15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 229/19


Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati permezz tal-programm ta’ ħidma 2021-2022 ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

(2021/C 229/06)

Din hi notifika għat-tnedija ta’ azzjonijiet ulterjuri permezz tal-programm ta’ ħidma 2021-2022 ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).

Il-Kummissjoni adottat emenda għall-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq permezz tad-Deċiżjoni C(2021) 4200 tal-15 ta’ Ġunju 2021.

L-azzjonijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2021 u l-2022, wara l-adozzjoni tal-baġit tal-2022 mill-awtorità baġitarja jew kif previsti fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tħassar jew tirrettifika l-azzjonijiet.

Il-konferma li dawn il-kundizzjonijiet ġew issodisfati se titħabbar fil-Portal tal-Kummissjoni Ewropea għall-Finanzjament u l-Offerti (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/horizon).

Dan il-programmi ta’ ħidma, inkluż l-iskadenzi u l-baġit għall-attivitajiet, huma disponibbli mill-Portal għall-Finanzjament u l-Offerti msemmi hawn fuq, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tal-azzjonijiet, u gwida għall-applikanti dwar kif iridu jippreżentaw il-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal għall-Finanzjament u l-Offerti.