26.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 476/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 476/04)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mis-Slovenja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1), F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Is-Slovenja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mitejn anniversarju tal-Mużew Provinċjali għal Carniola, l-ewwel mużew fis-Slovenja.

Id-Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn kien ispirat miċ-ċintorini ta’ Vače Situla – wieħed mill-ifjen oġġetti tal-arti situla. Iċ-ċintorini huma simbolu grafiku għall-istratifikazzjoni tal-istorja li l-mużew għandu għall-ġenerazzjonijiet futuri. Id-disinn juri l-fażijiet tal-istorja tal-mużew b’ismijiet differenti tul l-istorja twila tiegħu ta’ 200 sena. L-ismijiet huma murija f’ċintorini kif setgħu kienu kieku kienu miktuba fuq iċ-ċintorini ta’ Vače Situla. Id-disinn jinkludi l-isem tal-pajjiż “SLOVENIJA” u s-sena tal-ħruġ “2021”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:1 000 000

Id-data tal-ħruġ: Ottubru 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52).