|
15.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 132/6 |
Sejħa għall-proposti 2021 — EAC/A02/2021
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2021/C 132/06)
1. Introduzzjoni u objettivi
Din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għal:
|
— |
l-adozzjoni mingħajr modifiki sinifikanti mill-awtorità leġiżlattiva tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2018/1475 u r-Regolament (UE) Nru 375/2014. |
|
— |
l-opinjoni pożittiva mill-Kumitat stabbilit fl-att bażiku dwar il-programm ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fl-2021. |
|
— |
l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-2021, wara riferiment mingħand il-kumitat tal-programm, |
|
— |
id-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abozz tal-baġit għall-2021 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2021 mill-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji, u |
|
— |
il-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali mill-Awtorità Nazzjonali u l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni, u l-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Kontribuzzjoni. |
Għalhekk, din in-notifika ma torbotx legalment lill-Kummissjoni (l-awtorità kontraenti). F’każ li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma tiġix issodisfata, l-awtorità kontraenti tirriżerva d-dritt li tabbanduna jew tikkanċella din is-sejħa u li tniedi oħrajn b’kontenut differenti u bi skadenzi xierqa għas-sottomissjoni.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
Proġetti ta’ Volontarjat |
|
— |
Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja |
|
— |
Proġetti ta’ Solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-attivitajiet ta’ volontarjat ta’ solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-volontarjat ta’ għajnuna umanitarja |
3. Eliġibbiltà
Kwalunkwe korp pubbliku jew privat jista’ japplika għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għall-Proġetti ta’ Solidarjetà.
Dawn il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej, |
|
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Jekk jogħġbok għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni, ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021.
4. Baġit u durata tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 138 873 000.
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi u soġġetti għall-adozzjoni tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021 u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-programm ta’ ħidma annwali għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/reference-documents-resources fir-rigward tal-baġit għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.
Il-livell tal-għotjiet kif ukoll id-durata tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
|
Proġetti ta’ Volontarjat |
28 ta’ Mejju 2021 |
|
5 ta’ Ottubru 2021 |
|
|
Proġetti ta’ Solidarjetà |
28 ta’ Mejju 2021 |
|
5 ta’ Ottubru 2021 |
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sal-17.00, ħin ta’ Brussell.
|
Timijiet ta’ Volontarjat f’oqsma ta’ prijorità għolja |
5 ta’ Ottubru 2021 |
L-applikazzjonijiet għat-Tikketta tal-Kwalità jistgħu jiġu ppreżentati fuq bażi kontinwa.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021 għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet.
6. Informazzjoni fid-dettall
Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inkluż il-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021 fuq dan l-indirizz tal-internet: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/calls-for-proposals
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) Soġġett għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-parteċipazzjoni fil-programm
(2) Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali