20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 513/2 |
Teħid ta’ ġurament mill-Membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2021/C 513/02)
Maħtura bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Frar 2021 (1), tal-21 ta’ April 2021 (2), tat-2 ta’ Ġunju 2021 (3) u tas-7 ta’ Lulju 2021 (4), għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2027, M. Gavalec, O. Spineanu-Matei, D. Gratsias, Z. Csehi u M. L. Arastey Sahún ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.
Maħtura bħala Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ April 2021 2, tas-7 ta’ Lulju 2021 4 u tat-8 ta’ Settembru 2021 (5), għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2027, N. Emiliou, T. Ćapeta u L. Medina ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.
Maħtur bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Settembru 2021 5, għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2024, A. M. Collins ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.
(2) ĠU L 176, 19.5.2021, p. 3.
(3) ĠU L 201, 8.6.2021, p. 28.