|
24.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/29 |
Sejħa għall-proposti 2023 — EAC/A14/2022
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2022/C 446/06)
1. Introduzzjoni u objettivi
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (1), kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2023 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (C(2022)5757). Il-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkopri l-perjodu bejn l-2021 u l-2027. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri l-azzjonijiet li ġejjin tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
Proġetti ta’ Volontarjat |
|
— |
Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja |
|
— |
Proġetti ta’ Solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-attivitajiet ta’ volontarjat ta’ solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-volontarjat ta’ għajnuna umanitarja |
|
— |
Volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja |
3. Eliġibbiltà
Kwalunkwe entità pubblika jew privata kemm jekk mingħajr skop ta’ qligħ kif ukoll jekk tagħmel profitt, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, tista’ tapplika għall-finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għal Proġetti ta’ Solidarjetà.
Il-pajjiżi li ġejjin (2) jistgħu jieħdu sehem b’mod sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej, |
|
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet huma miftuħa għal entitajiet legalment stabbiliti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2023.
4. Baġit u durata tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 142 200 000.
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu, huma indikati fil-Programm ta’ Ħidma annwali tal-2023 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà adottat fit-22 ta’ Awwissu 2022, u jistgħu jiġu modifikati soġġetti għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/reference-documents-resources.
L-għotjiet u d-durata tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u t-tipi ta’ applikanti eliġibbli.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
|
Proġetti ta’ Volontarjat |
23 ta’ Frar 2023 |
|
(sessjoni fakultattiva) 4 ta’ Ottubru 2023 |
|
|
Proġetti ta’ Solidarjetà |
23 ta’ Frar 2023 |
|
(sessjoni fakultattiva) 4 ta’ Mejju 2023 |
|
|
4 ta’ Ottubru 2023 |
|
|
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sal-17.00, ħin ta’ Brussell.
|
|
|
L-applikazzjonijiet għat-Tikketta tal-Kwalità jistgħu jitressqu fuq bażi kontinwa. |
|
|
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2023 għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet. |
6. Dettalji kollha
Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inkluż il-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2023 fuq l-indirizz tal-internet li ġej: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/calls-for-proposals
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2023 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) OV L 202, 8 6 2021., 32. lpp.
(2) Entitajiet legalment stabbiliti u persuni legalment residenti f’dawn il-pajjiżi.
(3) Soġġetti għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali.