|
9.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/1 |
tal-14 ta' Jannar 2019
MINUTI TAS-SEDUTA TAL-14 TA' JANNAR 2019
(2020/C 337/01)
Werrej
|
1. |
Tkomplija tas-sessjoni | 3 |
|
2. |
Ftuħ tas-seduta | 3 |
|
3. |
Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza | 3 |
|
4. |
Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti | 3 |
|
5. |
Kompożizzjoni tal-Parlament | 4 |
|
6. |
Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi | 4 |
|
7. |
Talba għat-tneħħija tal-immunità | 4 |
|
8. |
Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet | 4 |
|
9. |
Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura) | 4 |
|
10. |
Proposta għal att tal-Unjoni | 5 |
|
11. |
Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura) | 5 |
|
12. |
Dokumenti mressqa | 6 |
|
13. |
Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq) | 12 |
|
14. |
Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament | 12 |
|
15. |
Ordni tal-ħidma | 12 |
|
16. |
Il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (dibattitu) | 13 |
|
17. |
L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I (dibattitu) | 14 |
|
18. |
L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (dibattitu) | 14 |
|
19. |
L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (preżentazzjoni qasira) | 15 |
|
20. |
Valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku (preżentazzjoni qasira) | 15 |
|
21. |
Il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE (preżentazzjoni qasira) | 16 |
|
22. |
L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (preżentazzjoni qasira) | 16 |
|
23. |
Is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew (preżentazzjoni qasira) | 17 |
|
24. |
Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika | 17 |
|
25. |
L-aġenda tas-seduta li jmiss | 17 |
|
26. |
Għeluq tas-seduta | 17 |
| REĠISTRU TAL-ATTENDENZA | 18 |
ANNESS
| RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET | 19 |
|
1. |
Aġenda tat-Tnejn — Talba tal-Grupp Verts/ALE | 19 |
Minuti tas-seduta tal-14 ta' Jannar 2019
PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President
1. Tkomplija tas-sessjoni
Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis, 13 ta' Diċembru 2018 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.04.
3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni biex ifakkar lil Pawel Adamowicz, Sindku ta' Gdansk, li l-Ħadd filgħaxija safa vittma u miet minħabba l-ġrieħi tiegħu ftit tas-sigħat ilu. Huwa ta l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familja tal-vittma u lil Gdansk.
Il-President fakkar fl-attakk terroristiku ta' Diċembru fi Strasburgu. Huwa jiddeplora wkoll it-tfaqqigħ tat-tensjonijiet u l-vjolenza fl-Ewropa u jappella għar-responsabilità ta' kulħadd biex isir djalogu rispettuż. Il-President avża li din il-ġimgħa se jiddiskuti mas-Sindku ta' Strasburgu kif se jitfakkru l-vittmi tal-attentat ta' Diċembru. Huwa se jipproponi wkoll lill-Konferenza tal-Presidenti biex issemmi s-sala tar-radju tal-Parlament wara ż-żewġ ġurnalisti li mietu waqt l-attentat.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
Interventi ta' Janusz Lewandowski, Maria João Rodrigues, Fabio Massimo Castaldo, Dimitrios Papadimoulis, Jarosław Wałęsa, Mara Bizzotto, Jadwiga Wiśniewska, Patrizia Toia, Marcel de Graaff, Cláudia Monteiro de Aguiar u Claudia Tapardel.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
Elsi Katainen għarrfet li kienet preżenti għas-seduti tat-12 ta' Marzu 2018, is-16 ta' April 2018, il-11 ta' Ġunju 2018, l-10 ta' Settembru 2018, l-1 ta' Ottubru 2018, it-22 ta' Ottubru 2018 u l-10 ta' Diċembru 2018 iżda li isimha ma jidhirx fir-reġistru tal-attendenza.
Elsi Katainen kienet preżenti għas-seduta tad-29 ta' Novembru 2018 iżda li isimha ma jidhirx fir-reġistru tal-attendenza.
