|
8.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 111/12 |
Avviż li jemenda l-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/392/21 — Amministraturi (AD 7) fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza alimentari — 1. It-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tas-saħħa — 2. It-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tas-sikurezza alimentari — 3. Awditjar, spezzjoni u evalwazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza alimentari
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 193 A tal-20 ta’ Mejju 2021 )
(2022/C 111 A/10)
Fil-paġna 7, it-Taqsima 5 “Ċentru ta’ evalwazzjoni” għandha tinqara:
“5) Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni
Għal din il-fażi, se jiġi mistieden għadd ta’ kandidati li ma jkunx iktar minn tliet (3) darbiet l-ammont ta’ kandidati ta’ suċċess imfittxija għal kull qasam. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, se tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata waħda jew diversi ġranet f’ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) bil-lingwa 2 tiegħek. Innota li l-istudju tal-każ jista’ jiġi organizzat f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Il-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.
Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.
Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni se jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għal kull qasam, permezz ta’ tliet (3) testijiet kif deskritt fiż-żewġ matriċi li ġejjin:
|
Kompetenza |
Testijiet |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali |
||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali |
||
|
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi sitwazzjonali |
Kull kompetenza ġenerali tiġi mmarkata minn 1 sa 10 punti. Ma jkun hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza. Madankollu, trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox.
|
Kompetenza |
Test |
|
Kompetenzi relatati mal-qasam |
Intervista relatata mal-qasam |
Marka minima meħtieġa: 50/100”