|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 167/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AST/152/22 — Assistenti lingwistiċi (AST 1) għal-lingwi li ġejjin:
l-Estonjan (ET), il-Kroat (HR), it-Taljan (IT), l-Olandiż (NL), il-Pollakk (PL), il-Portugiż (PT)
(2022/C 167 A/01)
L-iskadenza għall-applikazzjoni: l-24 ta’ Mejju 2022 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
KONTENUT
|
1. |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 3 |
|
2. |
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ? | 3 |
|
3. |
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA? | 3 |
|
3.1. |
Kundizzjonijiet ġenerali | 3 |
|
3.2. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi | 3 |
|
3.3. |
Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol | 3 |
|
4. |
IL-KOMPETIZZJONI KIF SE TIĠI ORGANIZZATA? | 4 |
|
4.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni | 4 |
|
4.2. |
Il-lingwi użati f’din il-kompetizzjoni | 4 |
|
4.2.1. |
Ir-rekwiżiti tal-lingwa | 4 |
|
4.2.2. |
Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-testijiet | 5 |
|
4.2.3. |
Il-lingwi ta’ komunikazzjoni | 5 |
|
4.3. |
Il-fażijiet tal-kompetizzjoni | 5 |
|
4.3.1. |
Applikazzjoni | 5 |
|
4.3.2. |
Testijiet b’mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ) | 6 |
|
4.3.3. |
Kontroll tal-eliġibbiltà | 6 |
|
4.3.4. |
Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni | 6 |
|
4.3.5. |
L-ivverifikar tad-dokumenti mehmuża u t-twaqqif ta’ lista ta’ riżerva | 7 |
|
5. |
OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠEVOLAZZJONI RAĠONEVOLI | 8 |
|
ANNESS I |
— Kompiti tipiċi | 9 |
|
ANNESS II |
— Eżempji ta’ kwalifiki minimi | 10 |
|
ANNESS III |
— Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali | 19 |
1. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva u li minnhom l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “assistenti lingwistiċi” (grupp ta’ funzjoni AST 1).
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-kompetizzjoni.
L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:
l-Estonjan (ET) — 12
il-Kroat (HR) — 14
it-Taljan (IT) — 10
l-Olandiż (NL) — 14
il-Pollakk (PL)— 12
il-Portugiż (PT) — 14
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni jkopri sitt (6) lingwi. Il-kandidati jistgħu japplikaw biss għal lingwa waħda minnhom. Il-kandidati jridu jagħmlu l-għażla tagħhom meta japplikaw u ma jkunux jistgħu jibdluha wara li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom.
2. LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?
Ara Anness I għal aktar informazzjoni dwar il-kompiti tipiċi li l-kandidati magħżula huma mistennija jwettqu.
3. JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha elenkati hawn taħt, fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet.
3.1. Kundizzjonijiet ġenerali
Sabiex ikunu eliġibbli, il-kandidati jridu:
|
a) |
ikun igawdu mid-drittijiet kollha bħala ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, |
|
b) |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw is-servizz militari. |
|
c) |
jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-karattru għall-kompiti kkonċernati. |
3.2. Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi
Biex ikunu eliġibbli, il-kandidati jrid ikollhom għarfien ta’ mill-inqas tnejn mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, kif previst fit-Taqsima 4.2. aktar ’l isfel.
3.3. Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol
Biex ikunu eliġibbli, il-kandidati jrid ikollhom jew:
|
a) |
Livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja ċċertifikat b’diploma rilevanti għan-natura tad-dmirijiet kif indikat fl-Anness I, jew |
|
b) |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja, segwit minn tal-inqast tliet (3) snin esperjenza professjonali rilevanti għan-natura tad-dmirijiet kif indikat fl-Anness I. |
Ara l-Anness II għal eżempji ta’ kwalifiki minimi.
4. IL-KOMPETIZZJONI KIF SE TIĠI ORGANIZZATA?
4.1. Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni
Din il-kompetizzjoni se tiġi organizzata fil-fażijiet segwenti:
|
— |
Applikazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.1. aktar ’l isfel). |
|
— |
Testijiet b’mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ): testijiet ta’ raġunament verbali, numeriku u astratt u testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa (ara t-Taqsima 4.3.2. hawn taħt). |
|
— |
Kontrolli tal-eliġibbiltà (ara t-Taqsima 4.3.3. aktar ’l isfel). |
|
— |
Iċ-Ċentru ta’ evalwazzjoni: testijiet biex jiġu evalwati l-kompetenzi ġenerali (studju tal-każ u intervista bbażata fuq il-kompetenzi) u test relatat mal-qasam (ara t-Taqsima 4.3.4. aktar ’l isfel). |
|
— |
L-iċċekkjar tad-dokumenti ġustifikattivi u l-istabbiliment tal-listi ta’ riżerva (ara t-Taqsima 4.3.5. hawn taħt). |
Il-mod ta’ kif se jsiru t-testijiet (mill-bogħod/bil-preżenza fiżika) kif ukoll dettalji u struzzjonijiet oħra neċessarji se jiġu speċifikati fl-ittri ta’ stedina għat-testijiet.
Għat-testijiet MCQ kif ukoll għall-istudju tal-każ, il-kandidati jridu jagħmlu appuntament skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Normalment, l-EPSO joffri diversi dati għat-testijiet MCQ u data waħda għall-istudju tal-każ, li fihom il-kandidati jistgħu jagħmlu dawn it-testijiet. Il-perjodi tar-riżervazzjoni u tal-ittestjar huma limitati.
Jekk it-testijiet isiru bil-preżenza fiżika, l-EPSO jiżgura li l-kundizzjonijiet li fihom il-kandidati jagħmlu dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika rilevanti (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, awtoritajiet oħra internazzjonali, Ewropej u nazzjonali).
4.2. Il-lingwi użati f’din il-kompetizzjoni
4.2.1. Ir-rekwiżiti tal-lingwa
Il-kandidati f’din il-kompetizzjoni jridu jissodisfaw dawn iż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:
|
a) |
għarfien fil-fond (livell C2) ta' waħda mil-lingwi li ġejjin: l-Estonjan, il-Kroat, it-Taljan, l-Olandiż, il-Pollakk, jew il-Portugiż. Aktar ’il quddiem se ssir referenza għal din il-lingwa bħala l-“lingwa 1”; |
|
b) |
għarfien sodisfaċenti (minimu ta’ livell B2) tal-Ingliż jew Franċiż. Aktar ’il quddiem se ssir referenza għal din il-lingwa bħala l-“lingwa 2”. |
Il-livelli minimi indikati hawn fuq japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi.
Ir-rekwiżiti lingwistiċi f’din il-kompetizzjoni jqisu l-ispeċifiċità tad-dmirijiet tal-assistenti lingwistiċi fil-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni.
L-għażliet lingwistiċi għal-lingwa 1 jikkorrispondu għal-lingwa mira tal-unitajiet tat-traduzzjoni jew tal-abbozzar leġiżlattiv fl-istituzzjonijiet li t-testi tagħhom għandhom jiġu pproċessati. Għalhekk huwa meħtieġ għarfien profond (livell C2) tal-lingwa 1 għall-assistenti lingwistiċi sabiex ikunu jistgħu jipproċessaw testi kumplessi (li wħud minnhom huma ta’ natura legali) li jkunu ġew abbozzati jew tradotti f’dik il-lingwa.
Il-verżjonijiet oriġinali tad-dokumenti ttrattati mis-servizzi kkonċernati huma abbozzati l-aktar bl-Ingliż (pereżempju, fil-Parlament Ewropew, fil-Kunsill tal-UE jew fil-Kummissjoni Ewropea) jew bil-Franċiż (fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE). Skont l-istituzzjoni li tirrekluta, il-kandidati magħżula reklutati wara din il-kompetizzjoni se jkollhom jirreferu għal dawn id-dokumenti meta jipproċessaw id-dokumenti fil-lingwa 1.
