evalwazzjoni komparattiva tal-applikazzjonijiet, l-ilħuq tar-rekwiżiti għal din il-pożizzjoni vakanti ma jiggarantix stedina għall-ewwel intervista. Minn fost il-kandidati intervistati, il-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni jagħżel il-kandidati li għandhom jattendu ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, kif ukoll għat-tieni intervista mal-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni.
L-ippjanar proviżorju għall-proċedura ta’ selezzjoni huwa kif ġej:
|
— |
huwa mistenni li l-kandidati magħżula għall-intervisti jiġu infurmati fit-tieni nofs ta’ Marzu 2023; |
|
— |
l-ewwel intervisti huma previsti li jsiru fl-aħħar ta’ Marzu 2023; |
|
— |
iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni mistenni li jsir fl-ewwel nofs ta’ April 2023; |
|
— |
it-tieni ċiklu ta’ intervisti huwa previst għall-aħħar ta’ April 2023. |
NB: L-iskeda mogħtija hawn fuq hija purament indikattiva u tista’ tinbidel.
BAŻI LEGALI
Din il-pożizzjoni hija ppubblikata fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea u barra mill-istituzzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 29, il-paragrafi 1 u 2, tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4).
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija d-9 ta’ Marzu 2023 f’12:00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu biss bil-posta elettronika u jridu jintbagħtu lil “”applications.management@consilium.europa.eu” (5) sa mhux aktar tard mid-data u l-ħin tal-għeluq. Applikazzjonijiet li jaslu tard mhumiex ser jitqiesu.
Għandu jintuża l-indirizz elettroniku indikat hawn fuq għal kwalunkwe korrispondenza dwar il-proċedura tal-għażla (fil-linja tas-suġġett għandha titniżżel ir-referenza li ġejja: CONS/AD/185/23 CAB).
Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati għandhom jivverifikaw sew jekk jissodisfawx ir-rekwiżiti mniżżla hawn fuq, taħt “Politika ta’ Reklutaġġ”, biex b’hekk jevitaw l-esklużjoni awtomatika mill-proċedura tal-għażla.
Biex ikun validu, il-fajl tal-applikazzjoni jrid jinkludi d-dokumenti li ġejjin f’format pdf (NB: dokumenti maqfula, protetti bil-password jew b’firma elettronika ma jiġux aċċettati):
|
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni mimlija u datata kif suppost (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) — Application form.pdf”); biex tniżżel il-formola tal-applikazzjoni elettronika (EN jew FR) agħfas fuq il-ħolqa t-tajba hawn taħt jew ikkopjaha u ppejstjaha fil-browser tiegħek (6): https://www.consilium.europa.eu/media/53249/gsc-application_form_senior_management_en.docx https://www.consilium.europa.eu/media/53248/gsc-application_form_senior_management_fr.docx |
|
(b) |
curriculum vitae dettaljat bl-Ingliż jew bil-Franċiż (mingħajr ritratti), preferibbilment fil-format Europass (https://europa.eu/europass/en/create-europass-cv), li jkopri l-karriera kollha tiegħek u jelenka, fost oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tiegħek (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) — CV.pdf”); |
|
(c) |
ittra ta’ motivazzjoni, bl-Ingliż jew bil-Franċiż (il-fajl għandu jissemma “XXX (KUNJOMOK) — Motivation letter.pdf”); |
|
(d) |
kopji tad-diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u kopji tad-dokumenti u ċ-ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali, miġbura flimkien f’dokument pdf wieħed. Mhux biżżejjed li tibgħat biss il-curriculum vitae msemmi taħt (b). Id-dokumenti ta’ prova jridu jkunu nħarġu minn parti terza (il-fajl ikun imsemmi “XXX (KUNJOMOK) — Supporting documents.pdf”). |
Jekk ma jiġux inklużi dawn id-dokumenti l-applikazzjoni tkun invalida.
Id-dokumenti kollha ta’ prova msemmija taħt (d) għandhom jingħataw numru (Anness 1, 2, eċċ.) u jinġabru flimkien kif imsemmi hawn fuq.
Applikazzjonijiet li jaslu bil-posta jew permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ ħżin ta’ data bbażati fi cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni ta’ fajls ma jiġux ikkunsidrati.
Il-persuna magħżula minn fost il-kandidati tintalab tipprovdi d-dokumenti oriġinali msemmija hawn fuq.
Il-kandidati jirċievu email li tinfurmahom li l-applikazzjoni tagħhom tkun waslet. Madankollu, jistgħu jinqalgħu diffikultajiet tekniċi li minħabba fihom l-emails ma jaslux. Għalhekk, il-kandidati li ma jirċevux email li tikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni huma mitluba jikkuntattjaw lil applications.management@consilium.europa.eu. Peress li l-kumitat konsultattiv ta’ selezzjoni ser jibda l-ħidma tiegħu ftit wara d-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, kull korrispondenza dwar il-wasla tal-applikazzjoni għandha ssir fil-ġimgħa ta’ wara dik id-data.
DIVERSITÀ U INKLUŻJONI
Is-SĠK huwa impenjat favur id-diversità u l-inklużjoni. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjoni rilevanti: https://www.consilium.europa.eu/mt/general-secretariat/jobs/diversity-and-inclusion/
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Għal informazzjoni dwar il-proċeduri marbuta mat-talbiet għal ilmenti, appelli u riferimenti lill-Ombudsman Ewropew tista’ tikkonsulta lil:
https://www.consilium.europa.eu/media/56647/complaint-mt.pdf
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli għall-ipproċessar tad-data personali b’rabta ma’ din il-proċedura tal-għażla jinsabu fl-avviż dwar il-privatezza: https://www.consilium.europa.eu/media/56671/jobs-data-protection-083r00-mt.pdf
(1) https://www.consilium.europa.eu/media/53266/gsc-manager-profile-mt.pdf
(2) L-Artikolu 5(3)(c) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-applikanti jkollhom mill-inqas:
|
(i) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma, fejn il-perjodu normali ta’ edukazzjoni universitarja hu ta’ erba’ snin jew iżjed, jew |
|
(ii) |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti, iċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali adegwata ta’ mill-inqas sena, fejn it-tul ta’ żmien normali tal-edukazzjoni universitarja hu ta’ mill-inqas tliet snin. |
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), test konsolidat disponibbli fuq
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A01962R0031-20220101
(5) Dan l-indirizz elettroniku jappartjeni għal kaxxa postali funzjonali u jista’ jipproċessa biss messaġġi bil-kunfidenzjalità speċifikata bħala “Normal”; posta elettronika b’livell ta’ kunfidenzjalità differenti (eż. “Personal”, “Private”, “Confidential” jew posta kriptata) ma jistgħux jiġu pproċessati. Għaldaqstant, jekk jogħġbok agħżel il-livell ta’ kunfidenzjalità “Normal”. L-email ma tridx tkun akbar minn 25MB. Jekk id-daqs tal-email tiegħek bl-hemżiet magħha jkun ikbar minn dan, jekk jogħġbok qassam l-hemżiet fuq għadd ta’ emails.
(6) Jekk teħtieġ aktar informazzjoni u/jew tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil: applications.management@consilium.europa.eu