|
10.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 300/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
EPSO/AD/382/20 — AMMINISTRATURI (AD 5/AD 7) FIL-QASAM TAR-RELAZZJONIJIET ESTERNI
(2020/C 300 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: It-13 ta’ Ottubru 2020 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali, ibbażata fuq il-kwalifiki u t-testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riżerva li minnhom prinċipalment is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ikun jista’ jirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “amministraturi” (grupp ta’ funzjoni AD).
Dan l-avviż ta’ kompetizzjoni u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas ġuridiku vinkolanti għal dawn il-proċeduri tas-selezzjoni.
Ara l-ANNESS III tar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.
L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:
|
AD 5: 53 |
AD 7: 33 |
Dan l-avviż ikopri profil wieħed b’żewġ gradi. Tista’ tapplika biss għal wieħed . Din l-għażla trid tagħmilha meta tkun qed tapplika online u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni online tiegħek. Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet , deskritti fil-punt (3) tat-Taqsima KIF SE NINTGĦAŻEL?, l-applikazzjoni tiegħek għall-grad AD 7 tista’ tiġi assenjata mill-ġdid mill-Bord tas-Selezzjoni għall-grad AD 5.
Matul din il-proċedura ta’ selezzjoni, se tiġi mistieden tagħmel bosta testijiet kif indikat f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni. L-EPSO se jiżgura li l-kundizzjonijiet li taħthom tagħmel dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika relevanti (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard/awtoritajiet oħra internazzjonali/Ewropej u nazzjonali).
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?
L-amministraturi jappoġġaw l-aktar lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea fejn jaħdmu. Jekk tiġi rreklutat wara din il-kompetizzjoni, se tkun mistenni li:
|
1. |
Tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-ħarsien tal-interessi u l-valuri tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. |
|
2. |
Tikkontribwixxi għat-tmexxija tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) tal-Unjoni. |
|
3. |
Tikkoopera, bl-interess uniku tal-Unjoni f’moħħok, mas-servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE, il-Kunsill, u l-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiżgura l-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, u bejn dawk l-oqsma u l-politiki l-oħra tagħha. |
Innota li skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-persunal tas-SEAE kollu għandu perjodikament iservi fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni. Xi Delegazzjonijiet jinsabu f’pajjiżi fejn il-kundizzjonijiet ta’ ħajja u ta’ sigurtà jistgħu jkunu diffiċli.
Dawk reklutati jridu jkunu lesti jaċċettaw l-ewwel kollokament f’delegazzjoni f’pajjiż fejn il-kondizzjonijiet tal-għajxien jistgħu jkunu diffiċli.
Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar il-kompiti tipiċi li għandhom jitwettqu.
JIENA ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA li ġejjin sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet online:
1) Kundizzjonijiet ġenerali
|
— |
Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE |
|
— |
Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari |
|
— |
Tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għall-kompiti kkonċernati |
2) Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi
Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE; waħda minnhom b’minimu ta’ livell C1 (għarfien tajjeb) u b’livell minimu ta’ B2 fl-oħra (għarfien sodisfaċenti).
Kun af li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) kif mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn il-ħiliet jirriflettu dawk li jinsabu fil-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60.
Il-komunikazzjoni permezz tal-profil tal-EPSO bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ssottomettew applikazzjoni valida se ssir f’waħda mil-lingwi li jkunu ddikjaraw fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom fil-livell B2 jew ogħla.
F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:
|
— |
Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet b’Mistoqsijiet b’Għażla Multipla bil-kompjuter |
|
— |
Lingwa 2: il-lingwa użata għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener) u t-testijiet taċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1. |
Il-lingwa 2 trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.
Il-kandidati li jirnexxu u li jiġu rreklutati għal dan il-profil huma meħtieġa li jkollhom għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) ta’ mill-inqas l-Ingliż jew il-Franċiż. Filwaqt li l-għarfien ta’ lingwi oħra huwa ta’ vantaġġ, il-kandidati li jirnexxu jridu jkollhom l-abbiltà li jaħdmu bil-lingwi l-iktar użati fil-kuntest tal-PESK u r-relazzjonijiet esterni. F’konformità mad-drawwiet diplomatiċi internazzjonali u mal-prattiki stabbiliti tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK u r-relazzjonijiet esterni, l-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi prinċipali użati f’dan il-qasam. Għall-UE, din il-prattika konsistenti hija evidenzjata, inter alia, bl-użu konsistenti tal-Ingliż u l-Franċiż għall-Korrispondenza Ewropea kollha (in-netwerk tal-komunikazzjoni tal-UE COREU) fuq bażi ta’ kuljum fis-SEAE. L-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi ta’ ħidma l-iżjed użati fil-kuntest tal-PESK, kemm internament kif ukoll mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Is-SEAE juża l-Ingliż jew il-Franċiż għal xogħol analitiku, komunikazzjoni interna, kif ukoll komunikazzjoni ma’ pajjiżi terzi u pajjiżi aderenti, organizzazzjonijiet internazzjonali, partijiet interessati esterni, abbozzar ta’ pubblikazzjonijiet u rapporti, leġiżlazzjoni, jew dokumenti ekonomiċi, kif imsemmi taħt il-kompiti definiti fl-Anness I.
L-għażliet lingwistiċi għal din il-kompetizzjoni jirriflettu l-ħtiġijiet tas-servizz. Għarfien tajjeb tal-Ingliż jew tal-Franċiż (inkluż il-kapaċità għall-abbozzar) hu għalhekk essenzjali sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni effettiva interna u esterna.
3) Kundizzjonijiet speċifiċi – kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol
|
— |
Għall-Grad AD 5 Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin mixhuda b’diploma, segwiti minn tal-inqas sena (1) esperjenza professjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni. |
|
— |
Għall-Grad AD 7 Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas erba’ (4) snin mixhuda b’diploma, segwiti minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni. jew Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin mixhuda b’diploma, segwiti minn mill-inqas seba’ (7) snin esperjenza professjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni. |
Ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi
KIF SE NINTGĦAŻEL?
1) Il-proċess tal-applikazzjoni
Meta timla l-forma tal-applikazzjoni tiegħek, ikollok tagħżel il-lingwa 1 u l-lingwa 2 tiegħek. Ikollok tagħżel il-lingwa 1 tiegħek minn fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u l-lingwa 2 tiegħek minn bejn l-Ingliż u l-Franċiż. Tintalab ukoll tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għal din il-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener)).
Tista’ tagħżel kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE biex timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ħlief fit-taqsima tat- Talent Screener li trid timtela bil-lingwa 2 tiegħek , għar-raġunijiet li ġejjin: it-Talent Screener huwa suġġett għal valutazzjoni komparattiva mill-Bord tas-Selezzjoni, jintuża bħala dokument ta’ referenza mill-Bord waqt l-intervista relatata mal-qasam fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni, u jintuża għal skopijiet ta’ reklutaġġ jekk kandidat jirnexxi. Huwa għalhekk fl-interess tas-servizz u tal-kandidati li t-Talent Screener jimtela bil-Lingwa 2.
Meta tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tagħmel aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .
2) Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) fuq il-kompjuter
Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu għal kull grad, kif definit mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni online tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar ikunu limitati .
Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 5).
It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:
|
Testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta’ żmien |
Marka |
Marka minima meħtieġa |
|
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 min |
Minn 20 |
10/20 |
|
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 min |
Minn 10 |
Numeriku + astratt flimkien: 8/20 |
|
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 min |
Minn 10 |
Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni.
3) Kontrolli tal-eliġibbiltà
Ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq se jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet online tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-Bord tas-Selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà taħt it-taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza Professjonali” tal-applikazzjoni online tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu l-kompiti msemmija fl-Anness I.
Hemm żewġ (2) xenarji possibbli:
|
— |
jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba f’dawn it-testijiet sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli definit għal kull grad qabel it-testijiet mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati. |
|
— |
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà. |
Jekk il-livell limitu biex jiġu organizzati t-testijiet MCQ minn qabel jintlaħaq għal grad wieħed, it-testijiet MCQ jiġu organizzati wkoll minn qabel għall-grad l-ieħor.
Kandidati tal-Grad AD 7: waqt il-verifika tal-eliġibbiltà, il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jittrasferixxi l-applikazzjoni tiegħek għall-grad AD 5 jekk tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
inti tajt il-kunsens tiegħek għat-trasferiment lejn il-grad AD 5 meta tkun applikajt, u |
|
— |
skont l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tiegħek inti ma tkunx tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ eliġibbiltà tal-grad AD 7 iżda tkun tissodisfa dawk għall-grad AD 5. |
Jekk l-MCQs ġew organizzati minn qabel, inti trid tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
inti ġibt waħda mill- ogħla marki totali għall-grad AD 7, u |
|
— |
inti ġibt ukoll waħda mill- ogħla marki totali għall-grad AD 5. |
F’dan il-każ, inti tkun meqjus bħala kandidat għall-grad AD 5 għall-kumplament tal-proċedura.
Kull assenjar mill-ġdid bħal dan iseħħ qabel ma sseħħ is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener) u jsir fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun tajt fl-applikazzjoni online tiegħek. Il-kandidati li ma kisbux marki inqas mil-limitu stabbilit għall-ogħla marki fil-grad AD 7 mhux se jiġu kkunsidrati għat-trasferiment għall-grad AD 5.
4) Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener)
Sabiex il-Bord tas-Selezzjoni jkun jista’ jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, il-kandidati kollha li japplikaw għall-istess grad iridu jwieġbu l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-taqsima “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni bil-lingwa 2. Is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima tat-Talent Screener biss . Għalhekk trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima Talent Screener, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni inklużi f’dan l-avviż
Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.
Biex jagħmel is-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti mbagħad jiġu mmultiplikati bil-piż għal kull kriterju u magħduda flimkien sabiex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jaqblu l-aħjar mal-kompiti li se jitwettqu.
Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki biss jgħaddu għall-istadju li jmiss.
5) Ċentru ta’ valutazzjoni
Sa massimu ta’ tliet (3) darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull grad jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata (1) jew tnejn (2) f’ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel it-testijiet fil- lingwa 2 tiegħek.
Sakemm ma tkunx avżat mod ieħor, trid iġġib stikka USB elettronika li jkun fiha kopji skenjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO se jniżżel il-fajls tiegħek matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtik lura l-istikka USB fl-istess ġurnata.
Fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni jiġu ttestjati tmien (8) kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għal din il-kompetizzjoni permezz ta’ ħames (5) testijiet (intervista ġenerali bbażata fuq il-kompetenza, eżerċizzju fi grupp, studju ta’ każ, intervista relatata mal-qasam u test bil-miktub fil-qasam) kif deskritt fil-matriċijiet li ġejjin:
|
Kompetenza |
Testijiet |
|||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Studju ta’ każ |
||
|
Studju ta’ każ |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Studju ta’ każ |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Studju ta’ każ |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali |
||
Marki minimi meħtieġa: 3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox
|
Kompetenza |
Test |
Marka minima meħtieġa |
|
Kompetenzi relatati mal-qasam |
Intervista relatata mal-qasam |
25/50 |
|
Eżami bil-miktub fil-qasam |
25/50 |
6) Lista ta’ riżerva
Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati vis-à-vis l-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ applikazzjoni online tagħhom, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull grad – sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew – minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.
Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess ikunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata.
OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess indaqs lill-kandidati kollha.
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn.
Skopri aktar dwar il-politika ta’ opportunitajiet indaqs tagħna u l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fuq il-website tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities_mt) u fir-Regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (taħt il-punt 1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).
META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?
Sabiex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Kun af li tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.
Applika online fuq il-website tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
It-13 ta’ Ottubru 2020 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
ANNESS I
KOMPITI
Din il-kompetizzjoni ġenerali hi maħsuba biex tirrekluta Amministraturi (AD 5/AD 7) fil-qasam tar-Relazzjonijiet esterni.
Gradi AD 5 u AD 7
Jekk tiġi reklutat wara din il-kompetizzjoni, il-kompiti ewlenin tiegħek jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
— |
il-monitoraġġ, l-analiżi u r-rappurtar dwar politiki u kwistjonijiet barranin u ta’ sigurtà, li jkopru pajjiżi u reġjuni differenti tad-dinja, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali u multilaterali |
|
— |
it-tfassil ta’ orjentazzjoni strateġika u l-iżvilupp ta’ politiki dwar l-azzjoni esterna tal-UE |
|
— |
il-kontribut għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà |
|
— |
l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet diplomatiċi u networking ma’ servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, il-midja, u partijiet interessati oħra biex tippromwovi u tipproteġi l-interessi u l-valuri tal-UE fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali |
|
— |
l-elaborazzjoni tat-tgħarrif, abbozzar ta’ diskorsi, stqarrijiet għall-istampa, pubblikazzjonijiet tal-midja bl-Ingliż jew bil-Franċiż |
|
— |
il-kontribut għall-organizzazzjoni u t-tħejjija ta’ konferenzi u avvenimenti, it-tħejjija tan-negozjati |
|
— |
ir-rappreżentanza tal-UE f’laqgħat, negozjati u avvenimenti pubbliċi |
|
— |
il-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni lokali tal-UE fid-Delegazzjonijiet u s-sostituzzjoni tal-Kap tad-Delegazzjoni kif meħtieġ |
|
— |
il-kontribut għall-ġestjoni u l-amministrazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-istrutturi relatati tiegħu. |
Id-delegazzjonijiet jinsabu f’pajjiżi fejn dawn il-lingwi huma l-aktar mitkellma: L-Għarbi, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Mandarin, il-Portugiż, ir-Russu u l-Ispanjol.
Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tas-sigurtà tal-SEAE, il-kandidati li jiġu reklutati jkunu obbligati jgħaddu minn kontroll ta’ sigurtà jekk ma jkollhomx diġà awtorizzazzjoni ta’ sigurtà għal-livell xieraq (EU Secret).
Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
KRITERJI TAS-SELEZZJONI
Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
Għal AD 5
|
1. |
Studji universitarji jew postuniversitarji lesti ċċertifikati b’diploma relatati mar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Studji Internazzjonali, Affarijiet Internazzjonali, Studji dwar Kwistjonijiet Globali, Studji tal-UE, Liġi Pubblika Internazzjonali, Liġi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, Ekonomija Internazzjonali, Ekonomija Politika Internazzjonali, Studji dwar is-Sigurtà Internazzjonali jew Studji ta’ Difiża; |
|
2. |
Studji kompluti ppruvati b’ċertifikat relatati ma’ kwalunkwe aspett tal-Affarijiet Barranin internazzjonali, Kwistjonijiet globali, Azzjoni Esterna tal-UE u/jew politika tas-Sigurtà u d-Difiża; |
|
3. |
Karti, essays, kotba jew pubblikazzjonijiet oħra u/jew interventi bħala kelliema f’konferenzi nazzjonali u/jew internazzjonali dwar l-Azzjoni Esterna tal-UE, l-Affarijiet Barranin internazzjonali, Kwistjonijiet globali, u/jew il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża; |
|
4. |
Esperjenza professjonali, jew esperjenza bħala apprendist, professjonista żagħżugħ jew ekwivalenti, fl-amministrazzjoni pubblika, fis-settur privat, fis-soċjetà ċivili jew f’partijiet ikkonċernati oħra li joperaw fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni jew organizzazzjonijiet internazzjonali/multilaterali, fl-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Esperjenza fil-qasam professjonali, jew esperjenza fil-qasam bħala apprendist, professjonista żagħżugħ jew ekwivalenti, fl-amministrazzjoni pubblika, fis-settur privat, fis-soċjetà ċivili jew f’partijiet ikkonċernati oħra li joperaw fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni jew organizzazzjonijiet internazzjonali/multilaterali, fil-kwartieri ġenerali tagħha f’pajjiż mhux tal-UE jew fl-ambaxxati jew fl-uffiċċji ta’ rappreżentanza tagħha f’pajjiż mhux tal-UE; |
|
6. |
Esperjenza professjonali fil-monitoraġġ ta’ żviluppi politiċi, l-abbozzar ta’ noti jew rappurtar ta’ analiżi politika, dwar kwistjonijiet ta’ azzjoni esterna tal-UE, inklużi dwar kwistjonijiet globali u ekonomiċi; |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-komunikazzjoni interna u esterna dwar kwistjonijiet ta’ politika barranija u/jew ta’ sigurtà (diskorsi, stqarrijiet għall-istampa, midja soċjali, eċċ.); |
|
8. |
Għarfien ippruvat ta’ waħda jew aktar minn dawn il-lingwi li ġejjin għajr il-lingwi 1 u 2 tiegħek kif iddikjarat fl-applikazzjoni: l-Ingliż, il-Franċiż, il-Portugiż, l-Ispanjol, l-Għarbi, il-Mandarin jew ir-Russu. (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60). |
Għal AD 7
|
1. |
Studji universitarji jew postuniversitarji lesti ċċertifikati b’diploma relatati mar-Relazzjonijiet Internazzjonali, Studji Internazzjonali, Affarijiet Internazzjonali, Studji dwar Kwistjonijiet Globali, Studji tal-UE, Liġi Pubblika Internazzjonali, Liġi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, Ekonomija Internazzjonali, Ekonomija Politika Internazzjonali, Studji dwar is-Sigurtà Internazzjonali jew Studji ta’ Difiża; |
|
2. |
Studji kompluti ppruvati b’ċertifikat relatati ma’ kwalunkwe aspett tal-Affarijiet Barranin internazzjonali, Kwistjonijiet globali, Azzjoni Esterna tal-UE u/jew politika tas-Sigurtà u d-Difiża; |
|
3. |
Karti, essays, kotba jew pubblikazzjonijiet oħra u/jew interventi bħala kelliema f’konferenzi nazzjonali u/jew internazzjonali dwar l-Azzjoni Esterna tal-UE, l-Affarijiet Barranin internazzjonali, Kwistjonijiet globali, u/jew il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża; |
|
4. |
Esperjenza professjonali, jew esperjenza bħala apprendist, professjonista żagħżugħ jew ekwivalenti, fl-amministrazzjoni pubblika, fis-settur privat, fis-soċjetà ċivili jew f’partijiet ikkonċernati oħra li joperaw fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni jew organizzazzjonijiet internazzjonali/multilaterali, fl-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Esperjenza fil-qasam professjonali, jew esperjenza fil-qasam bħala apprendist, professjonista żagħżugħ jew ekwivalenti, fl-amministrazzjoni pubblika, fis-settur privat, fis-soċjetà ċivili jew f’partijiet ikkonċernati oħra li joperaw fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni jew organizzazzjonijiet internazzjonali/multilaterali, fil-kwartieri ġenerali tagħha f’pajjiż mhux tal-UE jew fl-ambaxxati jew fl-uffiċċji ta’ rappreżentanza tagħha f’pajjiż mhux tal-UE; |
|
6. |
Esperjenza professjonali fil-monitoraġġ ta’ żviluppi politiċi, l-abbozzar ta’ noti jew rappurtar ta’ analiżi politika, dwar kwistjonijiet ta’ azzjoni esterna tal-UE, inklużi dwar kwistjonijiet globali u ekonomiċi; |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-komunikazzjoni interna u esterna dwar kwistjonijiet ta’ politika barranija u/jew ta’ sigurtà (diskorsi, stqarrijiet għall-istampa, midja soċjali, eċċ.); |
|
8. |
Esperjenza professjonali fil-formulazzjoni ta’ orjentazzjoni strateġika u politiki u/jew fi djalogu politiku u ta’ politika, konsultazzjonijiet diplomatiċi u laqgħat ta’ livell għoli soġġetti għal protokolli uffiċjali; |
|
9. |
Esperjenza professjonali ta’ kontribuzzjoni diretta jew indiretta fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni tal-UE; |
|
10. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ timijiet; |
|
11. |
Għarfien ippruvat ta’ waħda jew aktar minn dawn il-lingwi li ġejjin għajr il-lingwi 1 u 2 tiegħek kif iddikjarat fl-applikazzjoni: l-Ingliż, il-Franċiż, il-Portugiż, l-Ispanjol, l-Għarbi, il-Mandarin jew ir-Russu. (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60). |
Tmien tal-ANNEX II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .
|
