|
9.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 363/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AD/393/21 — AMMINISTRATURI (AD 6) FIL-QASAM TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA
(2021/C 363 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: It-12 ta’ Ottubru 2021 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq il-kwalifiki u t-testijiet, biex tinħoloq lista ta’ riżerva li minnha l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “amministraturi” (grupp ta’ funzjoni AD).
Dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura ta' selezzjoni.
Ara l-ANNESS II għar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.
L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula: 76
Matul din il-proċedura ta’ selezzjoni, se tiġi mistieden tagħmel bosta testijiet kif indikat f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni. L-EPSO jiżgura li l-kundizzjonijiet li bihom tagħmel dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika relevanti (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard/awtoritajiet oħra internazzjonali/Ewropej u nazzjonali).
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?
Id-dmirijiet jinkludu t-tħejjija ta’ rapporti, opinjonijiet, linji gwida, rakkomandazzjonijiet, l-aħjar prattiki u deċiżjonijiet bil-għan li tiġi żgurata l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Pulizija (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta’ leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll il-monitoraġġ tal-iżviluppi ta’ politika u leġiżlattivi marbuta mal-protezzjoni tad-data personali.
Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar il-kompiti tipiċi li għandhom jitwettqu.
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA li ġejjin sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet online. Ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti f’din it-taqsima se jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet online tal-kandidati qabel it-testijiet taċ-Ċentru ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet li jsiru fl-applikazzjonijiet online se jiġu ċċekkjati mad-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati qabel ma titfassal il-lista ta’ riżerva. Il-kandidati jiġu infurmati bid-deċiżjoni meħuda. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-Bord tas-Selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà taħt it-taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza Professjonali” tal-applikazzjoni online tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu l-kompiti msemmija fl-Anness I.
1) Kundizzjonijiet ġenerali
|
— |
Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta' Stat Membru tal-UE |
|
— |
Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari |
|
— |
Tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għall-kompiti kkonċernati |
2) Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi
Irid ikollok għarfien ta’ livell minimu C1 (għarfien profond) ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE .
Ta’ min jinnota li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola ta’ applikazzjoni. Dawn il-kapaċitajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60
F’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:
|
— |
Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla bbażati fuq il-kompjuter għar- raġunament verbali, numeriku u astratt fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. |
|
— |
Lingwa 2: Il-lingwa użata għat-test ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla bbażat fuq il-kompjuter relatat mal-qasam u għall-ittestjar tal- kompetenzi ġenerali u dawk relatati mal-qasam fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1. |
Il-komunikazzjoni permezz tal-profil tal-EPSO bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida ssir f’waħda mil-lingwi li jkunu ddikjaraw fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom fil-livell B2 jew ogħla.
Il-Lingwa 2 trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.
Din il-kompetizzjoni hija organizzata prinċipalment biex tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-KEPD kif ukoll għal dawk ta’ dipartimenti oħra li jittrattaw aspetti ta’ protezzjoni tad-data fl-istituzzjonijiet li qegħdin jirreklutaw.
Il-kandidati li jirnexxu u li jiġu rreklutati għall-qasam tal-protezzjoni tad-data huma meħtieġa li jkollhom għarfien profond tal-Ingliż jew tal-Franċiż, tal-anqas f’livell C1, li huwa l-livell minimu meħtieġ għall-provvista ta’ analiżi legali f’waħda minn dawk il-lingwi, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub.
Fir-rigward tal-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni bħall-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data, l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa, kif ukoll għall-ispezzjonijiet imwettqa, huwa essenzjali li jkun hemm għarfien profond tal-Ingliż jew tal-Franċiż. Internament, il-KEPD u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) jaħdmu prinċipalment bl-Ingliż u bil-Franċiż: il-laqgħat kollha jsiru bl-Ingliż jew bil-Franċiż, u dawn iż-żewġ lingwi jintużaw f’laqgħat ta’ informazzjoni, rappurtar, abbozzi ta’ dokumenti kif ukoll fl-għoti kollu ta’ pariri esterni.
Barra minn hekk, sa fejn għandhom x’jaqsmu s-servizzi legali u dipartimenti oħrajn tal-istituzzjonijiet li qegħdin jirreklutaw:
|
— |
L-uffiċjali li jaħdmu mal-protezzjoni tad-data, inkluż f’unitajiet li jittrattaw affarijiet legali, fis-servizzi legali u d-dipartimenti oħrajn tal-istituzzjonijiet jipprovdu pariri legali kemm fl-istituzzjonijiet kif ukoll lil partijiet ikkonċernati oħra. Il-pariri, il-gwida, l-opinjonijiet legali, ir-rapporti, l-analiżi, id-deċiżjonijiet u dokumenti oħra prodotti mill-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data, kif ukoll id-dokumenti li jeżaminaw mill-ġdid, huma ġeneralment abbozzati bl-Ingliż jew bil-Franċiż. |
|
— |
Il-komunikazzjoni mal-Istati Membri sseħħ l-iktar bl-Ingliż u n-negozjati u l-komunikazzjoni interistituzzjonali jsiru bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Il-laqgħat interistituzzjonali dwar dawn is-suġġetti jsiru f’dawn iż-żewġ lingwi u għalhekk jeħtieġu li l-konsulenti legali u parteċipanti oħra f’dawn il-laqgħat ikollhom ħakma tal-Ingliż jew tal-Franċiż sabiex isegwu d-dibattiti, jintervjenu u jipprovdu pariri legali. |
|
— |
Fir-rigward tax-xogħol ta’ litigazzjoni, li huwa parti sinifikanti mix-xogħol tas-servizzi legali u d-dipartimenti oħrajn tal-istituzzjonijiet, id-dokumenti proċedurali kollha jridu jintbagħtu lill-qrati tal-UE kemm bil-lingwa tal-kawża kif ukoll bil-Franċiż, li hija, b’użanza, il-lingwa li biha l-qrati tal-UE jmexxu d-deliberazzjonijiet. Is-servizzi legali u d-dipartimenti oħrajn jridu jkunu jistgħu jibbażaw fuq numru suffiċjenti ta’ amministraturi li jistgħu jirrevedu l-verżjoni Franċiża tal-atti proċedurali li għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-qrati tal-UE. Barra minn hekk, parti mill-każistika tal-Qorti Ġenerali hija disponibbli biss bil-Franċiż u fil-lingwa tal-kawża. Sabiex jipprovdu riċerka u pariri legali ta’ kwalità għolja u bir-reqqa mistennija, is-servizzi legali u d-dipartimenti oħrajn iridu għalhekk ikollhom numru suffiċjenti ta’ amministraturi bi kmand profond tal-Franċiż. |
Għalhekk, din l-għażla hija orjentata lejn is-servizz u, konsegwentement, il-kandidati ta’ suċċess huma meħtieġa li jkollhom għarfien tal-Ingliż jew tal-Franċiż mill-inqas fil-livell C1 sabiex ikunu operattivi immedjatament wara r-reklutaġġ.
3) Kundizzjonijiet speċifiċi – kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin iċċertifikati b’diploma, segwiti minn mill-inqas tliet (3) snin esperjenza professjonali xierqa fil-livell tal-gradwati relatata mal-qasam tal-kompetizzjoni, jiġifieri l-iżvilupp ta’ politiki dwar il-protezzjoni tad-data u/jew l-applikazzjoni ta’ qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data.
Ara l-ANNESS III għal eżempji ta’ kwalifiki minimi
KIF SE NINTGĦAŻEL?
1) Il-proċess tal-applikazzjoni
Meta timla l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek , trid:
|
— |
tagħżel lingwa 1 u lingwa 2 għat-testijiet
|
|
— |
tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni |
|
— |
tipprovdi aktar informazzjoni rilevanti għall-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol) |
Il-formola tal-applikazzjoni online hija disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Tista’ tagħżel kwalunkwe waħda minn dawn il-lingwi meta timlieha.
Meta tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tagħmel aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza.
2) Test b'Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) relatat mal-qasam ibbażat fuq il-kompjuter
Jekk tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza, se tiġi mistieden għal test MCQ relatat mal-qasam ibbażat fuq il-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO inkella mill-bogħod. Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-test MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. L-EPSO se joffrilek tipikament diversi dati li fihom tista’ tagħmel it-test f’diversi lokalitajiet. Inkella, l-EPSO jista’ jiddeċiedi li joffrilek il-possibbiltà li tagħmel it-test online. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati .
It-test MCQ relatat mal-qasam ibbażat fuq il-kompjuter se jkun organizzat kif ġej:
|
Test |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta’ żmien |
Marka |
Marka minima meħtieġa |
|
Test MCQ relatat mal-qasam |
Lingwa 2 |
40 mistoqsija |
60 min |
Minn 40 punt |
20/40 |
Dan it-test huwa eliminatorju, li jfisser li sabiex tgħaddi għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni, trid tikseb tal-anqas il-marka minima meħtieġa indikata fit-tabella ta’ hawn fuq. Il-marka miksuba se tiġi miżjuda mal-marki l-oħra miksuba fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.
