22.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/17


Notifika għal kariga battala ta’ Direttur Amministrattiv (Grad AD 14) għal Eurojust — The Hague (fl- Olanda) — 22/EJ/05

(2022/C 129/08)

L-Eurojust se jilqa’ applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Direttur Amministrattiv għal Eurojust. L-Eurojust ġie stabbilit fl-2002 sabiex itejjeb l-effettività tal-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Istati Membri li jkollhom x’jaqsmu ma’ delitti serji organizzati u traskonfini. L-Eurojust huwa ffurmat minn kulleġġ ta’ prosekuturi, imħallfin jew uffiċjali tal-Pulizija li huma responsabbli għall-organizzazzjoni u għall-operat tiegħu. Id-Direttur Amministrattiv huwa responsabbli, taħt is- surperviżjoni tal-President tal-Kulleġġ, għall-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Eurojust u l-maniġment tal-istaff tiegħu. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-website għan-notifika tal-kariga dettaljata u għal tagħrif dwar il-proċedura tal-applikazzjoni:

http://www.eurojust.europa.eu/careers/vacancies/Pages/Vacancies.aspx

L-applikazzjonijiet għandhom jaslu sa nofsillejl tas-28 ta’ April 2022 Ħin Ċentrali Ewropew.