Għandu jiġi nnutat ukoll li l-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet ikkonċernati jużaw prinċipalment l-Ingliż u l-Franċiż għall-komunikazzjoni interna u interistituzzjonali, kif ukoll għat-trattament ta’ files amministrattivi. Barra minn hekk, id-diversi għodod tal-IT użati f’dawn l-istituzzjonijiet huma l-aktar disponibbli bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Fl-aħħar nett, it-taħriġ intern huwa tipikament offrut f’dawn iż-żewġ lingwi, bħalma huwa t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u t-taħriġ bejn il-pari.
Għalhekk, il-kandidati jrid ikollhom għarfien tajjeb tal-Ingliż jew tal-Franċiż. Dan jiddetermina wkoll il-lingwa tat-testijiet (ara t-Taqsima 4.2.2. hawn taħt).
Għal raġunijiet operattivi, għar-reklutaġġ fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, l-assistenti lingwistiċi jrid ikollhom livell minimu ta’ B2 tal-Franċiż. Dan l-għarfien jiġi vverifikat qabel ir-reklutaġġ.
4.2.2. Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-testijiet
Fil-fażijiet differenti tal-kompetizzjoni, il-lingwi jintużaw kif ġej:
|
Il-fażi tal-kompetizzjoni |
Testijiet |
Lingwa |
|
Applikazzjoni |
— |
Kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE |
|
It-testijiet MCQ |
Testijiet ta' raġunament verbali, numeriku u astratt |
Lingwa 1 |
|
L-ewwel test tal-komprensjoni tal-lingwa |
Lingwa 1 |
|
|
It-tieni test tal-komprensjoni tal-lingwa |
Lingwa 2 |
|
|
Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni |
Studju tal-każ |
Lingwa 2 |
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi |
Lingwa 2 |
|
|
Test relatat mal-qasam tal-kompetizzjoni |
Lingwa 1 |
4.2.3. Il-lingwi ta’ komunikazzjoni
Fil-komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-EPSO, japplika dan li ġej:
|
a) |
Fil-komunikazzjoni — permezz tal-kont EPSO jew bl-email — bejn l-EPSO u l-kandidati li ppreżentaw applikazzjoni valida, l-EPSO jindirizza lill-kandidati kkonċernati b’waħda mil-lingwi li l-kandidati jkunu ddikjaraw li għandhom għarfien fil-livell B2 jew ogħla fit-Taqsima “Ability to read” (Abilità ta’ qari) fil-formola tal-applikazzjoni. |
|
b) |
Fil-każijiet ta’ talbiet u lmenti msemmija fil-punti 4.2.1. u 4.2.2. tar-Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali (fl-Anness III ta’ dan l-avviż), il-kandidati huma mħeġġa jippreżentaw it-talbiet jew l-ilmenti tagħhom bil-lingwa 2 tagħhom. L-EPSO jwieġeb kif iddikjarat fil-punt (a). |
|
c) |
Għall-mistoqsijiet l-oħra kollha tal-kandidati lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online, il-kandidati jistgħu jindirizzaw lill-EPSO bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-EPSO jwieġeb lill-kandidati kkonċernati b’waħda mil-lingwi li jkunu indikaw li lesti jirċievu tweġiba. |
4.3. Il-fażijiet tal-kompetizzjoni
4.3.1. Applikazzjoni
Biex japplikaw, il-kandidati jrid ikollhom profil tal-EPSO. Il-kandidati li għad ma għandhomx profil tal-EPSO, ikun jeħtiġilhom joħolqu wieħed. Jista’ jinħoloq kont wieħed biss għall-applikazzjonijiet tal-EPSO kollha ta’ kandidat partikolari.
Il-kandidati jridu japplikaw online fuq is-sit web tal-EPSO https://epso.europa.eu/job-opportunities sal-
24 ta’ Mejju 2022 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-formola tal-applikazzjoni online hija disponibbli b’24 lingwa uffiċjali tal-UE. Il-kandidati jistgħu jimlew il-formola tal-applikazzjoni tagħhom fi kwalunkwe waħda minnhom.
Permezz tal-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”. Ladarba l-kandidati jivvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom, ma jkunux jistgħu jagħmlu aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw li jimlew u jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, il-kandidati se jkollhom itellgħu — fil-kont tal-EPSO tagħhom — kopji skenjati tad-dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu pprovduti mill-EPSO.
4.3.2. Testijiet b’mistoqsijiet b’għażla multipla (MCQ)
Il-kandidati kollha li vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza se jiġu mistiedna jagħmlu serje ta’ testijiet MCQ, organizzati kif ġej:
|
Testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul |
Immarkar |
Marka minima meħtieġa |
|
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 minuta |
0 sa 20 |
20/40 |
|
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 minuta |
0 sa 10 |
|
|
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 minuti |
0 sa 10 |
|
|
L-ewwel test tal-komprensjoni tal-lingwa |
Lingwa 1 |
12-il mistoqsija |
25 minuta |
0 sa 12 |
7/12 |
|
It-tieni test tal-komprensjoni tal-lingwa |
Lingwa 2 |
12-il mistoqsija |
25 minuta |
0 sa 12 |
7/12 |
Il-kandidati jridu jiksbu mill-inqas il-marki minimi meħtieġa indikati fit-tabella ta’ hawn fuq. Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet mhux se jingħaddu mal-marka globali finali.
Il-kandidati li jiksbu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tar-raġunament u waħda mill-aħjar marki fit-testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa se jkollhom l-applikazzjoni tagħhom iċċekkjata għall-eliġibbiltà kif speċifikat fit-Taqsima 4.3.3.
4.3.3. Kontroll tal-eliġibbiltà
Il-kontroll tal-eliġibbiltà jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kontrolli tal-eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 (“Jien eliġibbli biex napplika?”) ta’ dan l-avviż. Dan se jsir abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati li jsiru fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom.
Huma biss il-files tal-kandidati li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tar-raġunament u waħda mill-aħjar marki fit-testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa li jgħaddu mill-kontroll tal-eliġibbiltà.
Il-kontroll tal-eliġibbiltà jsir fl-ordni dixxendenti tal-marki globali tal-kandidati miksuba fit-testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa. Il-files jiġu ċċekkjati sakemm l-għadd ta’ kandidati meqjusa eliġibbli jilħaq tliet darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull lingwa. Dawn il-kandidati tal-aħħar biss ikunu mistiedna għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. Il-files tal-kandidati l-oħra ma jiġux ivverifikati.
4.3.4. Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni
Sa massimu ta’ tliet darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull lingwa se jiġu mistiedna għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
It-tir taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni huwa li jiġu evalwati il-kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi relatati mal-qasam tal-kandidati.
a)
Il-kompetenzi ġenerali se jiġu evalwati permezz ta’ żewġ testijiet magħmula fil-lingwa 2 — studju ta’ każ u intervista bbażata fuq il-kompetenzi — kif indikat fit-tabella li ġejja:
|
Kompetenza |
Test |
Immarkar |
Marka minima meħtieġa |
||
|
Studju tal-każ |
1 sa 10 |
Marka minima meħtieġa kkombinata: 35/70 |
||
|
Studju tal-każ |
1 sa 10 |
|||
|
Studju tal-każ |
1 sa 10 |
|||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi |
1 sa 10 |
|||
|
Studju tal-każ |
1 sa 10 |
|||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi |
1 sa 10 |
|||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi |
1 sa 10 |
Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu, il-kandidati għandhom jilħqu marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 35/70 b’kollox għall-kompetenzi kollha kkombinati. Il-marki miksuba jingħaddu mal-marka globali finali.
b)
Il-kompetenzi relatati mal-qasam se jiġu vvalutati permezz ta’ test fil-lingwa 1, organizzat kif ġej:
|
Test |
Tul |
Immarkar |
Marka minima meħtieġa |
|
Finalizzazzjoni ta’ test |
Siegħa (1) |
0 sa 100 |
60/100 |
Il-marki miksuba jingħaddu mal-marka globali finali.
4.3.5. L-ivverifikar tad-dokumenti mehmuża u t-twaqqif ta’ lista ta’ riżerva
Il-Bord tas-Selezzjoni se jivverifika d-dokumenti mehmuża tal-kandidati wara l-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u qabel ma jistabbilixxi l-listi ta’ riżerva. Dan jinvolvi l-verifika ta’ jekk id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru fil-formola tal-applikazzjoni tal-kandidati (inkluż fit-Taqsimiet “Education and training” (Edukazzjoni u Taħriġ) u “Professional Experience” (Esperjenza professjonali) humiex ġustifikati mid-dokumenti li jkunu tellgħu fil-kont tal-EPSO tagħhom.
Sabiex iħejji l-listi ta’ riżerva għal kull lingwa, il-Bord tas-Selezzjoni jiċċekkja l-files tal-kandidati sakemm jintlaħaq in-numru ta’ kandidati magħżula mfittxija għal kull lista. Il-files tal-kandidati l-oħra ma jiġux ivverifikati.
Għalhekk, il-listi ta’ riżerva jinkludu biss l-ismijiet tal-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa fit-testijiet kollha, waħda mill-ogħla marki fit-testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa, kif ukoll l-ogħla marki globali, minn 170, fil- testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku. Il-listi ta’ riżerva se jkunu disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ.
Il-passaporti ta’ kompetenza tal-kandidati li jirnexxu, li jkun fihom rispons kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni, se jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-kandidati li tnexxew ikkonċernati u għas-servizzi ta’ reklutaġġ.
L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva mhijiex dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.
5. OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠEVOLAZZJONI RAĠONEVOLI
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs fil-konfront tal-kandidati kollha.
Il-kandidati li għandhom xi diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet, għandhom jindikaw dan fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom u jimxu mal-proċedura biex jitolbu aġevolazzjoni raġonevoli kif deskritta fir-Regoli ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (ara l-Anness III, taħt it-Taqsima 1.3.). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti mehmuża rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi aġevolazzjoni raġonevoli fejn jitqies neċessarju.
Fuq is-sit web tal-EPSO, wieħed isib aktar informazzjoni dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tal-EPSO u kif tista’ tintalab aġevolazzjoni raġonevoli.
ANNESS I
KOMPITI TIPIĊI
Dmirijiet komuni għall-istituzzjonijiet kollha
L-assistenti lingwistiċi jiġu mistennija jwettqu, f’ambjent multilingwi, varjetà ta’ dmirijiet li jistgħu jinkludu:
|
1. |
Assistenza lil-lingwisti, lit-tradutturi, u/jew lill-ġuristi-lingwisti fil-ħidma ta’ traduzzjoni, reviżjoni u finalizzazzjoni, inkluż għal traduzzjonijiet partikolarment importanti/sensittivi: it-tħejjija ta’ dokumenti fil-lingwa tat-tim, it-twettiq ta’ riċerka terminoloġika, ipproċessar ta’ testi qabel u wara li jinħadmu biex jinġiebu konformi mal-istandards ta’ kwalità formali, tekniċi u tal-format. |
|
2. |
It-twettiq tad-dmirijiet tagħhom bl-użu ta’ għodod tat-traduzzjoni, software tal-word processing, għodod CAT (Computer Assisted Translation), applikazzjonijiet tal-uffiċċju, u għodod tal-IT disponibbli oħrajn. |
|
3. |
L-appoġġ għal-lingwisti, it-tradutturi u/jew il-ġuristi lingwisti fl-użu tal-għodod tal-IT. |
|
4. |
L-appoġġ għat-taħriġ prattiku u fi ħdan l-unità, l-integrazzjoni ta’ kollegi ġodda, l-għajnuna fl-iżvilupp u l-ittestjar ta’ għodod tal-IT. |
|
5. |
L-iżgurar tal-ġestjoni tad-dokumenti: l-itrattar ta’ talbiet bit-telefown u bl-email, il-ġestjoni u l-ipproċessar tat-talbiet għat-traduzzjoni, is-segwitu, u l-arkivjar ta’ dokumenti u korrispondenza, li tintbagħat informazzjoni u dokumentazzjoni lit-tradutturi freelance, kuntatt mal-klijenti interni u esterni. |
|
6. |
Il-ġestjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni lingwistika: it-twettiq ta’ tfittxijiet għal dokumenti ta’ referenza, titoli, test u/jew mudelli legali u oħrajn fil-bażijiet tad-data; li jittellgħu dokumenti fil-bażijiet tad-data, fis-servers u fis-siti web; iż-żamma tar-riżorsi lingwistiċi u ta’ dokumentazzjoni, li jiżdied materjal ġdid u l-aġġornar tal-memorji tat-traduzzjoni; il-ġestjoni tal-korrispondenza ma’ esperti nazzjonali, il-kooperazzjoni mal-libreriji tas-servizz u ma’ sħab esterni; it-tiftix, il-ġabra u t-tixrid tal-informazzjoni. |
|
7. |
Li jinżammu aġġornati l-memorji tat-traduzzjoni tematiċi b’kooperazzjoni mat-tradutturi jew il-ġuristi lingwisti: il-ġestjoni tas-sentenzi fil-EURAMIS (memorja ċentrali tat-traduzzjoni), il-korrezzjoni tal-allinjamenti mhux ipproċessati, eċċ. |
Dmirijiet addizzjonali fil-Kunsill tal-UE
Fil-Kunsill, id-dmirijiet tal-assistenti lingwistiċi jistgħu jinkludu wkoll dan li ġej:
|
1. |
Ir-reviżjoni tat-testi fil-lingwa 1 billi jitqabbel il-kontenut tagħhom mad-dokumenti oriġinali abbozzati f’lingwa oħra magħrufa mill-assistent jew l-assistenza f’tali ħidma kif xieraq. |
|
2. |
L-għoti ta’ assistenza lill-President tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Ġuristi Lingwisti tal-Kunsill dwar il-konsolidazzjoni tal-kummenti mill-Istati Membri tal-UE u t-teħid tan-noti matul il-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma. |
|
3. |
L-għoti ta’ assistenza relatata mal-kontenut, organizzazzjonali u teknika lill-ġuristi-lingwisti bit-titħejja u t-twettiq ta’ reviżjoni minn qabel tal-atti leġiżlattivi fil-lingwa tat-tim skont il-mudell magħmul fil-lingwa tan-negozjati mill-ġuristi-lingwisti responsabbli mid-dokument. |
Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT L-ISTAT MEMBRU U R-RENJU UNIT U SKONT IL-GRADI LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONI
Agħfas hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji
|
PAJJIŻ |
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja) |
Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ snin jew aktar) |
|||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d'enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature/Kandidaat Graduat/Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d'études approfondies (DEA) Diplôme d'études spécialisées (DES) Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česko |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA eller BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta/National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile/University degree Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht/Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d'études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d'études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d'ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea — L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d'ingénieur technicien |
Master Diplôme d'ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma's) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of «Ingenieur» |
HBO/WO Master's degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom Fachhochschuldiplom Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (colegiu universitar) Învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma Magisterij Specializacija Doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
|
NOTE: UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State. |
||||||||||||||||
Tmiem l-ANNESS II, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali
ANNESS III
REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jenħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli?” ta’ dan l-Avviż li tkun rilevanti għad-dmirijiet .