3) Ċentru ta’ evalwazzjoni
Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet in-numru stabbilit ta’ kandidati ta’ suċċess se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek, u jekk ġibt waħda mill- ogħla marki fit-test MCQ relatat mal-qasam ibbażat fuq il-kompjuter, se tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata waħda jew diversi ġranet f’ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment). Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.
Testijiet:
|
a) |
Kif deskritt fil-matriċi li ġejjin, tmien kompetenzi ġenerali se jiġu vvalutati permezz ta’ żewġ testijiet – Studju tal-każ u Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza. Il-kompetenzi relatati mal-qasam se jiġu vvalutati permezz ta’ test wieħed – intervista relatata mal-qasam. Se tagħmel dawn it-testijiet kollha fil-lingwa 2 tiegħek. |
|
Kompetenza |
Test |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza |
||
|
Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza |
||
|
Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza |
Marki minimi meħtieġa: Kull kompetenza tiġi mmarkata minn 0 sa 10 punti. Ma hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza, madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 40/80 b’kollox. Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet jingħaddu mal-marka globali finali
|
Kompetenza |
Test |
Marka |
Marka minima meħtieġa |
|
Kompetenzi relatati mal-qasam |
Intervista relatata mal-qasam |
Minn 140 punt |
70/140 |
Għat-test tal-intervista relatata mal-qasam, trid tikseb mill-inqas il-marka minima meħtieġa indikata fit-tabella ta’ hawn fuq sabiex tipproċedi fil-kompetizzjoni. Il-marka miksuba f’dan it-test tingħadd mal-marka globali finali.
|
b) |
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ tar-raġunament verbali, numeriku u astratt skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. L-EPSO se joffrilek tipikament diversi dati li fihom tista’ tagħmel it-testijiet f’diversi lokalitajiet. Inkella, l-EPSO jista’ jiddeċiedi li joffrilek il-possibbiltà li tagħmel it-testijiet online. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati. |
It-testijiet MCQ tar-raġunament verbali, numeriku u astratt bbażati fuq il-kompjuter se jkunu organizzati kif ġej:
|
Testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta’ żmien |
Marka |
|
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 minuta |
Minn 20 punti |
|
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 minuta |
Minn 10 punti |
|
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 minuti |
Minn 10 punti |
Ma hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal dawn it-testijiet MCQ bbażati fuq il-kompjuter. Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet jingħaddu mal-marka globali finali.
4) Lista ta’ riżerva
Wara li jkun iċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati vis-à-vis l-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ applikazzjoni online tagħhom, il-Bord tas-Selezzjoni se jistabbilixxi lista ta’ riżerva – sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati ta’ suċċess – minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kif ukoll l-ogħla marki globali, minn 300, wara t-test MCQ relatat mal-qasam ibbażat fuq il-kompjuter u ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f'ordni alfabetiku.
Il-lista ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati li jkunu għaddew ikunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.
OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet ugwali, ugwaljanza ta’ trattament u aċċess indaqs lill-kandidati kollha.
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tiegħek li tagħmel it-testijiet, jekk jogħġbok indika dan fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek u segwi l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fit-testijiet tas-selezzjoni kif deskritt fir-regoli Ġenerali fl-Anness II ma’ dan l-avviż (skont il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).
Skopri aktar dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif titlob aġġustamenti speċjali fuq is-sit web tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities).
FEJN U META NISTA' NAPPLIKA?
Biex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Kun af li trid toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO tiegħek.
Applika online fuq il-website tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sat-:
12 ta’ Ottubru 2021 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(3) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
ANNESS I
DMIRIJIET
Peress li din il-kompetizzjoni qed tiġi organizzata prinċipalment biex twieġeb għall-ħtiġijiet tal-KEPD kif ukoll għal dawk tas-servizzi legali u d-dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li jittrattaw l-aspetti tal-protezzjoni tad-data, id-dmirijiet li jistgħu jitwettqu mill-kandidati reklutati jaqgħu fiż-żewġ kategoriji wesgħin li ġejjin:
(a) Għall-KEPD u għas-Segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB)
Sabiex jiġu protetti u garantiti d-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-data u tal-privatezza imnaqqxa fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, l-ipproċessar ta’ data personali jkun soġġett għall-kontroll minn awtorità indipendenti. Il-KEPD hija l-awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-data tal-UE, bil-kompitu li tiżgura li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE (EUIs) jirrispettaw il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data.
Waqt li jaġixxu taħt l-awtorità tal-Kontrollur u d-Direttur, l-uffiċjali reklutati se jwettqu diversi kompiti skont l-istruzzjonijiet tal-Kap tal-Unità. Meta l-uffiċjali jkunu qegħdin jaħdmu fis-Segretarjat tal-EDPB, huma se jaġixxu esklussivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-EDPB u jkunu soġġetti għal linji ta’ rappurtar separati mill-persunal l-ieħor involut fit-twettiq tal-kompiti konferiti lill-KEPD.
Fil-KEPD u fis-Segretarjat tal-EDPB, id-dmirijiet ewlenin tal-amministraturi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
— |
l-informar u l-għoti ta’ pariri lill-EUIs taħt is-superviżjoni tal-KEPD dwar prattika tajba fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u l-informar u l-għoti ta’ pariri lil dawk responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali dwar l-obbligi tagħhom, l-abbozzar ta’ dokumenti ta’ gwida rispettivi u l-kontribut għall-promozzjoni tal-għarfien pubbliku u l-fehim tar-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali; |
|
— |
l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom; |
|
— |
it-twettiq ta’ investigazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli għall-EUIs; |
|
— |
il-kooperazzjoni mal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tal-EUIs kif ukoll mal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data nazzjonali, organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi oħra kompetenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data; |
|
— |
it-trattament ta’ konsultazzjonijiet, inklużi konsultazzjonijiet minn qabel dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, dwar deċiżjonijiet u awtorizzazzjonijiet skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-data applikabbli għall-EUIs taħt is-superviżjoni tal-KEPD; |
|
— |
il-valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet teknoloġiċi fuq il-protezzjoni tad-data u l-għoti ta’ pariri dwar it-tfassil ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi li jappoġġaw il-protezzjoni tad-data; |
|
— |
it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ verifika, il-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sistemi tal-kompjuter u tas-sistemi awtomatizzati u l-valutazzjoni ta’ notifiki ta’ ksur ta’ data personali biex jevalwaw il-gravità tagħhom u l-għoti ta’ pariri lill-kontrolluri dwar miżuri xierqa; |
|
— |
l-għoti ta’ pariri lill-EUIs inkarigati minn miżuri amministrattivi u regoli interni, dwar l-ipproċessar ta’ data personali; |
|
— |
is-segwitu ta’ żviluppi leġiżlattivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, il-valutazzjoni tal-konformità ta’ proposti leġiżlattivi jew ta’ politika mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data u l-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet għal-leġiżlatur tal-UE (dwar proposti leġiżlattivi jew ta’ politika); |
|
— |
It-twettiq ta’ kompiti varji b’rabta mal-litigazzjoni, l-abbozzar ta’ dikjarazzjonijiet ta’ pożizzjoni u r-rappreżentanza tal-istituzzjoni f’każijiet tal-qorti, fejn meħtieġ, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali, fil-qasam tal-protezzjoni tad-data; |
|
— |
is-sorveljanza ta’ żviluppi teknoloġiċi rilevanti, meta dawn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; |
|
— |
l-għoti ta’ pariri dwar il-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar l-iżviluppi teknoloġiċi li jaffettwaw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali; |
|
— |
il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipji tal-“protezzjoni tad-data b’intenzjoni u b’mod awtomatiku”; |
|
— |
il-kontribut għall-abbozzar ta’ dokumenti tal-EDPB, bħal linji gwida, opinjonijiet u deċiżjonijiet vinkolanti; |
|
— |
l-għoti, fil-qafas tas-Segretarjat tal-EDPB, ta’ appoġġ analitiku u xi appoġġ amministrattiv lill-EDPB, inkluż b’rabta mal-ġestjoni ta’ kuljum tiegħu; |
|
— |
l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom b’rabta mar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
— |
it-trattament tal-ilmenti mressqa skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 mis-suġġetti tad-data jew minn korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li għandhom il-mandat li jaġixxu f’isimhom, u jinvestigaw, sa fejn ikun xieraq, is-suġġett tal-ilment; |
|
— |
it-trattament, fejn xieraq, ta’ talbiet ta’ aċċess għal informazzjoni personali, dokumenti u aċċess għall-files |
(b) Għas-servizzi legali u d-dipartimenti oħrajn tal-istituzzjonijiet li qegħdin jirreklutaw
Biex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018“dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni” jiġi applikat fl-istituzzjonijiet Ewropej, il-kandidati reklutati għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data x’aktarx ma jiġux affettwati ħażin mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-istituzzjonijiet u l-Kontrollur ikun konformi mad-dmirijiet tiegħu.
Fl-istituzzjonijiet, id-dmirijiet ewlenin tal-amministraturi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
— |
kontribut għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tad-data mid-Direttorati Ġenerali fl-istituzzjonijiet u l-għoti ta’ gwida f’dan ir-rigward; |
|
— |
l-għoti ta’ pariri dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-Protezzjoni tad-Data Ġenerali; |
|
— |
ir-rakkomandazzjoni ta’ titjib prattiku fil-protezzjoni tad-data għall-ipproċessar eżistenti jew ippjanat fl-istituzzjonijiet; |
|
— |
il-parteċipazzjoni fil-proġetti kollha tal-Istituzzjoni li jinvolvu data personali, l-għoti ta’ suġġerimenti, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-applikazzjoni legalment tajba tar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
— |
il-kontribut għall-iżgurar tal-kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data u l-Koordinaturi ta’ istituzzjonijiet u Aġenziji oħra; |
|
— |
l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġetti tad-data dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom b’rabta mar-Regolament (UE) 2018/1725; |
|
— |
it-trattament tal-ilmenti mressqa skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 mis-suġġetti tad-data jew minn korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li għandhom il-mandat li jaġixxu f’isimhom, u jinvestigaw, sa fejn ikun xieraq, is-suġġett tal-ilment; |
|
— |
it-trattament, fejn xieraq, ta’ talbiet ta’ aċċess għal informazzjoni personali, dokumenti u aċċess għall-files. |
Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .
|
(a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
|
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:
|
1.2. Dokumenti ta’ sostenn
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
|
— |
dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
|
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
|
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
|
— |
(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem , u l- lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:
|
— |
posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); jew |
|
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in- numru tal-applikazzjoni tiegħek u n- numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni .
L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
|
— |
It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza / l-ittra. L-aċċess għat- test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament ; |
|
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati; |
|
— |
Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
|
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss; |
|
— |
fażi / ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru / fil-fażi ta’ valutazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
|
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
|
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
|
— |
it-testi sors / l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni fuq talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati .
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in- numru tal-applikazzjoni tiegħek u n- numru tal-proċedura tas-selezzjoni .
Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet :
|
— |
tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
|
— |
ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO ( https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
|
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. L-Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
|
— |
proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:
|
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
|
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
|
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità; |
|
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
|
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek; |
|
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
|
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi; |
|
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
|
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
|
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew |
|
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
|
5. |
APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ GĦAR-REKLUTAĠĠ FIL-KUMMISSJONI EWROPEA |
Skont l-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (1), il-persunal kollu tal-Kummissjoni Ewropea li jittratta informazzjoni sensittiva u klassifikata li teħtieġ livell għoli ta’ kunfidenzjalità (informazzjoni “klassifikata tal-UE”) għandu jkollu l-livell xieraq ta’ approvazzjoni ta’ sigurtà (“EU SECRET”).
Konsegwentement, il-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni jistgħu jintalbu, bħala prerekwiżit għar-reklutaġġ f’ċerti karigi fil-Kummissjoni Ewropea, jissottomettu ruħhom għall-proċedura ta’ approvazzjoni tas-sigurtà stabbilita fid-Deċiżjoni. Prerekwiżit bħal dan se jiġi indikat b’mod ċar fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni kkonċernata. Kandidati li jirnexxu għandhom ikunu lesti li jgħaddu mill-proċedura ta’ approvazzjoni li titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom. Qabel ma japplikaw għal din l-għażla, nagħtu parir li l-applikanti jinfurmaw ruħhom dwar din il-kompetizzjoni.
Tmiem tal-ANNESS II, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53)
ANNESS III
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT L-ISTAT MEMBRU U R-RENJU UNIT U SKONT IL-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET
Agħfas hawnhekk għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji
|
PAJJIŻ |
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja) |
Edukazzjoni post-sekondarja (kors post-sekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta' perjodu ta' mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni universitarja (ta’ mill-anqas tliet (3) snin) |
Edukazzjoni universitarja (erba' (4) snin jew aktar) |
|||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d'enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature/Kandidaat Graduat/Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d'études approfondies (DEA) Diplôme d'études spécialisées (DES) Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česko |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA eller BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta/National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile/University degree Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht/Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d'études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d'études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d'ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea – L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d'ingénieur technicien |
Master Diplôme d'ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma's) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of “Ingenieur” |
HBO/WO Master's degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom Fachhochschuldiplom Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (colegiu universitar) Învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma Magisterij Specializacija Doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus — Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto — Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa — studieveckor) |
Maisterin tutkinto — Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa — studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
|
NOTE: UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State. |
||||||||||||||||
Tmiem tal-ANNESS III, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali