18.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 466/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 466/03)

Image 1

Wiċċ nazzjonali għall-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Andorra

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: L-Andorra

Subject of commemoration: Il-Madonna ta’ Meritxell

Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq quddiem tad-disinn hemm ir-riproduzzjoni tas’ skultura mnaqqxa Romaneska tal-Madonna ta’ Meritxell (il-patruna tal-Prinċipat ta’ Andorra), li tmur lura għas-Sekli 11 u 12. L-isfond tad-disinn juri riproduzzjoni parzjali tas-santwarju bażilika fejn tinsab l-iskultura, element grafiku li jissimbolizza fjura, l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “ANDORRA” u s-snin “1921-2021”. Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 73 750

Id-data tal-ħruġ: Fl-aħħar kwart tal-2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).