|
28.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/3 |
DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI
tad-9 ta’ Frar 2022
dwar il-vaganzi ġudizzjarji
(2022/C 138/03)
IL-QORTI ĠENERALI
Wara li rat l-Artikolu 41(2) tar-Regoli tal-Proċedura,
TIDDEĊIEDI:
Artikolu 1
Għas-sena ġudizzjarja li tibda mill-1 ta’ Settembru 2022, id-dati tal-vakanzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 41(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:
|
— |
Milied 2022: mit-Tnejn 19 ta’ Diċembru 2022 sal-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023, biż-żewġ ġranet inklużi; |
|
— |
Għid 2023: mit-Tnejn 3 ta’ April 2023 sal-Ħadd 16 ta’ April 2023, biż-żewġ ġranet inklużi; |
|
— |
Sajf 2023: mill-Ħadd 16 ta’ Lulju 2023 sal-Ħamis il-31 ta’ Awwissu 2023, biż-żewġ ġranet inklużi. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ Marzu 2022.
Ir-Reġistratur
E. COULON
Il-President
M. VAN DER WOUDE