(a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
|
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:
|
1.2. Dokumenti ta’ sostenn
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
|
— |
dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
|
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
|
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
|
— |
(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:
|
— |
posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); |
|
— |
faks (+ 32 22998081); jew |
|
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
|
— |
It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament; |
|
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati; |
|
— |
Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
|
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
|
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss; |
|
— |
fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fil-fażi ta’ valutazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
|
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
|
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
|
— |
it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni fuq talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.
Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:
|
— |
tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
|
— |
ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett (3) ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest (5) ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet (3) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
|
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
|
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
|
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
|
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret; |
|
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
|
— |
proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. L-Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
|
— |
proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:
|
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
|
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
|
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità; |
|
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
|
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek; |
|
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
|
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi; |
|
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
|
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
|
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew |
|
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS IV
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET
Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji
|
PAJJIŻ |
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
|
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja) |
Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn) |
Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet snin) |
Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar) |
|||||||||||||
|
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature/Kandidaat Graduat/Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d’études approfondies (DEA) Diplôme d’études spécialisées (DES) Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
|
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
|
Česká republika |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
|
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA eller BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
|
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
|
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
|
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta/National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile/University degree Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht/Doctorate |
||||||||||||
|
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
|
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
|
France |
Baccalauréat Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d’études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d’ingénieur Doctorat |
||||||||||||
|
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
|
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea — L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
|
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
|
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
|
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
|
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d’ingénieur technicien |
Master Diplôme d’ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
|
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
|
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
|
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma’s) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of «Ingenieur» |
HBO/WO Master’s degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
|
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom Fachhochschuldiplom Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
|
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
|
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
|
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (colegiu universitar) Învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
|
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma Magisterij Specializacija Doktorat |
||||||||||||
|
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus — Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto — Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa — studieveckor) |
Maisterin tutkinto — Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto — Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa — studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
|
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali