|
26.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/29 |
Rettifika għas-Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A02/2019 — Il-Programm Erasmus+
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 373 tal-5 ta’ Novembru 2019 )
(2020/C 63/07)
Fil-paġna 13, fil-punt 3 — Eliġibbiltà,
minflok:
“Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ ( (1):
|
— |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, |
|
— |
Il-pajjiżi kandidati tal-UE: It-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja.”, |
aqra:
“Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Programm Erasmus+ (1):
|
— |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ( (2), |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, |
|
— |
Il-pajjiżi kandidati tal-UE: It-Turkija, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja.”; |
minflok:
“Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja finanzjarja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tirċevix aktar finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tkun mitlub tieqaf mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja finanzjarja dwar it-terminazzjoni.”,
aqra:
“Għall-applikanti tar-Renju Unit: Jekk jogħġbok kun af li wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tal-UE-ir-Renju Unit (3) fl-1 ta’ Frar 2020 u b’mod partikolari l-Artikoli 127(6), 137 u 138, ir-referenzi għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mifhuma bħala li jinkludu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fir-Renju Unit. Ir-residenti u l-entitajiet tar-Renju Unit huma għalhekk eliġibbli biex jipparteċipaw f’din is-sejħa.”.
(1) L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.
(2) Skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP 2014-2020), l-implimentazzjoni tal-Programm Erasmus+ li għaddej bħalissa fir-rigward tar-Renju Unit jew entitajiet jew persuni stabbiliti fir-Renju Unit trid isseħħ daqslikieku r-Renju Unit baqa’ Stat Membru, mingħajr interruzzjoni sal-għeluq tal-programm, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit.
(3) 4 Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.