|
(a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru għall-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. Il-Bord tas-Selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
|
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u tkun:
|
1.2. Dokumenti ta’ prova
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
|
— |
dokumenti minn impjegatur(i) tal-passat u impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
|
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
|
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
|
— |
(għall-interpreti tal-konferenzi, meta l-esperjenza professjonali tkun meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ ġranet, u minn liema u lejn liema lingwi seħħet l-interpretazzjoni, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni tal-konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ prova għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti raġonevoli
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustament raġonevoli li għandek bżonn. Jekk diżabbiltà jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ prova tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-aġġustament raġonevoli jista’ jsir meta dan ikun meħtieġ.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO:
|
— |
posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); jew |
|
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur Bord tas-Selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Avviż tal-Kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom fuq il-bażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-Bordijiet tas-Selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-Bord tas-Selezzjoni jkunu ppubblikati fil-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/tal-fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Jenħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-Avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ xi applikazzjoni, semmi ismek kif jidher fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personalment, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
|
— |
It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż b’mod espliċitu; |
|
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati; |
|
— |
Talent screener: ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
|
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss; |
|
— |
fażi/ċentru ta’ evalwazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-Bord tas-Selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ evalwazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunika lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, billi dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
|
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
|
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
|
— |
it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni wara talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jenħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien 10 ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO, esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif jidher fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
Jekk il-problema tinqala’ f’ċentru tat-testijiet jew waqt ittestjar mill-bogħod:
|
— |
avża minnufih lill-inviġilaturi sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
|
— |
ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) .
Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-Bordijiet tas-Selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-Bord tas-Selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
B’din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-Avviż tal-Kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien 3 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati lmenti li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
|
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-Avviż tal-Kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, tal-esperjenza u/jew tal-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li dan huwa prova ta’ żball min-naħa tiegħu. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata tkun ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-Bord tas-Selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa' tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
id-data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li d-deċiżjoni kellha tittieħed qabilha; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
L-ilmenti li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni miftuħa, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tas-selezzjoni.
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
|
— |
proċedura: jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (https://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkonsulta s-sit tal-Ombudsman Ewropew (https://www.ombudsman.europa.eu/). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li:
|
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
|
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
|
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà; |
|
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
|
— |
ma weġibx għal xi waħda mill-mistoqsijiet tat-Talent Screener; |
|
— |
ma kkonformajtx mat-termini u l-kundizzjonijiet għat-testijiet organizzati mill-bogħod; |
|
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek; |
|
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
|
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi; |
|
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
|
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
|
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-Avviż tal-Kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ prova jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew |
|
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Barra minn hekk, jekk ma ħadtx sehem fil-prova tal-konnettività iżda sussegwentement ħadt sehem f’testijiet mill-bogħod u esperjenzajt problemi ta’ konnettività, l-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtikx ħin ieħor għat-test.
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
5. APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ
Il-persunal li jittratta informazzjoni sensittiva u klassifikata li teħtieġ livell għoli ta’ kunfidenzjalità (informazzjoni “klassifikata tal-UE”) għandu jkollu l-livell xieraq ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà.
Konsegwentement, il-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni jistgħu jintalbu, għal ċerti karigi, li jkollhom jew ikunu f’pożizzjoni li jiksbu, fi żmien debitu, ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal.
Dan jista’ jimplika li, bħala prerekwiżit għar-reklutaġġ f’ċerti karigi, il-kandidati magħżula jistgħu jkunu meħtieġa jgħaddu mill-proċedura ta’ approvazzjoni tas-sigurtà li titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom.
Qabel ma japplikaw għal din l-għażla, nagħtu parir li l-kandidati jinfurmaw ruħhom dwar din il-kompetizzjoni.
Rekwiżiti bħal dawn se jiġu indikati b’mod ċar fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni kkonċernata.
6. PROTEZZJONI TAD-DATA
Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Ara wkoll id-Dikjarazzjoni speċifika ta’ privatezza dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa (2).
Tmiem l-ANNESS III, agħfas hawnhekk biex terġa’ tmur għat-test prinċipali
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) https://epso.europa.eu/content/specific-privacy-statement-personal-data-protection-within-framework-open-competition_mt