Sergio Gaetano Cofferati kien skużat għas-seduti tal-11 u t-13 ta' Settembru 2018.
5. Kompożizzjoni tal-Parlament
Catherine Stihler avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 1 ta' Frar 2019.
Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
James Carver m'għadux jieħu postu mal-Membri mhux affiljati u ngħaqad mal-Grupp EFDD b'effett li jiddekorri mid-data 10 ta' Jannar 2019.
7. Talba għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier fl-ambitu ta' proċedura ta' inkjesta fir-rigward tal-prosekutur ta' Coburg.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-Grupp EFDD:
|
— |
Kumitat BUDG: Jonathan Arnott minflok Raymond Finch |
|
— |
Kumitat PECH: Patrick O'Flynn minflok Mike Hookem |
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' għadd ta' kumitati li jniedu negozjati interistituzzjonali, abbażi tar-rapporti li ġejjin (bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura):
|
— |
Kumitat JURI, abbażi tar-rapport għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-konverżjonijiet, tal-mergers u tad-diviżjonijiet transkonfinali (COM(2018)0241 — C8-0167/2018 — 2018/0114(COD)). Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0002/2019); |
|
— |
Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv (COM(2018)0355 — C8-0209/2018 — 2018/0180(COD)). Rapporteur: Neena Gill (A8-0483/2018); |
|
— |
Kumitat LIBE, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (COM(2018)0209 — C8-0151/2018 — 2018/0103(COD)). Rapporteur: Andrejs Mamikins (A8-0473/2018); |
|
— |
Kumitat PECH, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran (COM(2018)0115 — C8-0104/2018 — 2018/0050(COD)). Rapporteur: Clara Eugenia Aguilera García (A8-0005/2019); |
|
— |
Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0567 — C8-0384/2018 — 2018/0298(COD)). Rapporteur: Isabella De Monte (A8-0004/2019); |
|
— |
Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0568 — C8-0385/2018 — 2018/0299(COD)). Rapporteur: Karima Delli (A8-0009/2019); |
|
— |
Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ambjent għal Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0278 — C8-0193/2018 — 2018/0139(COD)). Rapporteur: Deirdre Clune (A8-0006/2019); |
|
— |
Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq(COM(2018)0274 — C8-0196/2018 — 2018/0129(COD)). Rapporteur: Daniela Aiuto (A8-0008/2019); |
|
— |
Kumitat TRAN, abbażi tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara u li tħassar id-Direttiva 2005/45/KE (COM(2018)0315 — C8-0205/2018 — 2018/0162(COD)). Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0007/2019); |
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
10. Proposta għal att tal-Unjoni
Il-President għarraf li ddikjara ammissibbli l-proposta għal att tal-Unjoni segwenti skont l-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
|
— |
Proposta ta' att tal-Unjoni mressqa minn Nicola Caputo, Annie Schreijer-Pierik, Frédérique Ries, Biljana Borzan, Miroslav Mikolášik, José Inácio Faria, Margrete Auken, Rory Palmer, Kateřina Konečná u Guillaume Balas, dwar titjib fil-ġbir tal-plażma fl-Unjoni Ewropea (B8-0591/2018). |
Skont l-Artikolu 46(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din il-proposta hija rriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri Kumitat ENVI.
11. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa, is-16 ta' Jannar 2019 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
|
— |
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (00060/2018/LEX — C8-0032/2019 — 2017/0004(COD)) |
|
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (00063/2018/LEX — C8-0030/2019 — 2016/0256(COD)) |
|
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (00064/2018/LEX — C8-0029/2019 — 2016/0257(COD)) |
|
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (00062/2018/LEX — C8-0028/2019 — 2016/0254(COD)) |
|
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (00065/2018/LEX — C8-0020/2019 — 2018/0065(COD)) |
|
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni) (00059/2018/LEX — C8-0018/2019 — 2018/0160(COD)). |
Fit-8 ta' Jannar 2019, il-President iffirma l-att li ġej adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
|
— |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkomplementa l-leġislazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00067/2018/LEX — C8-0019/2019 — 2018/0220(COD)). |
12. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
|
1) |
mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
|
|
2) |
mill-kumitati parlamentari
|
13. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsija għal tweġiba orali b'dibattitu li ġejja ddaħħlet fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura)
|
— |
(O-000128/2018) mressqa minn Czesław Adam Siekierski, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Il-protezzjoni tar-ross tal-UE (B8-0004/2019). |
14. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Settembru 2018 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.
15. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Jannar 2019 (PE 632.677/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal bħala r-raba' punt tal-aġenda, qabel il-preżentazzjonijiet qosra, diskussjoni komuni dwar iż-żewġ rapporti Marietje Schaake dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (A8-0471/2018) u l-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju (Riżoluzzjoni) (A8-0478/2018) (punti 23 u 28 tal-PDOJ). Id-diskussjoni komuni se tikkonsisti minn diskussjoni madwar mejda tal-gruppi politiċi.
Interventi ta' Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, biex tipproponi li dan id-dibattitu jsir it-Tlieta, Heidi Hautala li taqbel ma' din il-proposta, u Guy Verhofstadt.
B'sejħa tal-ismijiet (143 favur, 153 kontra, 18-il astensjoni) il-Parlament ċaħad it-talba.
It-Tlieta
Talba tal-Grupp S&D bil-għan li jiġu rtirati mill-Aġenda d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-“Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta' Diċembru 2018”(punt 53 tal-PDOJ). Bħala konsegwenza ta' dan, is-seduta tat-Tlieta se tibda fid-9.00.
Il-Parlament approva t-talba.
L-Erbgħa u l-Ħamis
L-ebda modifika proposta.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
16. Il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (dibattitu)
Rapport dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi [2018/2153(INI)] — Kumitat speċjali dwar il-proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi. Rapporteurs: Norbert Lins u Bart Staes (A8-0475/2018)
Norbert Lins u Bart Staes ippreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Pilar Ayuso f'isem il-Grupp PPE, Simona Bonafè f'isem il-Grupp S&D, Anthea McIntyre f'isem il-Grupp ECR, Frédérique Ries f'isem il-Grupp ALDE, Thomas Waitz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp EFDD, Philippe Loiseau f'isem il-Grupp ENF, Alojz Peterle, Pavel Poc, Arne Gericke, Jan Huitema, Michèle Rivasi, Kateřina Konečná, Piernicola Pedicini u Franc Bogovič.
PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President
Interventi ta' Eric Andrieu, Mark Demesmaeker, li wieġeb ukoll mistoqsija “karta blu” ta' Marc Tarabella, Martin Häusling, Younous Omarjee, Esther Herranz García, Marc Tarabella, James Nicholson, Sofia Ribeiro, Clara Eugenia Aguilera García, Zbigniew Kuźmiuk, Angélique Delahaye, Christel Schaldemose, Seán Kelly, Nicola Caputo, Julie Girling u Ricardo Serrão Santos.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Notis Marias, Florent Marcellesi, João Ferreira, Igor Šoltes u Louis-Joseph Manscour.
Interventi ta' Vytenis Povilas Andriukaitis, Norbert Lins u Bart Staes.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 12.10 tal-Minuti ta' 16.1.2019.
17. L-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq [2017/0113(COD)] — Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar (A8-0193/2018)
Cláudia Monteiro de Aguiar ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Violeta Bulc (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' Theresa Griffin f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Matthijs van Miltenburg f'isem il-Grupp ALDE, Jakop Dalunde f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marie-Pierre Vieu f'isem il-Grupp GUE/NGL, Daniela Aiuto f'isem il-Grupp EFDD, Isabella De Monte u Nicola Caputo.
Intervent skont il-proċedura “catch the eye” ta': Notis Marias.
Interventi ta' Violeta Bulc u Cláudia Monteiro de Aguiar.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8.6 tal-Minuti ta' 15.1.2019.
18. L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (dibattitu)
Rapport dwar l-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew [2018/2162(INI)] — Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0429/2018)
Angelika Mlinar ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta' José Inácio Faria f'isem il-Grupp PPE, Anna Hedh f'isem il-Grupp S&D, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll mistoqsija “karta blu” ta' Dobromir Sośnierz, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Eleonora Forenza f'isem il-Grupp GUE/NGL.
PRESIDENZA: Lívia JÁRÓKA
Viċi President
Interventi ta' Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, li wieġeb ukoll mistoqsija “karta blu” ta' Eleonora Forenza, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, li rrifjuta mistoqsija “karta blu” ta' Dobromir Sośnierz, Liliana Rodrigues, Jadwiga Wiśniewska, li wieġbet ukoll mistoqsija “karta blu” ta' Evelyn Regner, Dobromir Sośnierz, Anna Záborská, Julie Ward, Jadwiga Wiśniewska biex tagħmel mistoqsija “karta blu” lil Julie Ward, Udo Voigt, Michaela Šojdrová u Evelyn Regner.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Ruža Tomašić, Kostadinka Kuneva, Eleftherios Synadinos, Notis Marias, Georgios Epitideios u Julie Ward, b'din tal-aħħar biex tirrispondi għall-mistoqsija “karta blu” mressqa minn Jadwiga Wiśniewska.
Interventi ta' Věra Jourová u Angelika Mlinar.
Id-dibattitu ngħalaq.
Votazzjoni: punt 8.10 tal-Minuti ta' 15.1.2019.
19. L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni [2018/2222(INI)] — Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0393/2018)
Marian-Jean Marinescu għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Flavio Zanonato, Notis Marias, Michèle Rivasi, Stanislav Polčák u John Howarth.
Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).
PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 8.11 tal-Minuti ta' 15.1.2019.
20. Valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-valutazzjoni ta' kif il-baġit tal-UE jintuża għar-riforma tas-settur pubbliku [2018/2086(INI)] — Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Brian Hayes (A8-0378/2018)
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Stanislav Polčák, Caterina Chinnici, Notis Marias u Ruža Tomašić.
Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 8.12 tal-Minuti ta' 15.1.2019.
21. Il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-linji gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE [2018/2155(INI)] — Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Andrzej Grzyb (A8-0449/2018)
Andrzej Grzyb għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': José Inácio Faria, Notis Marias, Jordi Solé, Csaba Sógor, Marek Jurek, Stanislav Polčák, Michaela Šojdrová, Georgios Epitideios u Alojz Peterle.
Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 8.13 tal-Minuti ta' 15.1.2019.
22. L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE [2018/2095(INI)] — Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji — Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteurs: Marisa Matias u Ernest Urtasun (A8-0416/2018)
Marisa Matias u Ernest Urtasun għamlu l-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Notis Marias, Anna Záborská u Stanislav Polčák.
Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 8.14 tal-Minuti ta' 15.1.2019.
23. Is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew [2018/2089(INI)] — Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0425/2018)
Wim van de Camp għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura “catch the eye” ta': Stanislav Polčák, Notis Marias, Georgios Epitideios u Mark Demesmaeker.
Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).
Il-punt ingħalaq.
Votazzjoni: punt 8.5 tal-Minuti ta' 15.1.2019.
24. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Iuliu Winkler, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Angel Dzhambazki, Ivo Vajgl, Klaus Buchner, Matt Carthy, Dobromir Sośnierz, José Inácio Faria, Giuseppe Ferrandino, Branislav Škripek, Jasenko Selimovic, Jordi Solé, Patrick Le Hyaric, Michaela Šojdrová, Alex Mayer, Notis Marias, Tania González Peñas, László Tőkés, Maria Gabriela Zoană, Paloma López Bermejo, Csaba Sógor, Răzvan Popa, John Howarth u Julie Ward.
25. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument “Aġenda” PE 632.677/OJMA).
26. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.41.
Klaus Welle
Segretarju Ġenerali
Antonio Tajani
President
tal-14 ta' Jannar 2019
Preżenti:
Ademov, Adinolfi, Affronte, Aguilera García, Aiuto, Aker, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arena, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Atkinson, Auken, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Bashir, Batten, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benito Ziluaga, Beňová, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boutonnet, Bové, Boylan, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullock, Bușoi, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Cirio, Coburn, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Colombier, Comi, Corazza Bildt, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalton, Dalunde, Dance, Danjean, Danti, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Deutsch, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Elissen, Engström, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Fjellner, Flack, Flanagan, Fleckenstein, Florenz, Forenza, Foster, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gehrold, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Gräßle, Graswander-Hainz, Gräzin, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Gyürk, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Hannan, Hansen, Harms, Häusling, Hautala, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hirsch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kaili, Kalinowski, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Karski, Katainen, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Köster, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lalonde, Lamassoure, Lambert, Lange, de Lange, Langen, La Via, Lavrilleux, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Leontini, Le Pen, Liberadzki, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Malinov, Mamikins, Mandl, Maňka, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matera, Matias, Mato, Matthews, Maullu, Maurel, Mayer Georg, Mayer Alex, Meissner, Melior, Melo, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mitrofanovs, Mizzi, Mlinar, Mobarik, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Monteiro de Aguiar, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureșan, Muselier, Nagtegaal, Nagy, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, Ní Riada, Noichl, Novakov, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Packet, Padar, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Palmer, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Pașcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Proust, Punset, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radoš, Radtke, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Šadurskis, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schlein, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Scottà, Sehnalová, Selimovic, Sellström, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Simon Siôn, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonik, Sonneborn, Sośnierz, Staes, Starbatty, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Stuger, Sulík, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szejnfeld, Tajani, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urbán Crespo, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Vehkaperä, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Waitz, Wałęsa, Ward, Weidenholzer, Westphal, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zala, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Žitňanská, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka
Skużati:
Bilde, Boștinaru, Crowley, Fotyga, Harkin, James, Kadenbach, Morvai, Picierno, Ponga, Spyraki, Tolić, Torres Martínez, Weber Renate, Zimmer
tal-14 ta' Jannar 2019
1. Aġenda tat-Tnejn — Talba tal-Grupp Verts/ALE
Favur 143
ALDE : Bilbao Barandica, Federley, Gerbrandy, Meissner, van Miltenburg, Mlinar, Pagazaurtundúa Ruiz, Petersen, Schaake, Selimovic, Torvalds, Tremosa i Balcells, Vautmans, Wikström
ECR : Marias
EFDD : Castaldo, Corrao, Zullo
ENF : Annemans, Elissen, de Graaff, Kappel, Obermayr, Vilimsky, Zijlstra
GUE/NGL : Carthy, Chountis, Ferreira, Forenza, Hadjigeorgiou, Händel, Hazekamp, Kyllönen, Le Hyaric, López Bermejo, Matias, Michels, Mineur, Papadimoulis, Pimenta Lopes, Sánchez Caldentey, Scholz, Senra Rodríguez, Spinelli, Sylikiotis, Vergiat, Viegas
NI : Papadakis Konstantinos, Voigt
S&D : Andrieu, Arena, Balas, Beňová, Bonafè, Bresso, Briano, Caputo, Cofferati, Danti, De Monte, Detjen, Fleckenstein, Freund, Gabelic, Gebhardt, Geringer de Oedenberg, Gierek, Gomes, Grammatikakis, Graswander-Hainz, Guillaume, Hedh, Howarth, Jaakonsaari, Jongerius, Kammerevert, Kaufmann, Keller Jan, Kirton-Darling, Kofod, Kohn, Köster, Kyrkos, Lange, Lietz, Ludvigsson, Łybacka, Mamikins, Maňka, Martin Edouard, Molnár, Neuser, Niedermüller, Panzeri, Papadakis Demetris, Pașcu, Poc, Post, Preuß, Regner, Rodrigues Maria João, Rodust, Rozière, Schaldemose, Schlein, Serrão Santos, Simon Peter, Sippel, Țapardel, Tarabella, Thomas, Ulvskog, Van Brempt, Ward, Weidenholzer, Westphal, Wölken, Zanonato, Zemke, Zorrinho
Verts/ALE : Buchner, Cramer, Dalunde, Delli, Durand, Engström, Franz, Harms, Hautala, Jávor, Lamberts, Lochbihler, Marcellesi, Reda, Reimon, Reintke, Scott Cato, Solé, Staes, Taylor, Terricabras, Vana, Waitz
Kontra 153
ALDE : Arthuis, Deprez, Griesbeck, Ježek, Lalonde, Michel, Ries, Riquet, Rochefort, Telička, Wierinck
ECR : Czesak, Dalton, Dohrmann, Gericke, Gosiewska, Halla-aho, Henkel, Jurek, Kölmel, Krasnodębski, Krupa, Kuźmiuk, Nicholson, Ożóg, Piecha, Starbatty, Stevens, Tošenovský, Trebesius, Van Bossuyt, Wiśniewska
EFDD : Aker, Arnott, D'Ornano, Iwaszkiewicz, O'Flynn, Pedicini, Valli
ENF : Bizzotto, Borghezio, Boutonnet, Loiseau, Schaffhauser, Scottà, Troszczynski, Zanni
GUE/NGL : Kohlíček, Konečná, Maštálka
NI : Dodds, Epitideios, Fountoulis, Synadinos, Woolfe
PPE : Ayuso, Bach, Belet, Bendtsen, Bocskor, Bogovič, Boni, van de Camp, Caspary, Christoforou, Collin-Langen, Danjean, Deli, Deß, Erdős, Ferber, Fisas Ayxelà, Florenz, Gahler, Gál, Gambús, Gehrold, Gieseke, Gräßle, Grossetête, Grzyb, Herranz García, Hölvényi, Jahr, Kefalogiannis, Kelam, Kelly, Koch, Kozłowska-Rajewicz, Kudrycka, Kukan, de Lange, Lavrilleux, Lenaers, Lewandowski, Lins, López-Istúriz White, Mandl, Marinescu, Matera, Mato, Millán Mon, Monteiro de Aguiar, Morin-Chartier, Mureșan, Niebler, Niedermayer, Olbrycht, Peterle, Pitera, Preda, Proust, Radtke, Ribeiro, Rübig, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sander, Schmidt, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schwab, Siekierski, Sógor, Šojdrová, Sonik, Štětina, Stolojan, Šulin, Svoboda, Szájer, Thun und Hohenstein, Tomc, Ungureanu, Vandenkendelaere, Verheyen, Virkkunen, Voss, Wałęsa, Winkler Iuliu, Zdrojewski, Zver, Zwiefka
S&D : Aguilera García, Blanco López, Cabezón Ruiz, Ertug, Fernández, Frunzulică, Gardiazabal Rubial, Pargneaux, Pavel, Popa
Astensjonijiet 18
ALDE : Charanzová, Dlabajová, in 't Veld
EFDD : Agnew, Bullock, Carver, Gill Nathan, Parker
ENF : Żółtek
NI : Gollnisch, Sośnierz
PPE : Coelho, Faria, Leontini, Rolin
S&D : Liberadzki, Nica, Zoană
Korrezzjonijiet u intenzjonijiet għall-vot
Favur : Sophia in 't Veld, Piernicola Pedicini