2.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/2


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet mogħtija fuq appell)

(2019/C 406/04)

Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għażlet il-Ħames Awla sabiex tkun l-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tal-imsemmija regoli, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2019 sas-6 ta’ Ottubru 2020.