|
28.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 65/57 |
AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ PE/242/S
Direttur (Grupp ta' funzjonijiet AD, grad 14)
DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-INNOVAZZJONI U S-SOSTENN TEKNOLOĠIKU — DIRETTORAT GĦALL-PUBBLIKAZZJONI, L-INNOVAZZJONI U L-ĠESTJONI TAD-DATA
(2020/C 65 A/10)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċieda li jniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur (1) (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat għall-Pubblikazzjoni, l-Innovazzjoni u l-Ġestjoni tad-Data tad-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku, fuq il-bażi tal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ’il quddiem imsejħa r-“Regolamenti tal-Persunal”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.
Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD14 (3). Is-salarju bażiku huwa ta’ EUR 14 837,60 fix-xahar. Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa Komunitarja u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.
Il-kandidati għandhom jieħdu nota li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regolament dwar il-politika tal-mobilità, li ġie adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.
Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Id-direttur se jkun mitlub iwettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.
2. Post tax-xogħol
Il-Lussemburgu. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
3. Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, id-direttur, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttur Ġenerali, huwa inkarigat minn dawn il-kompiti (4):
|
— |
jiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew magħmul minn unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ kompetenza tad-Direttorat, |
|
— |
imexxi, jistimula, jimmotiva u jikkoordina timijiet ta’ aġenti — jaħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li jiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta’ attività tiegħu, |
|
— |
jippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) — jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti—jivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li jiggarantixxi l-kwalità tagħhom, |
|
— |
jagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tiegħu, |
|
— |
jikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, jirrappreżenta lill-Istituzzjoni u jinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tiegħu, |
|
— |
jiġġestixxi u jwassal fi tmiemhom proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji, |
|
— |
iwettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
5. Rekwiżiti ta’ eleġibilità
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
Rekwiżiti ġenerali Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:
|
|
(b) |
Rekwiżiti speċifiċi
|
6. Proċedura ta’ selezzjoni
Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista ta’ kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.
7. Tressiq tal-applikazzjonijiet
Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:
l-20 ta’ Marzu 2020, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/242/S) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (8), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/242/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:
PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu
u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.
Il-kandidati għandhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (9). L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.
Id-data ta’ natura personali li jibagħtu l-kandidati fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (10).
(1) Kull referenza, f’dan l-avviż, għal persuna tas-sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna tas-sess femminil, u viċeversa.
(2) Ara r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) kif ukoll mir-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(3) Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.
(4) Għall-kompiti prinċipali, ara l-Anness.
(5) Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.
(6) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL) — https://europass.cedefop.europa.eu/sites/default/files/cefr-mt.pdf
(7) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(8) http://europass.cedefop.europa.eu/
(9) Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.
ANNESS
DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-INNOVAZZJONI U S-SOSTENN TEKNOLOĠIKU - DIRETTORAT GĦALL-PUBBLIKAZZJONI, L-INNOVAZZJONI U L-ĠESTJONI TAD-DATA
DMIRIJIET PRINĊIPALI
(Dipartiment magħmul minn 164 aġent: 120 uffiċjal, 3 aġenti temporanji u 41 aġent kuntrattwali)
Id-Direttorat EDIT iforni servizzi tal-ogħla livell fil-pubblikazzjoni, irawwem l-innovazzjoni u jamministra d-data korporattiva fil-Parlament Ewropew.
Ir-responsabilitajiet ivarjaw mill-istampar u d-disinn grafiku sal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali fil-qasam tal-pubblikazzjoni u l-introduzzjoni u l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji emerġenti, bħall-intelliġenza artifiċjali.
Għandu rwol ta’ tmexxija editorjali fir-rigward tal-intranet tal-Parlament u jiffaċilita t-trasparenza tal-istituzzjoni billi jagħmel id-data parlamentari disponibbli għall-pubbliku.
UNITÀ TAL-INNOVAZZJONI, L-INTRANETS U S-SOLUZZJONIJIET DIĠITALI
|
— |
Tippromwovi kultura ta’ innovazzjoni; |
|
— |
Tfassal soluzzjonijiet diġitali; |
|
— |
Tadatta l-kapaċitajiet editorjali biex ikomplu jevolvu u jissodisfaw il-bżonnijiet dejjem jinbidlu tal-utenti. |
Servizz tal-Innovazzjoni
|
— |
Janalizza l-potenzjal tat-teknoloġiji emerġenti l-ġodda u, meta jkun il-każ, jassumi rwol ta’ medjatur rigward l-aċċess tagħhom biex l-adozzjoni fil-PE titħaffef bil-ħsieb li jiżdiedu l-produttività u l-effiċjenza; |
|
— |
Jibni l-pedamenti għal ċentru ta’ kompetenza tal-intelliġenza artifiċjali (IA); |
|
— |
Jippromwovi kultura tal-ICTs li tkun innovattiva u kreattiva fi ħdan il-PE; |
|
— |
Iforni prova tal-kunċett konkreta u funzjonanti li tkopri l-mobilità, is-servizzi abbażi tal-lokalizzazzjoni, l-analitika tad-data, kollaborazzjoni u komunikazzjoni, l-internet tal-oġġetti u teknoloġiji emerġenti oħrajn; |
|
— |
Jipprovdi strumenti u tekniki li jikkultivaw il-potenzjal innovattiv tal-istituzzjoni; |
|
— |
Jistabbilixxi s-sħubijiet neċessarji biex tiġi stimolata mentalità miftuħa u innovattiva; |
|
— |
Janima l-pjattaforma INNOVATE u jorganizza l-ġimgħa tal-innovazzjoni li tittella’ kull sena kif ukoll avvenimenti relatati oħrajn. |
Servizz tal-Intranets u s-Soluzzjonijiet Diġitali
|
— |
Jintroduċi, jimplimenta u jsostni soluzzjonijiet innovattivi, diġitali u li jespandu fil-qasam tal-pubblikazzjoni; |
|
— |
Iforni servizzi editorjali, f’kollaborazzjoni stretta mal-klijenti tiegħu; |
|
— |
Isostni l-cloud computing u l-inizjattivi tal-ġestjoni tad-data; |
|
— |
Jaħdem favur innovazzjoni sostenibbli billi jbiddel il-provi tal-kunċetti innovattivi ta’ suċċess f’soluzzjonijiet li jistgħu jespandu; |
|
— |
Jimmodernizza u jarmonizza l-istrumenti u l-applikazzjonijiet speċifiċi għad-Direttorat (applikazzjonijiet kollaborattivi, MIS4Stats, applikazzjonijiet editorjali); |
|
— |
Iqawwi l-applikazzjonijiet tal-programm ta’ ħidma mingħajr karti: eCommittee, eDelegation, eMeeting, MyEPDocuments u PLM-REP; jestendi l-kapaċità tiegħu biex isostni l-laqgħat l-oħrajn li jsiru mingħajr karti; |
|
— |
Iwettaq analiżijiet tal-kunċetti biex jitkompla l-progress tal-intranets il-ġodda (eż. l-arkitettura tal-kontenut u l-istrateġija dwar aspetti soċjali); |
|
— |
Jiżgura s-sostenn, il-produzzjoni, is-segwitu u l-manutenzjoni evoluttiva tal-applikazzjonijiet informatiċi, eż. APP-FTU, EDIT Cat, QE2WEB, IPMS. |
UNITÀ TAL-ĠESTJONI TAD-DATA U L-PRODUZZJONI TA’ DOKUMENTI
|
— |
Toħloq ċentru ta’ għarfien espert fil-qasam tal-ġestjoni tad-data bil-ħsieb li jsostni l-iżvilupp ta’ mudell informatiku mmexxi mid-data; |
|
— |
Tiżviluppa s-sisien għal politika tal-ġestjoni tad-data; |
|
— |
Tiddefinixxi politika għal data miftuħa; |
|
— |
Iforni servizzi ta’ pubblikazzjoni u ta’ qari tal-provi. |
Servizz tal-Ġestjoni tad-Data u l-Ipproċessar tad-Dokumenti
|
— |
Jiżviluppa qafas għall-ġestjoni tad-data fil-Parlament Ewropew u jagħqdu mas-servizzi relatati ta’ indiċizzazzjoni tad-dokumenti parlamentari; |
|
— |
Jipproċessa u jikkonverti d-dokumenti parlamentari f’format XML biex jintużaw fil-katina leġiżlattiva; |
|
— |
Imexxi l-proġett "Parliamentary Open Data"; |
|
— |
Jiddefinixxi politika ta’ data miftuħa ġenerali u konsistenti; |
|
— |
Jeżamina l-opportunitajiet u s-soluzzjonijiet fl-indiċizzazzjoni permezz tal-magni; |
|
— |
Jirrieżamina l-modi u l-flussi tax-xogħol attwali ta’ indiċizzazzjoni tad-dokumenti parlamentari; |
|
— |
Irawwem il-kooperazzjoni fil-livell interistituzzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tad-data u tad-data miftuħa; |
|
— |
Iżomm kuntatti mal-programm e-Parliament biex itejjeb il-kwalità tad-dokumenti parlamentari pproċessati u kkonvertit f’format XML. |
Servizz tal-Preparazzjoni tad-Dokumenti Multilingwi
|
— |
Iforni servizzi ta’ pubblikazzjoni u ta’ qari tal-provi bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
Jipproċessa u jipproduċi provi lesti għall-istampar tad-diversi dokumenti leġiżlattivi u parlamentari, eż. minuti tas-sessjonijiet parlamentari, testi adottati, mistoqsijiet u tweġibiet bil-miktub, skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea, eċċ. |
UNITÀ TAL-ISTAMPAR
|
— |
Tiżgura l-ġestjoni, il-koordinament, t-tmexxija u l-finanzi tal-Unità tal-Istampar u tas-servizzi tagħha; |
|
— |
Tiżgura s-segretarjat tal-Unità; |
|
— |
Teżerċita l-funzjonijiet ta’ korrispondent għad-Direttorat EDIT (Innovazzjoni, Riskju, Protezzjoni tad-data, Sigurtà, EMAS); |
|
— |
Tkun inkarigata mill-"kundizzjonijiet tax-xogħol" fi ħdan l-EDIT; |
|
— |
Issegwi l-proġetti PPP. |
UNITÀ TAS-SOSTENN EDITORJALI U L-PROĠETTI VIŻIVI
|
— |
Tforni servizzi relatati mal-ġestjoni tal-klijenti fil-qasam tal-istampar, id-disinn u l-multimedia kif ukoll preparazzjoni teknika tal-pubblikazzjonijiet; |
|
— |
Tforni servizzi ta’ stampar fuq talba (print-on-demand) u tieħu ħsieb id-distribuzzjoni tradizzjonali diretta fi Brussell u fi Strasburgu ta’ dokumenti mhux ordnati minn qabel. |
Servizz tat-Talbiet tal-Klijenti u l-Proġetti
Publishing & Documents Counter
|
— |
Jeżamina soluzzjonijiet innovattivi ġodda għas-servizzi ta’ stampar fuq talba (print-on-demand) u ta’ tip ieħor; |
|
— |
Isegwi l-evoluzzjoni fil-qasam tad-dokumenti diġitali u mobbli; |
|
— |
Jiżviluppa sinerġija bejn id-diversi servizzi tal-pubblikazzjoni li jaħdmu flimkien f’post wieħed biex jaqdu aħjar lill-Klijenti; |
Publishing Service Desk
|
— |
Iwaqqaf tim ta’ disinjaturi grafiċi; |
|
— |
Jiddefinixxi proċeduri u strumenti ċari għal kollaborazzjoni effiċjenti bejn dawk responsabbli mill-klijenti (client managers) u d-disinjaturi grafiċi; |
|
— |
Jimmonitorja l-aċċessi għas-server u jarkivja biex itejjeb l-effiċjenza u l-ħin tar-rispons; |
|
— |
Jaħdem favur titjib kostanti tas-servizzi offruti lill-klijenti (stħarriġ ta’ sodisfazzjon, KPIs); |
|
— |
Jaġġorna l-Katalogu online; |
|
— |
Isaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-Klijenti: il-Membri, il-gruppi politiċi, il-Kumitati, id-Direttorati Ġenerali u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet; |
|
— |
Jagħti kontribut fil-Kumitat Editorjali; |
|
— |
Jirridisinja il-Web2Print fil-kuntest tal-Istrateġija għall-Istampar il-ġdida; |
|
— |
Jagħti kontribut lill-Istrateġija tas-Servizz billi jirrieżamina u joħloq netwerks u proċessi trasversali fi ħdan id-Direttorat għall-Pubblikazzjoni; |
|
— |
Janalizza l-produzzjonijiet b’intensità għolja fl-użu ta’ karti u jagħti parir lill-klijenti biex jużaw kanali ta’ distribuzzjoni elettronika. |
Servizz tal-Awtomatizzazzjoni tal-Pubblikazzjonijiet
|
— |
Jiżviluppa, itejjeb u jagħmel manutenzjoni tal-applikazzjonijiet użati għall-pubblikazzjoni (eż. Web2print); |
|
— |
Jieħu ħsieb l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi produttivi tal-istampar, mill-preżentazzjoni tal-ordnijiet sal-konsenja; |
|
— |
Jistabbilixxi strumenti u metodi komuni għall-pubblikazzjoni u għall-ipproċessar tad-dokumenti; |
|
— |
Jiddefinixxi l-istandards PDF għall-istampar; |
|
— |
Ifittex fis-suq strumenti ġodda tal-pubblikazzjoni li jkunu orjentati lejn l-ħolqien ta’ prodotti għall-pubblikazzjoni diġitali; |
|
— |
Jamministra l-istrumenti editorjali; |
|
— |
Jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz għall-Web2Print u għall-MIS. |