25.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/12


Sejħa għall-proposti 2021 — EAC/A01/2021

Il-Programm Erasmus+

(2021/C 103/11)

1.   Introduzzjoni u għanijiet

Din is-sejħa għal proposti hija soġġetta għal:

l-adozzjoni mingħajr modifiki sinifikanti mill-awtorità leġiżlattiva tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali ta’ Erasmus+ u li jistabbilixxi l-programm Erasmus+ u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

l-opinjoni pożittiva mill-Kumitat stabbilit fl-att bażiku dwar il-programm ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni ta’ Erasmus+ fl-2021.

l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-2021, wara referenza mingħand il-kumitat tal-programm.

id-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2021 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2021 mill-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

il-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali mill-Awtorità Nazzjonali u l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni, u l-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Kontribuzzjoni.

Għalhekk, din in-notifika ma torbotx legalment lill-Kummissjoni (l-awtorità kontraenti). F’każ li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma tiġix issodisfata, l-awtorità kontraenti tirriżerva d-dritt li tabbanduna jew tikkanċella din is-sejħa u li tniedi oħrajn b’kontenut differenti u bi skadenzi xierqa għas-sottomissjoni.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Sħubijiet fuq Skala żgħira

Sħubijiiet għall-Eċċellenza:

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus+

Azzjonijiet Erasmus Mundus

Sħubijiet għall-Innovazzjoni:

Alleanzi għall-innovazzjoni

Avvenimenti Sportivi mingħajr skop ta’ qligħ

Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni

Żgħażagħ Ewropej flimkien

Azzjonijiet Jean Monnet:

Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja:

Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

3.   Eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista' japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.

Dawn il-Pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (1):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej,

pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (2),

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq u r-Repubblika tas-Serbja (3).

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm 2021 tal-Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Il-baġit u t-tul tal-proġetti

L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 2 453,5 miljun:

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ:

EUR

2 153,1 miljun

Iż-Żgħażagħ:

EUR

244,7 miljun

L-Isport:

EUR

41,7 miljun

Jean Monnet:

EUR

14-il miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi u suġġetti għall-adozzjoni tal-Programmi ta' Ħidma Annwali tal-Erasmus+ tal-2021 u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta' Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus + u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:

https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_mt fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta' proġett u l-għadd ta' sħab involuti.

Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019)2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.

5.   L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet

L-iskadenzi tal-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta' Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

il-11 ta’ Mejju f’12.00

Il-mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti

il-11 ta’ Mejju f’12.00

L-Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fl-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti

id-19 ta’ Ottubru f’ 12.00

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

il-11 ta’ Mejju f’12.00

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

il-5 ta’ Ottubru f’12.00


Azzjoni Ewlenija 2

Sħubiji ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk ippreżentati mill-NGOs Ewropej

l-20 ta’ Mejju f’12.00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej

l-20 ta’ Mejju fil-17.00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport

l-20 ta’ Mejju fil-17.00

Sħubijiet ta’ skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

l-20 ta’ Mejju f’12.00

Sħubijiet ta’ skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

it-3 ta’ Novembru f’12.00

Sħubijiet ta’ skala żgħira fil-qasam tal-isport

l-20 ta’ Mejju fil-17.00

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

is-7 ta’ Settembru fil-17.00

Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus

is-7 ta’ Settembru fil-17.00

Azzjonijiet Erasmus Mundus

is-26 ta’ Mejju fil-17.00

Alleanzi għall-Innovazzjoni

is-7 ta’ Settembru fil-17.00

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

l-1 ta’ Lulju fil-17.00

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

l-20 ta’ Mejju fil-17.00


Azzjoni Ewlenija 3

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

l-24 ta’ Ġunju fil-17.00


Networks u Azzjonijiet Jean Monnet

it-2 ta’ Ġunju fil-17.00

 

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Dettalji sħaħ

Ara l-kundizzjonijiet ta' din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2021:

http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(2)  Soġġett għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-parteċipazzjoni fil-programm.

(3)  Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali